Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa tal-gvern f'Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Wires antiki

Question

B'referenza għat-weġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ ta' post

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ftuħ ta' negozji ġodda — applikazzjonijet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsijiet parlamentari 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Karozzi second hand — dazju

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 2507, 1802 u 1391u jgħid meta se ssir ir-riforma fid-dazju tal-karozzi second hand li jiġu importati? Id-dazju minn fuq l-importazzjoni tal-karozzi se jonqos jew le? Jekk se jonqos, hemm il-ħsieb li jsiru xi tip ta' taxxi jew kontribuzzjonijiet oħra li jaffettwaw il-prezz tax-xiri tal-vetturi?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ta' Qali — Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2174, 1643, 1231 u 878 u jispjega fiex wasal il-proġett tal-crafts village ta' Ta' Qali? F'liema stadju wasal u meta qed jippjana li jibda u jispiċċa x-xogħol fuq il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 878.

Exercise tax fuq fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġabar il-Gvern minn excise tax fuq fuel sena b’sena mis-sena 2002 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: € Lm 2002 Jannar Diċembru 58,531,963.66 25,127,772 2003 Jannar Diċembru 55,866,634.06 23,983,546 2004 Jannar Diċembru 56,300,987.65 24,170,014 2005 Jannar Diċembru 62,292,923.36 26,742,352 2006 Jannar Diċembru 66,154,262.75 28,400,025 2007 Jannar Diċembru 96,455,597.48 41,408,388 2008 Jannar Settembru 62,474,965.00 26,820,503

Formula tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-formola tal-VAT tintbgħat ukoll bl-envelop bil-bolla mħallsa bħal ma' jsir fil-każ tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sena l-oħra d-Dipartiment tal-VAT nieda l-faċilita’ li l-formola tal-VAT tintbagħat on-line skond il-policy tal-gvern biex tinkoraġġixxi l-użu ta’ servizzi elettroniċi. Għaldaqstant, miżura bħalma qed jissuġerixxi l-Onorevoli Interpellant tinkoraġġixxi aktar l-użu ta’ mezzi konvenzjonali minflok ma tħajjar lill-Persuna Reġistrata tuża s-servizz elettroniku offrut.

Skema għal dawk li qed jirreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani kif se tinħadem l-iskema ta' dawk li qed jirreġistraw? Dawn se jintbagħtu jaħdmu mal-gvern, mal-kunsilli lokali, jew mal-privat? L-iskema tgħodd għal kulħadd u għal kull impjieg?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

EU Own Resources

Question

B'referenza għal line item ta' ħruġ 5410 f'Vote 29 tal-Financial Estimates 2009, EU Own Resources, jista' l-Ministru juri fiex jikkonsisti dan il-ħruġ (expenditure head b'expenditure head)? Kif jiġi kkalkolat? Kif jiġi mħallas lil Brussel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi Own Resources jikkonsistu kif ġejjin: 1) Traditional Own Resources (TOR) jinkludu dazji applikabbli fuq dwana, agrikoltura u zokkor. Id-dazji li jinġabru mid-Dwana jridu jitħallsu lill-Unjoni Ewropeja kull xahar. Mill-ammont miġbur, id-Dwana tnaqqas 25% bħala kumpens għall-ispejjeż tagħha stess. 2) L- Own Resources dovuti lill-Unjoni Ewropea mill-VAT, mill-GNI, mill-UK Rebate u minn riservi oħra jiġu kkalkolati fuq previżjonijiet maqbula bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni. Dawn il-previżjonijiet jiġu rriveduti diversi drabi matul is-sena u eventwalment jiġu addottati mill-Parlament Ewropew. L-ammonti dovuti jiġu ttrasferriti lill-Unjoni Ewropea fl-ewwel ġurnata ta’ kull xahar. Finalment, meta l-ammont annwali tal-VAT miġbur u tal-GNI għal sena partikolari jiġu kkalkolati u ffinalizzati, l-Unjoni Ewropeja tirrevedi l-previżjonijiet magħmula u tikkomunika lill-Istat Membru: § l-ammont dovut lill-EU, f’każ li l-ammont attwali ta’ VAT u GNI jeċċedu l-previżjoni tas-sena kkonċernata; inkella § l-ammont li se jiġi rrimbursat lill-Istat Membru, f’każ li l-previżjoni teċċedi l-figuri attwali.

Vapur t'Għawdex — Sistema ta' kif jitpoġġew il-karozzi

Question

Billi b'mod ripetut dawk li jkunu fl-ewwel parti tal-queue, jistennew biex jitilgħu fuq il-vapur t'Għawdex, kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr Għawdex, jispiċċaw biex jinżlu ħafna wara dawk li jkunu qegħdin wara u dan għaliex it-tgħabija tal-karozzi tpoġġi lil tal-ewwel fil-ġenb tal-vapur, jista' jiġi assigurat li s-sistema ta' kif jitgħabbew il-vetturi tinbidel?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kottonera — Squatters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2909 u jgħid jekk id-dipartiment tal-artijiet għandux informazzjoni dwar propjetà tal-Gvern li hija okkuppata minn squatters? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti indikazzjoni dwar liema huma dawk li jinstabu fil-Kottonera u x' bi ħsiebu jagħmel sabiex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2909.

Servizz ta' l-ajru bejn Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-pre-Budget Document, li ħareg f’Lulju li għadda, qed jagħmel referenza għal dan is-suġġett u hemm qed jiġi proprju propost li għandu jsir studju biex jinstabu modi effettivi li jipprovdu servizz bl-ajru li hu ta’ min joqgħod fuqu. Fil-fatt, irid ikun servizz vijabli u sostenibbli biex ma jkunx servizz li jopera bl-iskossi.

Prezz tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2750, 1993 u 1510 u jgħid jekk sarux xi studji dwar l-impatt ekonomiku u soċjali taż-żidiet fil-prezz tal-fuel u partikolarment tal-fatt li d-diesel issa sar jiswa iktar mill-petrol bla ċomb? F'każ li saru studji bħal dawn, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1993.

Xlendi — Boat Shelters

Question

X'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tal-Artijiet irid jieħu lura l-boat shelters li hemm fit-telgħa ta' San Xmun, Xlendi, Għawdex biex iwaqqagħhom bl-iskuża li jrid jwessa' t-triq? Jaf l-Ministru li dawn il-boat shelters huma antiki u jifformaw parti mill-istorja tal-bajja tax-Xlendi, Għawdex? Jista' l-Ministru jikkonferma li t-twessigħ tat-triq hija biss skuża peress li fir-realtà t-triq ma tistax titwessa' kif inhi imma li dawn il-boat shelters sejrin jitwaqqgħu biex jibbenefika żviluppatur li sejjer jibni hemm u l-istess dipartiment sejjer jagħmillu l-faċċata tiegħu fuq it-triq?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Valletta — Kumpens ta' art

Question

Jista' l-Ministru jara li s-sidien li tteħditilhom proprjeta' fil-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkumpensati b'mod adegwat peress li issa anke qiegħed isir bini minn terzi fil-proprjeta' li kienet f'St Joseph Street u fi Spur Street?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Solar Water Heater — Claims għar-refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? Il-claims huma kollha ta' din is-sena jew fadal xi wħud tas-sena ta' qabel? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dħul mit-taxxa ta RA1

Question

Jista' l-Ministru jagħti f'figuri ta' kemm kien id-dħul mit-taxxa ta' 3% ta' RA1 fuq il-bejgħ tal-prodotti tal-biedja għas-snin 2006, 2007 u l-ewwel 6 xhur tas-sena 2008 separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.