Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2397 dwar dħul medju għal kull ħaddiem fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jagħtini t-tagħrif mitlub kif joħroġ mil-Labour Force Surveys? Jista’ jagħtini l-istess tagħrif għal Malta?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi bil-mutur liċenzjati għall-ewwel darba f’Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1988 sal-2007 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru? Kemm minn dawn kienu vetturi ġodda u kemm kienu vetturi użati? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4103 u 3540 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?
Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — recognition rent
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ċifri ta-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l- Minstru jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid li l-
Malta Industrial Parks
, il-
Privatisation Unit
, in-
Notary to Goverment
, il-Lottu u l-Kuntratti ma nefqu l-ebda spiża fuq safar barra mill-Unjoni Ewropeja jew fl-Unjoni Ewropeja. Filwaqt li l-
Gozo Channel
, l-NSO, id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, l-Air Malta, id-Dipartiment tal-VAT, it-Teżor u l-
Government Property Division
ma nefqu l-ebda spiża fuq safar barra mill-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal xi ħsieb li l-Malta Dairy Products tiċċaqlaq mill-post fejn qed topera llum (u fejn ilha għal għexieren ta' snin) fil-Ħamrun, u jiġi żviluppat sit ġdid, kif ġie propost u magħżul diversi drabi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Dairy Products għadha kemm nefqet ammont sostanzjali f'titjib fl-impjant tal-Ħamrun u ma naħsibx li jagħmel sens li din issa tiċċaqlaq għal xi post ieħor.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministru, kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2526.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' entitajiet pubbliċi li ġew mogħtija lill-privat għall-iżvilupp kummerċjali mill-gvern permezz ta' indikazzjoni fil-Parlament matul dawn l-aħħar għoxrin sena? F'liema data saru l-kuntratti, lil min ingħataw u x'kien id-dħul tal-gvern minn kull trasferiment?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3635.
Bengħajsa — Trasferiment ta' biċċa art mingħand il-gvern
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa lill-Korporazzjoni Enemalta għal perijodu ta' 65 sena għal kiri tal-impjant tal-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kopja tal-kuntratt tat-23 ta’ April 2004 bejn id-Dipartiment ta’ l-Artijiet u l-Enemalta fejn il-Gvern ittrasferixxa biċċa art f’Bengħajsa għal perijodu ta’ 65 sena għal kiri tal-impjant tal-gas ġie imqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta kienet qiegħda tiġi diskussa ir-Riżoluzzjoni biex din l-art tiġi trasferita lill-Gasco.
Għaldaqstant qiegħed nerġa npoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzji, l-Ekonomija u Investiment — Ċifri tas-safar fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3137 u 2526 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali/ċifra ta' flus tas-safar governattiv barra mill-Unjoni Ewropea rispettivament minn Jannar sa Settembru 2008? Mill-ministeru u entitajiet li jaqgħu taħtu , kemm kienet fil-fatt iċ-ċifra globali tas-safar fl-Unjoni Ewropea għall-istess żmien?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2526.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment ta' l-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li d-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rcevit xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ta' l-Artijiet m'għandu ebda informazzjoni fir-records tiegħu li turi li għandu jagħti flus ta' bejgħ ta' post fejn il-bejgħ sar fl-2005, lill-persuna li d-dettalji tagħha ntbagħtu separatament.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għall-fini tal-liġi, Ħal Ferħ Complex għadux ikkonsidrat bħala kumpannija parastatali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpannija kummerċjali Ħal Ferh Co Ltd hija kumpannija ‘limited liability’ irreġistrata Malta bin-numru ta’ reġistrazzjoni C3512. L-ishma kollha tal-kumpannija minbarra sehem wieħed huma tal-kumpannija Maltija Air Malta plc filwaqt li s-sehem wieħed huwa tal-kumpannija Holiday Malta Co Ltd li hija reġistrata fir-Renju Unit.
Jista' l-Ministru jara li s-sidien li tteħditilhom proprjeta' fil-Belt, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jiġu kkumpensati b'mod adegwat peress li issa anke qiegħed isir bini minn terzi fil-proprjetà li kienet f'St Joseph Street u fi Spur Street?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant illi is-sidien li tteħditilhom proprjeta’ fil-Belt, li d-dettalji tagħhom intbgħatu separatament , qed jiġu ikkompensati billi titħallas kera’ ta’ għarfien kull sitt xhur peress li l-proprjeta’qegħda għand il-Gvern taħt titolu ta’ dominju pubbliku. Din il-kera’ ta’ għarfien hija mħallsa skond it-termini ta’ l-Ordinanza dwar Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88).
B'referenza għat-weġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 3739 li saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, jista' l-Ministru jara li ssir korrispondenza bejn il-gvern u l-kumpannija Go biex dik it-talba tiġi milqugħa?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha tieħu flus ta' bejgħ ta' post mingħand id-Dipartiment tal-Artijiet u li dan il-bejgħ sar fl-2005, minkejja li min-naħa tad-dipartiment dejjem jgħidulha li ser tirċievi l-flus, għadda ż-żmien u ma rċeviet xejn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirrefer lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3743.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-mument huwa n-numru ta' self employed li waqgħu lura fl-pagamenti/ħlasijiet tal-bolla tal-National Insurance f'Malta u f'Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ self employed li waqgħu lura fl-pagamenti/ħlasijiet ta’ bolla tal-NI f’Malta huwa ta’ 5553 u 508 f’Għawdex.