Legislature:
Category:
Reset
Active:

Basktijiet tal-plastik — eco tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn eco tax fuq il-basktijiet kbar tal-plastik (suwed, griżi u bojod) li jintużaw għall-iskart?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rati preżenti ta’ eco tax fuq basktijiet degradable u non-degradable huma € 0.02c u € 0.14c rispettivament, waqt li fuq il-basktijiet bio-degradable m’hemmx eco tax.

Solar Water Heater — Claims għar-refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal claims għar-refund fuq xiri ta' solar water heaters li jridu jitħallsu? Il-claims huma kollha ta' din is-sena jew fadal xi wħud tas-sena ta' qabel? F'liema ordni qegħdin jitħallsu dawn il-claims?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2008 ir-rifużjonijiet fuq xiri ta’ solar water heaters waqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Malta Resources Authority (MRA). Dwar talbiet li saru sas-sena 2007, għad hemm ħamsa u tlettin (35) kazi pendenti u dawn ma ġewx ipproċessati minħabba li l-applikanti kkonċernati ntalbu jagħtu informazzjoni importanti dwar it-talba tagħhom u dawn għadhom ma wieġbux.

Kumpanniji privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' kumpanniji privati f'Malta u Għawdex separatament li waqgħu lura fil-ħlasijiet dovuti għall-bolla tan-National Insurance? Kemm hija ċ-ċifra f'somma ta' flus involuta? Fil-fatt kemm huwa n-numru globali ta' ħaddiema involuti abbażi ta' din iċ-ċifra rispettivament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bengħajsa — Trasferiment ta' biċċa art

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 3637 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa għal perijodu ta' 65 sena għall-kiri tal-impjant tal-gass?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Industrija tal-Manifattura — Dħul Medju għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2005 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-figura ta’ dħul gross hija stima ibbażata fuq in-numru ta’ ħaddiema li hemm jaħdmu Malta u Għawdex separatament. Din tista tkun ta’ problema meta tiġi ikkalkulata id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament, għaliex din il-figura tkun l-istess kemm għal Malta u kemm għal Għawdex. Id- data mill-2001 sa l-2006 hija kif ippubblikata fit-28 ta' Diċembru 2007. Id- data għall-2007 hija stima u tista' tinbidel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tali data. Id-dħul gross ġie stmat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-impjiegi. Dan mhuwiex preċiż ħafna għaliex l-istima għal kull impjegat tirriżulta l-istess għaż-żewġ gżejjer. Jistgħu jitqajmu kwistjonijiet dwar il-kunfidenzjalità. Id- data għall-2007 għadha mhix disponibbli.

Industrija tat-Turiżmu — Dħul Medju għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-data dwar it-turiżmu mhix disponibbli għall-industriji individwali. L-eqreb industrija komparabbli li tista' tintuża hija dik tal-Lukandi u r-Ristoranti; madankollu, dan il-fattur varjabbli għandu jintuża b'attenzjoni billi jinkludi wkoll it-turiżmu lokali. Id- data mill-2000 u l-2006 hija bhal dik ippubblikata fit-28 ta' Diċembru 2007. Id- data għall-2007 hija stima u tista' tinbidel. It-tabella qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Minstru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Industrija tat-Turiżmu — Dħul medju għal kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2397 u jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tat-turiżmu f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2397.

Industrija tal-Manifattura — Dħul medju fuq kull ħaddiem

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2396 u jgħid kemm kien id-dħul medju għal kull ħaddiem ras għar-ras fis-settur ta’ l-industrija tal-manifattura f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2005 ‘l hawn fi prezzijiet tas-suq u fi prezzijiet kostanti tas-sena 2000? Kemm kienu l-ħaddiema f’dan is-settur f’Malta u f’Għawdex separatament matul l-istess snin? Jista’ jekk jogħġbu, fejn hu possibbli, jagħtini wkoll l-istess tagħrif għas-sotto-setturi ta’ dan is-settur?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2396.

Malta Enterprise — Skemi ta' għajnuna

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 2771, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu kull sena l-kumpanniji li joperaw f'Għawdex u x'kien il-valur fi flus tal-għajnuna li ngħataw kull sena fis-snin imsemmija: i) taħt id- de minimis schemes ii) bħala cash grants iii) taħt il-Business Promotion Act Schemes u iv) bħala assistenza fiskali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ kumpanniji li joperaw f’Għawdex, fuq l-istess kriterji illi tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2771.

Art f'Wied ir-Rinella — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ permessi li bihom l-għaqda Genista ingħatat art fil-Kalkara.

Eco Contribution — dħul

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2639 u jgħid kemm daħħal taxxa minn fuq l-Eco Contribution matul Jannar u Settembru 2008? Jista' jgħid fiex għamel użu d-dħul li kien hemm minn din il-kontribuzzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din it-taxxa tonqos għas-sena 2009, tibqa' kif inhi jew tiżdied?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2639.

Kompjuter

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kompjuter hu stmat li hawn fid-djar f'Malta u Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija hawn taħt: 2006 2007 2008 Absolute figures % Absolute figures % Absolute figures % Djar li għandhom aċċess għall-kompjuter 81,474 60.6 82,404 62.6 82,314 62.6

Internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sistema ta' internet hu stmat li hawn fid-djar f'Malta u Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif mogħtija hawn taħt: Sa l-aħħar ta’ Ġunju Sa l-aħħar ta’ Ġunju Sa l-aħħar ta’ Ġunju Internet Subscriptions 2006 2007 2008 Narrow Band 47414 43671 28883 Broad Band 42449 46881 78169 Total 89863 90562 107052 Data fuq internet subscriptions hija bbażata fuq l-informazzjoni li tinġabar mill-ISP providers. Survey jintbagħat kull quarter lill-ISP providers kollha Il-figuri li qegħdin jingħataw huwa sa’ Ġunju ta’ kull sena sabiex wieħed ikun jista’ jipparaguna. Aktar informazzjoni tinstab fil-Post and Telecommunications Release [New Release 157/2008] jew fuq l-Information Statistics Release [News Release 024/2007].

Flus mill-biegħ tal-MidMed lill-HSBC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fadalu jdaħħal flus il-Gvern mill-biegħ tal-MidMed Band lill-HSBC? Kemm kienet is-somma totali ta' dan il-biegħ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern diġa’ daħħal kollox (Lm83 miljun, jew €193.3 miljun) mill-bejgħ tal-Mid-Med Bank, maqsumin hekk: Lm71 miljun (€165.3 miljuni) fl-1999 u Lm12-il miljun (€28 miljun) fl-2000.

Art f'Wied ir-Rinella — Kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3449 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3449.