Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3137 u 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu , kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Turiżmu — Taxxa fuq lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-€0.50 cents kuljum hux se tkun imħallsa direttament mit-turist lil-lukandi, jew hux se tkun inkluża fil-pakkett minn barra? Jista' jgħid kif se tkun ikkontrollata? Il-klijenti li jmorru għandi familji, jew f'appartamenti wkoll iridu jħallsuha? X'kontroll se jkun hemm għal dawk li jiġu bla booking minn qabel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern hu li tali miżata tkun imħallsa direttament minn min jagħmel użu mis-servizz ta’ akkomodazzjoni, kif spjegat fid-Diskors tal-Baġit 2009 (Paġna 29). Ma jkunx hemm għalfejn li jinħolqu strutturi ġodda għall-amministrazzjoni ta’ din l-miżata billi din il-50 ċentezmu ta’ euro ser tkun forma ta’ eko kontribuzzjoni. Il-ħlas isir lis-sid ta’ l-akkomodazzjoni li, imbagħad, dan jgħaddiha lid-Dipartiment tal-VAT Department, meta jagħmel il-ħlasijiet tiegħu normali tal-VAT.

Budget 2009 — Statement B

Question

B’referenza għal Statement B tad-diskors tal-Budget 2009, Nefqa rikorrenti 2008: Estimu Rivedut imqabbel mal-Estimu approvat”, jista’ l-Ministru jekk jogħġbu: Għal Vot 38, Ministeru għal Għawdex, jista' jagħti separatament il-fondi addizzjonali għal pagi u salarji, u n-nefaqa anqas taħt programmi u inizjattivi. Għal Vot 39, Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, jagħti n-nefqa anqas taħt Materials and Supplies , u n-nefqa addizzjonali separatmaent fuq pagi u salarji, Medicines and Surgical Materials, Mount Carmel Hospital u l-Karen Grech Rehabilitation Centre (ZCH). Għal Vot 40, Anzjani u Kura fil-Komunità, jagħti ż-żieda fin-nefqa separatament għal pagi u salarji, u għal Home Care/Help Services Scheme. Għal Vot 41, Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknologija tal-Informazzjoni, separatament jagħti n-nefqa addizzjonali għal Pensions under MDD/MSCL Voluntary Retirement Scheme/Early Retirement Scheme , u għal Energy Support Measures . Għal Vot 43, Ministeru għall-Iżvilupp Urban u Toroq, separatament jagħti l-fondi addizzjonali meħtieġa minħabba l- Guaranteed Earnings Agreement with the Public Transport Association , u n-nefqa anqas għal pagi u salarji, u n-nefqa anqas tal-kontribuzzjonijiet lil entitajiet Governattivi, entità b’entità. Għal Vot 44, tagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji, Information Campaign , ir- Refugee Fund , u l-kontribuzzjonijiet lil Sedqa, Sapport u Appoġġ, kollha separatament. Għal Vot 49, Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jagħti n-nefqa addizzjonali għal pagi u salarji?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Art f'Wied ir-Rinella — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3449 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Armata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kellha titlaq mill-armata minħabba l-eta' u li issa qed taħdem mad-detention service għall-immigranti illegali, tistax tibqa' taħdem mas-servizz ta' detenzjoni wara li din tkun għalqet il-61 sena biex tkun tista' tikkwalifika għall-pensjoni tas-servizz?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi diga' qed jirċievi penzjoni mit-Teżor u ilu jagħmel hekk mill-2006. Għaldaqstant l-ebda benefiċċju ieħor relatat mal-penzjoni tas-servizz ma jista jiġi mgħoti mid-Diviżjoni tat-Teżor. Rigward l-aħħar parti tal-mistqosija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kottonera — Squatters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment tal-artijiet għandux informazzjoni dwar propjetà tal-Gvern li hija okkupata minn squatters? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni dwar liema huma dawk li jinstabu fil-Kottonera u x' bi ħsiebu jagħmel sabiex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-Taqsima Proprjetà tal-Gvern għandha nformazzjoni dwar post fil-Kottonera fejn jista’ jkun hemm squatter jew squatters. Dan il-każ qed jiġi nvestigat sabiex tittieħed azzjoni. Kull rapport li jidħol dwar Squatters jittieħdu l-passi kollha neċessarji kontra dan l-abbuż, skond l-Att dwar Żgumbrament minn Artijiet (Kapitolu 228).

Malta Enterprise

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari 2771 u jgħid x’kienu l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-1999 sal-lum? Kemm kienu u x’kienu l-benfiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm intefqu flus kull sena fl-istess perijodu fuq dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2771.

Għawdex — Investment Aid scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f'Għawdex gawdew mill-Investment Aid Scheme tal-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 'l hawn u kemm tħallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f'Malta? Jista’ Ministru jgħid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f’Għawdex gawdew mill- Investment Aid Scheme t al-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 ‘l hawn u kemm tħallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista’ jagħti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f’Malta?

Response (FENECH, TONIO)

PQ 3229 Interim Sitting: Date: Raised By: ANTON REFALO Ministry: TONIO FENECH Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Heading: Ghawdex Sub Heading: Investment Aid scheme PQ Text: Jista’ Ministru jghid kemm kumpanniji li joperaw fis-settur industrijali f’Ghawdex gawdew mill-Investment Aid Scheme tal-Malta Enterprise u mill-Training Grants Scheme kull sena mill-1999 ‘l hawn u kemm thallsu fondi fuq kull skema kull sena? Jista’ jaghti l-istess informazzjoni dwar kumpanniji li joperaw f’Malta? TWEĠIBA Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Enterprise ilha mwaqqfa mill-2004 u l-informazzjoni li l-Korporazzjoni għandha disponibbli fuq kemm kumpaniji fis-settur f’Għawdex u f’Malta gawdew minn għajnuna f’assistenza fiskali fuq l-investiment hija miġbura fit-tliet tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni dwar l-għajnuna fiskali fuq l-investiment li minnha gawda is-settur industrijali matul is-sena bażi 2007 mhix disponibbli minħabba l-fatt li din l- informazzjoni tinġabar mill-Korporazzjoni mill-formola tat-taxxa tad-dħul. L-intrapriżi huma obbligati li jissottomettu dan id-dokument għal sena partikolari lill-Inland Revenue sa disa’ xhur mill-għeluq tas-sena finanzjarja tagħhom. Ir-Regolament 20 tar-Regolamenti ta’ l-Att dwar il-Promozzjoni tan-Negozju (Leġislazzjoni Sussidjarja 325.06) jerġa’ jippermetti tliet xhur oħra sabiex kopja ta’ din il-formola tat-taxxa tad-dħul tingħata lill-Korporazzjoni. B’hekk, preżentament il-figuri miġbura jaslu sas-sena bażi 2006. Sa sena 2007, ftit kienu dawk l-impriżi Għawdxin li kienu jikkwalifikaw għall-għajnuna fuq l-investiment taħt l-Att Dwar il-Promozzjoni tan-Negozju (Business Promotion Act). Mis-sena kurrenti (2008), din l-għajnuna ġiet imwessa u mtejba taħt l-Att Dwar L-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act), u b’hekk issa l-impriżi tal-manifattura kollha huma eliġibli għal-għajuna fiskali akbar sakemm dawn joperaw bħala kumpanija, partnership jew koperattiva. Dan ifisser li issa, numru ferm akbar ta’ impriżi Għawdxin se jkunu jistgħu jibdew jibbenifikaw aħjar minn għajnuna fiskali fuq l-investiment. Rigward it- Training Grants Scheme nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil Ministru konċernat.

Uffiċċju tal-Kummerċ Ġust — Riżorsi umani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'riżorsi umani, livell ta' kompetenza u finanzjarji għandu l-Uffiċċju tal-Kummerċ Ġust biex ikun jista' jwettaq il-funzjoni tiegħu b'mod effettiv?

Response (FENECH, TONIO)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta. Nixtieq ninfurmah illi kif jaf il-Gvern huwa attivament impenjat sabiex isaħħaħ dan l-Uffiċċju. Nixtieq nassigura l-Onorevoli Interpellant illi għalkemm għaddej dan il-proċess ta’ tisħieħ f’dan l-Uffiċċju, ħafna mill-impjegati huma kkwalifikati f’diversi oqsma bħal per eżempju fil-liġi, ekonomija, accountancy, inġinerija u farmacija u dan sabiex jigi osservat l-Att tal-Kompetizzjoni. Rigward il-finanzjament ta’ dan l-Uffiċċju nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-estimi tal-baġit.

Timber carriers

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax fir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

MIP — vot kapitali - fondi - Dħul minn fabbriki u faċilitajiet bankarji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija numru 2820, jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul minn kirjiet ta' fabbriki u kemm kien id-dħul minn faċilitajiet bankarji jekk kien il-każ? Kemm hija s-somma li suppost tinġabar matul din is-sena fejn jidħlu kirjiet u kemm inġabru s'issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena, s’issa l-MIPL irċeviet €6,764,094 (li minnhom €1,052,463 huma arretrati) għal kirjiet tal-fabbriki. Is-somma li trid tinġabar tul din is-sena hi ta’ €8,085,505 (inkluż VAT). Minn facilitajiet bankarji l-MIPL kella fondi li jammontaw għal €73 miljun.

Malta Enterprise u l-MIP — Fondi Strutturali allokati

Question

Filwaqt li nixtieq niċċara li l-perijodu li qed nirreferi għalih hija din is-sena 2008, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3243 u 2814 u jgħid kemm intnefqu s'issa mill-fondi allokati taħt vot kapitali numru X mill-fondi struttural allokati għall-MIP u l-Malta Enterprise taħt l-item 7211? Kif ġew minfuqa u kemm f'kull każ? Kif huwa maħsub li jintnefqu l-kumplament tal-fondi?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2814.

Kumpanniji — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3242 u 2815 u jgħid kemm hawn kumpanniji li jimpjegaw aktar minn 250 ħaddiem? Liema huma dawn il-kumpanniji? Kemm jimpjegaw ħaddiema fil-preżent u kemm kienu jimpjegaw ħaddiema sena ilu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2815.

Fabbriki li mhux qed joperaw

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2383, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fejn jinsabu s-96 fabbrika li skond ir-risposta mhux qed joperaw? Kemm ilhom ma joperaw dawn l-istess fabbriki, u fejn mhux qed joperaw dawn qegħdin għand il-Gvern jew għadhom għand il-privat?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din il-propjeta tinkludi fabbriki, uffiċini u artijiet li jinsabu fl-oqsma industrijali li huma amministrati mill-MIPL. Ta’ min isemmi li din il-propjeta tinkludi fabbriki vojta jew allokati u li għadhom ma bdewx joperaw minħabba xi xogħolijiet meħtieġa ġol-fabbrika. Tinkludi wkoll artijiet li għad iridu jiġu żviluppati. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bengħajsa — Trasferiment ta' biċċa art mingħand il-gvern

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa lill-Korporazzjoni Enemalta għal perijodu ta' 65 sena għal kiri tal-impjant tal-gass?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lil Onor. Interpellant, għar-risposta li se tingħata mill-Ministru responsabbli.

Consolidated Fund

Question

B'referenza għall-fondi li joħorġu mill-Consolidated Fund lejn istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u li jidħlu fil-Consolidated Fund minn istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx item votes fil-Financial Estimates 2009, li jirriflettu d-dħul u l-ħruġ, aktar minn dawn li qed nelenka: Dħul Kapitali: Id-dħul kollu llistjat taħt Grants, XIII 0710 sa 0739, bil-fondi elenkati magħhom f'line item votes ibbrekitjati taħt line item 0739, ref. page 12 tal-Financial Estimates. Ħruġ Rikorrenti: Il-ħruġ kollu llistjat taħt Vot 29, fil-line items: 5398 EU Fiscalis Programme; 5409 EU Travel expenses of delegations; 5410 EU own resources; 5429 European Investment Bank, ref. paġna 211 tal-Financial Estimates 2009. Jekk hemm aktar elementi ta' dħul/ħruġ finanzjarju bejn il-Consolidated Fund u l-istituzzjonijiet ta' l-UE li jidhru f'line items oħra tal-Financial Estimates 2009, jista' jindika liema huma?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

EU Own Resources

Question

B'referenza għal line item ta' ħruġ 5410 f'Vote 29 tal-Financial Estimates 2009, EU Own Resources, jista' l-Ministru juri fiex jikkonsisti dan il-ħruġ (expenditure head b'expenditure head)? Kif jiġi kkalkolat? Kif jiġi mħallas lil Brussel?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.