Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11156 u 12180 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u lill-Prim Ministru u jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li diġa’ tajt f’mistoqsijiet parlamentari 11155 u 12179.
Qorti ta' Għawdex — Skular ta' ilma tax-xita mis-soqfa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-Qorti ta' Għawdex hemmx periklu għall-ġudikanti, ħaddiema, avukati u persuni li jużaw il-Qorti per konsegwenza ta' ilma tax-xita li daħal fis-soqfa qodma bix-xorok u travi tal-injam tal-awli u kmamar oħra? Jista' jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni, minn min saret u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li saru dwar dan l-iskular ta' ilma tax-xita mis-soqfa? Jista' jgħid ukoll jekk ittieħdux xi passi u x'kienu dawn il-passi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tas-soqfa tal-bini tal-Qorti ta’ Għawdex, ftit tax-xhur ilu ġie mibdul il-membrane fuq il-bjut tal-istess soqfa kif ukoll saru xi tiswijiet fejn kien meħtieġ biex ma jipperkolax ilma tax-xita fuq ġewwa tal-istess binja. Saret spezzjoni dan ix-xahar minn perit mibgħut mill-Ministeru ta’ Għawdex li ma kkonstata ebda perikolu imminenti fis-soqfa tal-binja. Sabiex tkompli tiġi imħarsa s-saħħa u sigurta’ tal-persuni kollha illi jagħmlu użu mill-Qrati ta’ Għawdex, fil-ġranet li ġejjin ser isiru testijiet fuq kull travu eżistenti fil-binja.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni -Airtime u Programmi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-8 ta’ Marzu 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kienet inħatret bħala responsabbli mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ħatra tagħha u jgħid liema Ministru ffirma din il-ħatra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kien inħatar bħala Kap tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u min kien li ffirma l-ħatra tiegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk dan l-individwu ingħatax severance package meta huwa ħalla dan l-uffiċċju?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji tiegħu inagħtaw separatament kien maħtur fil-pożizzjoni fi 19 t’Ottubru 2021. Nikkonferma lill-Onor. Interpellant li meta dan l-individwu ħalla l-pożizzjoni tiegħu fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol dan ma ingħatax severance package.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-bennejja li huma liċenzjati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-4 ta’ Marzu 2024.
Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni — Promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
• kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih;
• fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u
• kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.
Service providers illi issupplixxew xi servizz lill-Qrati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ‘service providers’ illi b’xi mod issupplixxew xi servizz lill-Qrati tagħna fis-sena 2022 u 2023? Kemm minnhom ġew ingaġġati wara sejħa għall-offerti u kemm minnhom ġew ingaġġati b’direct order? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-valur tas-servizzi illi ġew issuppliti fis-sena 2022 u 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Transcriptions tax-xhieda mogħtija quddiem il-Qrati — Outsourcing
Question
Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar ‘outsourcing’ illi qed isir tat-‘transcriptions’ tax-xhieda mogħtija quddiem il-Qrati tagħna fis-sena 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-kumpens totali tal-ħlas mogħti fis-sena 2022 u 2023 fir-rigward ta’ dan l-‘outsourcing’?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn is-snin 2022 u 2023, l-ammont ta’ persuni li taw is-servizz ta’ traskritturi tax-xhieda lill-Qrati kien ta’ sebgħa u ħamsin (57).
L-ammont ta’ ħlas totali tal-outsourcing tat-traskrizzjonijiet fis-sena 2022 kien ta’ €83,386.26 u fis-sena 2023 kien ta’ €118,215.36.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata tal-konfiski ta’ assi kollha li saru mill-2020 ’l hawn, sena b’sena, u jgħid x’użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar ta’ Jannar 2024.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus mill-2014 ’l hawn, sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-predicate offence li fuqhom tressqu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Mandati kawtelatorji ta’ sekwestri – Somma depożitata fil-Qrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija s-somma illi ġiet depożitata fil-Qrati in esekuzzjoni ta’ mandati kawtelatorji ta’ sekwestri fil-perjodu bejn l-2020 u l-2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati fir-rigward tad-depożiti għall-mandati ta’ sekwestru iżżomm informazzjoni għall-mandati ta’ sekwestru kollha mingħajr distinzjoni bejn sekwestru kawtelatorju u dak eżekuttiv.
L-ammont globali depożitat bejn l-2020 u l-2023 għaż-żewġ istanzi ta’ sekwestri msemmija kien ta’ €111,108,455.92 fil-Qrati ta’ Malta u ta’ €1,713,752.50 fil-Qrati ta’ Għawdex.
Mandati kawtelatorji ta’ sekwestri – Somma totali korrentement depożitata fil-Qrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija s-somma totali illi korrentement tinstab depożitata fil-Qrati tagħna in esekuzzjoni ta’ mandati kawtelatorji ta’ sekwestri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant filwaqt li nagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 16727 illi l-ammont li preżentement jinsab depożitat in eżekuzzjoni ta’ mandati ta’ sekwestru kemm dawk kawtelatorji kif ukoll eżekuttivi huwa €61,263,768.95 fil-Qrati ta’ Malta u €742,816.40 fil-Qrati ta’ Għawdex.
Reviżjoni tal-kera – Kawżi ppreżentati quddiem il-Bord li jirregola l-kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġiet ippreżentata quddiem il-Bord li jirregola l-kera għar-reviżjoni tal-kera fis-sena 2022 u 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ każijiet għar-reviżjoni tal-kera preżentati quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera fis-sena 2022 u 2023 huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Reviżjoni tal-kera – Kawżi deċiżi mill-Bord li jirregola l-kera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża ġiet deċiża mill-Bord li jirregola l-kera għas-sena 2022 u 2023 għal reviżjoni tal-kera u jgħid kemm minn dawn il-kawżi ġew deċiżi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ każijiet għar-reviżjoni tal-kera li ġew terminati quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera huwa kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Liġijiet tal-kera – Kumpens li l-Gvern ġie ordnat iħallas lis-sidien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total illi l-Gvern ġie ordnat li jħallas bħala kumpens mill-Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali) u mill-Qorti Kostituzzjonali lis-sidien ta’ proprjetajiet in konsegwenza tal-liġijiet tal-kera fis-sena 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas effettivament bħala kumpens għas-sena 2022 u 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ittra uffiċjali taħt l-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, ġiet ippreżentata fis-sena 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm-il nota b’oġġezzjoni ġiet ippreżentata in segwitu għal dawn l-ittri uffiċjali u kemm kien il-valur totali mitlub f’dawn l-ittri uffiċjali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Fir-rigward tal-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 14475. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din l-informazzjoni.