Jista’ l-Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qasmu passiġġieri bla ħlas bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa kull xahar mill-2005 ‘l hawn? Jista’ jgħid kif jinżamm kontroll u rendikont ta’ passiġġieri li jużaw is-servizzi tal-Gozo Channel bla ħlas?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min iżid jgħid li l-kontroll u r-rendikont ta’ passiġġieri li jużaw is-servizz tal-
Gozo Channel
bla ħlas, jinżamm billi jinħarġu biljetti għal ta’ l-apposta bir-rata ta’ €0.00 għal kull kategorija.
Niġbed l-attenzjoni għall-fatt li mill-1 ta’ Novembru 2007 kienet imnedija skema fejn dawk l-anzjani li jippreżentaw il-Karta Anzjan ukoll jingħataw eżenzjoni milli jħallsu n-noll biex jaqsmu bejn Malta u Għawdex.
Din l-iskema qed tkun ta’ suċċess kbir hekk kif 146,000 anzjan diġa’ għamlu użu minn din l-iskema mill-bidu tas-sena sa l-aħħar t’Ottubru.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-iskemi tal-Gozo Channel f’dawn l-aħħar tliet snin biex iħajru iktar Maltin u barranin iżuru lil Għawdex? Meta daħlu u sa meta damu fis-seħħ? Kemm passiġġieri bbenefikaw kull xahar minn kull skema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:
B'referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3922, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kriterji li ffissa fid-direttivi japplikawx għall-każijiet ta' residenza ordinarja okkupati minn residenti/allokaturi Maltin? Jaf li dejjem kienet il-konswetudni li residenzi ordinarji ta' persuni kienu jkollhom il-valur tal-fond liberu u frank stmat fuq bażi differenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttiva Ministerjali hija ċara biżżejjed u tolqot il-bejgħ kollu kemm residenzjali kif ukoll dik kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-Trade Licensing Unit mhix tibgħat irċevuti għall-ħlas ta' permessi sa xahar wara li jkun sar dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-ħlas ta’ permessi ta’ applikazzjonijiet ġodda isiru b’mod regolari u ma jeżisti l-ebda backlog f’dan ir-rigward.
Rigward il-ħlas għal tiġdied ta’ permessi li ħarġu fi snin oħra, dawn bdew igawdu minn roħs sostanzjali frott ta’ emendi li daħlu fis-seħħ f’Ottubru tas-sena li għaddiet.
Tajjeb li wieħed jispjega li bis-sistema l-ġdida il-ħlas huwa bbażat fuq il-footprint tas-sular terran. Għaldaqstant kull detentur kellu mal-ħlas tal-liċenzja jagħmel dikjarazzjoni tal-qisien rikjesti sabiex din l-informazzjoni tiddaħħal ġo-database u tkun tista’ toħroġ kopja ta’ liċenzja mġeddha. Dan il-proċess huwa neċessarju imma huwa proċess li jieħu tul taż-żmien peress li kull dikjarazzjoni trid tiġi iċċekjata.
Il- ħlas tal-licenzji issir fil-fergħat kollha tal-Maltapost u kull detentur li għamel ċekk pagabli lil -Maltapost, ingħata rċevuta . Kien hemm uħud iżda li minflok li għamlu u iċ-ċekk pagabli lil Maltapost għamluħ pagabli lid-Direttur tal-Kummerċ. Minflok li intbgħatu iċ-ċekkijiet lura, dawn iċ-ċekkijiet ġew mgħoddija lit-Trading Licencing Unit li qegħda taħdimhom bil-metodu msemmi iktar l-fuq.
Jista' l-Ministru jagħti fiġuri ta' kemm kien is-savings tal-poplu tul dan l-aħħar 10 snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitliba tidher f’din it-tabella:
€ millions
Year
Household Deposits
1998
3,762.1
1999
3,970.8
2000
4,162.1
2001
4,555.8
2002
4,941.9
2003
5,078.8
2004
5,199.7
2005
5,361.3
2006
5,687.3
2007
6,541.8
2008*
6,678.3
latest
available
* end of September 2008 and are still provisional.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3828 u 3449 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-Għaqda Ginesta dwar għoti ta' l-art f'Wied ir-Rinella?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3449.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru fejn kienu ċ-ċimiterji fil-Mosta u fil-limiti tal-Mosta sa ħamsin sena ilu? Jista' jgħid jekk dawn l-artijiet li kienu jew għadhom jintużaw bħala ċimiterju kenux art tal-gvern jew art tal-Knisja jew privata?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2789 u jgħid kemm kien jammonta fi prezzijiet tas-suq il-profitt gross u dħul ieħor mixxellanju separatament bħala komponent tal-Prodott Domestiku Gross għal Malta u Għawdex separatament għas-snin 1999, 2006 u 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2789.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2793 u jgħid jekk twaqqafx il-Gozo Directorate fi ħdan il-Malta Enterprise? Jekk fin-negattiv, għaliex ma twaqqafx? Jekk twaqqaf, x’inhuma l-kompetenzi u l-funzjonijiet tiegħu? Min huma l-persuni maħtura biex imexxu u jamministraw dan id-Direttorat? Jista’ jgħid jekk hemmx budget speċifikatament għal Għawdex u jekk hemm, minn min hu amministrat? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Dokument “An Entrepreneurial Vision for Gozo” pubblikat mill-Malta Enterprise f’Jannar 2007?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2793.
Laqgħat bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea — Servizz tal-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2795 u jgħid jekk kienx hemm xi korrispondenza u/jew laqgħat formali jew informali bejn il-Gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea minn Ġunju 2007 ‘l hawn dwar l-opinjoni motivata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet lil Malta dwar is-servizz tal-baħar bejn Malta u Għawdex (KE Ref Nru IP/06/1777) fejn il-Kummissjoni allegat li l-Gvern kiser ir-regolamenti komunitarji dwar il-kabotaġġ marittimu? Jekk kien hemm, meta? X’kien l-eżitu tagħhom? X’inhi l-pożizzjoni llum? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar dan il-każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministeru jgħid x'permessi u/jew liċenzji jeħtieġu l-ħwienet kummerċjali li qed joperaw bil-kaxxi tal-logħob? Jista' jgħid humiex amusement jew gambling machines? X'kundizzjonijiet oħra huma imposti għat-tmexxija u l-operat ta' dawn il-ħwienet?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għand il-joint office biex persuni li joqogħdu fil-proprjetà amministrata mill-joint office jixtru dik il-proprjetà? F'liema lokalitajiet, f'numri separati, jinsabu dawn il-proprjetajiet?
Billi ħafna drabi persuni li jixtru proprjetà speċjalment in shell form ikollhom problema meta l-perit tad-dipartiment jagħmel spezzjoni tal-post (u dan għaliex bejn iż-żmien li jinxtara l-post u dak ta' meta ssir l-ispezzjoni jkun sar ammont ta' xogħol li jbiddel il-valur tal-post), jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-perjodu jiqsar biex jiġu evitati problemi bla bżonn kemm lix-xerrej kif ukoll lil min ibigħ il-proprjetà?
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 3789, 3790 u 3791 dwar estimi riveduti għan-nefqa rikorrenti fuq pagi u salarji għas-sena finanzjarja 2008 li minnhom jirriżulta żieda fin-nefqa fuq pagi u salarji ta' € 22.9 miljun bejn dak li ġie stmat u dak li ser ikun intnefaq, u b'referenza għall-paġna 22 tal-estimi finanzjarji għas-sena 2009 fejn għall-personal emoluments minn kolonna (3) għal (2) jidher li ż-żieda fin-nefqa għall-emoluments ser tkun ta' €29 miljun, jista' l-Ministru juri kif dawn iż-żewġ ċifri jistgħu jiġu rikonċiljati?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilità milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jista jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilità milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jista jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Kontribuzzjonijiet finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Vapur t'Għawdex — Sistema ta' kif jitpoġġew il-karozzi
Question
Billi b'mod ripetut dawk li jkunu fl-ewwel parti tal-queue, jistennew biex jitilgħu fuq il-vapur t'Għawdex, kemm fiċ-Ċirkewwa kif ukoll fl-Imġarr Għawdex, jispiċċaw biex jinżlu ħafna wara dawk li jkunu qegħdin wara u dan għaliex it-tagħbija tal-karozzi tpoġġi lil tal-ewwel fil-ġenb tal-vapur, jista' jiġi assigurat li s-sistema ta' kif jitgħabbew il-vetturi tinbidel?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-vetturi jitgħabbew skond il-queue tal-art pero il-crew ta’ abbord ikun jista jiddeċiedi biss fejn jitpoġġew il-vetturi minħabba li l-ispazju jkun irid jiġi mqassam skond in -neċessita tat-tagħbija.