Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3634 u jagħti lista ta' entitajiet pubbliċi li ġew mogħtija lill-privat għall-iżvilupp kummerċjali mill-gvern permezz ta' indikazzjoni fil-Parlament matul dawn l-aħħar għoxrin sena? F'liema data saru l-kuntratti, lil min ingħataw u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull trasferiment?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3635 u jgħid kemm kienu dawk l-assi tal-gvern (inkluż parastatali) li ġew ipprivatizzati matul dawn l-aħħar ħmistax-il sena? Jista' jgħid lil min inbiegħu, meta nbiegħu u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull bejgħ li sar?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3588 u jgħid kemm fadalu jdaħħal flus il-Gvern mill-biegħ tal-MidMed Bank lill-HSBC? Kemm kienet is-somma totali ta' dan il-biegħ?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3588.
Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Trading Licensing Unit fi ħdan id- Diviżjoni tal-Kummerċ ikollha b’mod rikorrenti madwar 40 liċenzja li qed jistennew biex jigu pproċessati. Din hija figura konstanti minħabba l-fatt li kuljum jidħlu applikazzjonjiet ġodda u kuljum jinħarġu liċenzji ġodda. L-applikazzjonijiet li hemm pendenti bħalissa huma kollha ta’ applikanti Maltin. Normalment applikant jirċievi notifika jekk l-applikazzjoni tiegħu tkunx ser tiġi aċċettata jew le, fi żmien għaxart ijiem minn meta jkun iddepożita id-dokumenti meħtieġa.
Ukoll l-Awtorita’ tal-Lotteriji u Logħob għandha 127 applikazzjoni
Remote Gaming
pendenti u kollha huma barranin.
Ma tistax tingħata figura ta’ kemm beħsiebhom iħadmu nies. Tali informazzjoni ma tintalabx biex wieħed jingħata liċenzja. Rigward liċenzji li jinħarġu minn entitajiet oħra, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Ftuħ ta' negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsija parlamentari 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Ftuħ ta' negozji ġodda — applikazzjonijet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi l-mistoqsijiet parlamentari 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Jista' l-Ministru jagħti statistika kemm persuni għalqu l-età ta' 60 sena tul dan l-aħħar 10 snin sena b'sena? Kemm minn dawn huma irġiel u kemm minn dawn huma nisa?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-offerti għax-xiri ta' dawn l-artijiet li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, mid-Dipartiment ta' l-Artijiet wara talba mressqa minn terzi persuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern m’għandha l-ebda ħsieb li toħroġ xi sejħa għall-offerti dwar it-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. It-Taqsima diga’ kitbet lill-klijent in kwistjoni li t-talba tiegħu ma tistax tkun milqugħa.
MCAST ICT — Private training providers - Kumitat tal-kuntratti
Question
Fil-każ tal-kuntratt għall-private training providers għall-korsijiet ICT mill-MCAST li d-dettajli dwarhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid din is-sena, min ta' l-ordni mill-Kumitat tal-Kuntratti biex jinbidlu l-marki oriġinali tal-Kumitat tal-Għażla u jiżdiedu sostanzjalment għal erba' bidders li fl-ewwel rapport tal-Kumitat tal-Għażla ġabu inqas min 70 punt rikjesti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-każ in kwistjoni qiegħda ssir investigazzjoni mill-Pulizija waqt li hemm appell pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar Kuntratti Pubbliċi. Għaldaqstant m’huwiex prudenti li tingħata informazzjoni fuq dan il-każ f’dan l-istadju.
MCAST ICT — Private Training Providers - Għażla ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet il-Kumitat tal-Kuntratti qabel li jinbidlu sostanzjalment l-ewwel marki li ngħataw mill-Kumitat tal-Għażla fil-każ tat-tender għall-private training providers għall-korsijiet ICT tal-MCAST, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament u li permezz ta' dawn il-bidliet, 4 kumpanniji li ma kenux intagħżlu fl-ewwel fażi ġew magħżula wara li l-marki inbidlu sostanzjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fuq il-każ in kwistjoni qiegħda ssir investigazzjoni mill-Pulizija waqt li hemm appell pendenti quddiem il-Bord ta’ l-Appelli dwar Kuntratti Pubbliċi. Għaldaqstant m’huwiex prudenti li tingħata informazzjoni fuq dan il-każ f’dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 3121 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma b'mod kategoriku jekk in-numru ta' plastic bags fil-waste stream ta' pajjiżna kibirx jew naqasx mis-sena 2005 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba mhux possibli li tingħata. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika jiġbor informazzjoni li tkopri plastic waste totali u mhux ta’ plastic bags biss.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tad-Direttiva Ministerjali numru 004/08 li tirrigwarda l-bejgħ tad-dirett dominium temporanium ta’ proprjetà tal-Gvern, kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Din id-Direttiva Ministerjali hija animata mill-politika tal-Gvern li jkun hemm użu nazzjonali dejjem aħjar tal-propjeta’ tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-appuntamenti għall-kuntratti previsti biex jinbiegħ id-dirett dominium temporanium ta' proprjetà residenzjali tal-gvern amministrat mill-Uffiċju Konġunt m'humiex qegħdin jingħataw anzi qegħdin jitħassru?
Jista' jgħid kemm hemm nies illi ġew mgħarrfa bil-valur ossia prezz ta' kemm iridu jħallsu biex jixtru d-dirett dominium temporanium ta' dar ta' residenza tagħhom proprjetà tal-Gvern u qegħdin jistennew biex jissejħu għall-kuntratt finali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-raġuni għaliex mhumiex qegħdin isiru kuntratti tal-bejgħ tad-diretti dominia ta’ proprjetajiet residenzjali, hija għax hemm il-ħsieb li jsir xi tibdil fl-Iskema preżenti.
Il-persuni li diġa ġew infurmati bil-prezz tal-bejgħ, u li eventwalment irid isir il-kuntratt relattiv tagħhom huma 1804.
Peress li l-kmamar mibnija mingħajr titolu u mingħajr permess ta' qabel 1992 kif stqarr is-Segretarju Parlamentari għall-Artijiet huma protetti mil-liġi, jista' l-Ministru jgħid jekk dan japplikax ukoll għall-kmamar li hemm mibnija taħt ċirkustanzi simili fil-Belt Valletta u postijiet oħra?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onor Interpellant huwa ġentilment mistieden jindika jew jikkwota aħjar il-kliem li stqarr, u fejn, l-Onor Segretarju Parlamentari, sabiex tkun tista tiġi mwieġba l-mistoqsija tiegħu.
Skema mħabbra biex jitwaqqaf fond — sidien ta' proprejtà privata esproprijati
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-iskema mħabbra sentejn ilhu fil-Budget 2007 biex jitwaqqaf fond ta' €46 miljun biex jitħallsu sidien ta' proprjetà privata esproprijata mill-Gvern? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti biex ifasslu din l-iskema? Jekk iva, min huma, kif tqabbdu u kemm ser jitħallsu?
Lemis — sistema komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet
Question
B'referenza għas-sistema komputerizzata state of the art li hija ppjanata li ssir fid-Dipartiment tal-Artijiet biex tagħti stampa ċara ta' proprjetà tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett Lemis li ssemma kemm-il darba anke f'dan il-parlament diversi snin ilu u li għalih kienet saret anke sejħa għall-offerti? Jista' jgħid kemm hija n-nefqa totali inklużi konsulenzi u safar li saret s'issa fuq dan il-proġett?
Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3584 li oriġinarjamnet saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema kienet il-kumpannija l-oħra apparti l-Gasco li ġiet short listed fil-proċess tal-privatizzazzjoni tad-diviżjoni tal-gass tal-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l- Privatisation Unit irċeviet tlett offerti. Waħda minnhom ġiet skwalifikata għax ma kelliex Bid Bond. Iż- żewġ kumpaniji l-oħra kienu GASCO Limited li ġiet iddikjarata bħala l-Preferred Bidder’ u Polidano Group.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?