Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji reġistrati f’Malta li m'għandhomx kont bankarju f'Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17364 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mit-58% tal-kumpaniji reġistrati f'Malta li m'għandhomx IBAN Malti għandhom sidien benefiċjarji aħħarin (Ultimate Beneficial Owners) barranin?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Chairpersons

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le? Jista' jgħid ukoll: (a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom? (b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? (e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad? (f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24062.

Għawdex — Fondi ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25139 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm intużaw fondi Ewropej li kienu allokati għall-gżira ta' Għawdex mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul l-2024 u l-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u fuq liema proġetti? Jista’ jgħid ukoll kemm intużaw s’issa fondi fuq kull proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25327.

MCCAA – Ħatra taċ-Chairperson

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi proċess ġie segwit għan-nomina taċ-chairperson tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA)? Jista’ jgħid ukoll liema kriterji ntużaw biex il-persuna magħżula tkun idonea għal din il-kariga?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess li ġie segwiet għall-ħatra ta’ Chairperson għal Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) huwa skont il-provedimenti li joħorġu mill-liġi li jirregolarizzaw l-istess awtorità (Kap. 510). Nagħrraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi irċieva n-nomina tas-Sinjura Ciantar għall-ħatra ta' Chairperson tal-istess Awtorità.

Trade Unions — Rapport tar-Reġistratur

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25444 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid x'kienu l-aħħar ċifri tal-imsieħba f'kull trade union skont l-aħħar rapport tar-Reġistratur tat-Trade Unions u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport li ġie ppubblikat?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kabinett

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25445 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu qed jinġabar, perswaz li jaf li tali tagħrif jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ żmien biex dan jinġabar.

2025-2030 — Strateġija annwali tas-saħħa sesswali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25456 u jgħid min ġie kkonsultat rigward l-istrateġija annwali tas-saħħa sesswali 2025-2030 u kemm se jiswa biex jitwettaq?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Citizenship-by-Investment

Question

To ask the Prime Minister, with reference to the Citizenship-by-Investment in Malta: i. How many passports have been issued under this scheme? ii. What is the total value generated by this scheme? iii. What is the present value of the funds under this scheme? iv. If the present value of the funds is less than the total value generated by this scheme, what is the difference?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Uffiċini

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: (a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin? (b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati? (c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini? (d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn? (e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera? (f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini? (g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu? (h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika xi jrid ifisser bit-tieni uffiċċju fil-mistoqsija tiegħu. Fl-istess ħin, ninfurmah li l-uffiċċju li naħdem minnhu jien ta’ kuljum jinsab fil-Berġa ta’ Kastilja.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22679 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra .

Ministeru għal Għawdex — Karigi battala

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25000 u jgħid fil-preżent kemm hemm karigi battala ta' DGs, Diretturi, u Assistenti Diretturi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u ta’ xiex inhuma? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom battala u meta hu maħsub li jiġu mimlija? Jista' jghid ukoll hemmx il-ħsieb li fil-preżent u fil-futur qarib jinħolqu karigi ġodda ta' DGs, Diretturi jew Assistenti Diretturi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm 2 postijiet vakanti fil-kariga ta’ assistant directors li huma dawn : Assistant Director in the Rural Gozo Directorate, Ministry for Gozo and Planning (MGP) u Assistant Director (Finance) in the Corporate Services Directorate, Ministry for Gozo and Planning (MGP).

Skrivani mal-Ministeri — Rekwiżiti bażiċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti bażiċi u fuq liema kriterji jiġu impjegati l-iskrivani fil-Ministeri u d-dipartimenti rispettivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li ll-kriterji tal-iskrivani li llum jissejħu jew Clerical Officer jew Junior Clerical Officer, jiġu appuntati fis-Servizz Pubbliku skont il-Ftehim Settorali li jkopri il-General Service Grades.

Kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet — Permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25366 u jgħid kemm diġà ħarġu permessi għall-faċilitajiet għall-kultivazzjoni tal-kannabis għad-distribuzzjoni mill-assoċjazzjonijiet relatati, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis ħarġet sittax (16) -il liċenzja operattiva. Fl-istess ħin infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-assoċjazzjonijiet huma obbligati bil-liġi li ma jagħmlu ebda reklamar u għalhekk is-siti ta’ distribuzzjoni jiġu aġġornati biss fuq is-sit tal-awtorità. Rigward is-siti ta’ kultivazzjoni dawn iridu jkunu koperti b’permess tal-Awtorità tal-Ippjanar fi Klassi 5 (Manifatturi fuq livell Industrijali) jew Klassi 7 (Agrikoltura Intensiva). Hawn ukoll ma jista’ jkun hemm ebda forma ta’ reklamar u lanqas tabella jew indikazzjoni li tidentifika kif qed jintuża l-fond relattiv, biex bħala parti mill-istrateġija ta’ harm reduction ma jkun hemm ebda pubbliċità, filwaqt li bħala miżura ta’ sigurtà jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm serq ta’ kannabis biex jiġi ttraffikat b’mod illegali. Fil-fatt wieħed mill-iskopijiet tal-liġi dejjem kien li jkun attakat is-suq illegali.

Awtorità tal-Ippjanar — Kultivazzjoni tal-kannabis - Change of use

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25365 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux meħtieġ li ssir applikazzjoni għaċ-change of use mal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex binja li ma tkunx qed tintuża għall-kultivazzjoni tal-kannabis tkun tista' tiġi użata bħala faċilità għall-kultivazzjoni tal-kannabis?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kabinett

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

2025-2030 — Strateġija annwali tas-saħħa sesswali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min ġie kkonsultat rigward l-istrateġija annwali tas-saħħa sesswali 2025-2030 u kemm se jiswa biex jitwettaq?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

MCCAA — CEO/Executive Chairman

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25425 rigward is-CEO jew Executive Chairman tal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u peress li l-isem indikat fl-istess tweġiba ma jaqbilx mal-isem li jidher fid-direttorju tal-emails tal-Gvern stess kif jidher fir-ritratt li qed jintbagħat separatament, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk hemmx żball fid-direttorju jew fit-tweġiba tal-mistoqsija oriġinali?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ħadtx żball fit-tweġiba tiegħi għaliex sal-lum iċ-chairperson tal-MCCAA hija l-Ing. Helga Pizzuto. Fl-aħħar ta' Jannar is-Sinjura Carmen Ciantar ġiet maħtura CEO u fil-frattemp il-Kumitat tal-Ħatriet Pubbliċi irċieva n-nomina tagħha għall-ħatra ta' Chairperson tal-istess Awtorità.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Credit/Debit cards

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.