Legislature:
Category:
Reset
Active:

Treasury Clearance Fund

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aktar rapport riċenti tat-Treasury Clearance Fund, 'lil hinn minn dak muri fil-Financial Report 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kalkara — Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp - post okkupat mill-berġa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Gvern milli joħroġ mill-berġa substandard li hemm f'Misraħ Arċisqof Gonzi il-Kalkara, u jidħol minflok fil-fond maqbul mill-Kunsill Lokali Kalkara fi Triq San Mikiel fil-Kalkara? Jaf li s-Soċjetà Għaqda Mużikali San Ġużepp teħtieġ ħafna l-post li bħalissa okkupat mill-berġa li hu proprjetà tagħha? Għalfejn donnu waqaf kollox wara l-elezzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi peress li l-kwistjoni hija dwar Berġa wżata mid-Dipartiment tas-Saħħa, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi t-talba tiegħu lil-Ministru konċernat.

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji — kumpanniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk il-kumpanniji reġistrati mal-Malta Financial Services Authority u li jaħdmu fis-settur ta' l-e-gaming?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ kumpaniji reġistrati mal-Gaming and Lotteries Authority jammonta għall-mitejn u erbgħa u għoxrin [224] sa Settembru 2008.

taxxa fuq il-plastic bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid min ser iħallas it-taxxa ġdida fuq il-plastic bag jekk hux is-sidien tal-istabbilimenti jew il-konsumatur? Jista' jgħid jekk din it-taxxa hux ser tkun imposta wkoll fuq l-eco-bagsu/jew dawk biodegredabbli? X'ser isir mid-dħul ta' din it-taxxa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-eko-kontribuzzjoni ta’ 15-il ċenteżmu se tkun fuq kull basket tal-plastic li jingħata mill-ħwienet. Se tkun obbligatorja fuq kull ħanut f’pajjiżna li meta jagħti carrying bag tal-plastic dan l-ammont irid iddaħħal fl-irċevuta fiskali.

Konvenju ta art/proprjetà immobbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati konvenji fuq xiri ta' art/proprjetà immobbli tul dawn l-aħħar sentejn? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ konvenji fuq xiri t’art/proprjeta’ immobbli li ġew reġistrati mad-Dipartiment tal-Capital Transfer Duty matul is-snin 2006, 2007 u sat-tnax ta’ Novembru 2008 huma 9497, 9101 u 6559 rispettivament. Fit-tabella markata Dok “A” għandek issib kif daħlu sena b’sena u xahar b’xahar. Din it-tabella qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proprjetà Privata mikrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3416 u 3194 u jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jara li ċ-ċnus ta' propjetà privata mikrija lill-inkwilini f'isem il-Gvern li ilhom ma jiġu riveduti għal għexieren ta' snin, sa fl-aħħar jiġu riveduti b'mod xieraq kif inhu mistħoqq mis-sidien?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3416.

Gambling Halls — Spezzjonijiet

Question

Jista l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilgħabu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gambling Halls — Spezzjonijiet

Question

Jista l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2867, 1932 u 1397 u jagħti statistika ta' kemm-il spezzjoni għall-għarrieda u bla avviż saret ġo gambling halls sabiex jaraw jekk hemmx tfal minorenni jilagħbu fuq dawn il-magni tal-logħob? Jekk iva, kemm-il darba saret din bejn Jannar 2007 u Diċembru 2007? X'kien ir-riżultat ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Skema mħabbra biex jitwaqqaf fond — sidien ta' proprejtà privata esproprijati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-iskema mħabbra sentejn ilhu fil-Budget 2007 biex jitwaqqaf fond ta' €46 miljun biex jitħallsu sidien ta' proprjetà privata esproprijata mill-Gvern? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti biex ifasslu din l-iskema? Jekk iva, min huma, kif tqabbdu u kemm ser jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-preparamenti u t-taħditiet fuq livell tekniku fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment għadhom għaddejjin fuq dan il-punt.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Talbiet għal-użu ta' Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3540 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Gozo Channel — job description

Question

Jista' l-Ministru jforni l-job description ta' kull kategorija ta' ħaddiema tal-Gozo Channel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kumpanija Gozo Channel hija Kumpanija kummerċjali, u għaldaqstant inħossu li mhuwiex prudenti li jingħataw dawn id-dettalji.

Skema mħabbra biex jitwaqqaf fond — sidien ta' proprjetà privata esproprijati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3925 u jgħid fiex waslu l-preparamenti għall-iskema mħabbra sentejn ilhu fil-Budget 2007 biex jitwaqqaf fond ta' €46 miljun biex jitħallsu sidien ta' proprjetà privata esproprijata mill-Gvern? Jista' jgħid jekk tqabbdux konsulenti biex ifasslu din l-iskema? Jekk iva, min huma, kif tqabbdu u kemm ser jitħallsu?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi llill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3925.

Lemis — Sistema Komputerizzata fid-Dipartiment tal-Artijiet

Question

B'referenza għas-sistema komputerizzata state of the art li hija ppjanata li ssir fid-Dipartiment tal-Artijiet biex tagħti stampa ċara ta' proprjetà tal-gvern, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3926 u jgħid x'sar minnu l-proġett Lemis li ssemma kemm-il darba anke f'dan il-parlament diversi snin ilu u li għalih kienet saret anke sejħa għall-offerti? Jista' jgħid kemm hija n-nefqa totali inklużi konsulenzi u safar li saret s'issa fuq dan il-proġett?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3927 u jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bejgħ ta' Post

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3959 u jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Wires Antiki

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3957 u jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet Uffiċjali għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta fi Brussell? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Nefqa tal-Gvern f'Delegazzjonijiet Uffiċjali għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta fi Brussell? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.