Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa – xogħlijiet minn kuntratturi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm kuntratturi li jagħmlu xogħlijiet differenti fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika l-mistoqsija parlamentari tiegħu.

Mwiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20883 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20515, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ mwiet maqsuma skont l-età u s-sess għas-sena 2020 anke jekk din l-informazzjoni għadha proviżorja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 20883.

Persuni eleġibbli għall-vaċċin tal-COVID-19 f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li kienu eleġibbli għall-vaċċin COVID-19 f'Malta u f'Għawdex f'Marzu 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dawk eliġibbli biex jieħdu l-vaċċin sas-6 ta’ Marzu kienu l-Frontliners, Ħaddiema f’setturi essenzjali, persuni vulnerabbli kif ukoll dawk li kellhom minn 60 sena’l fuq.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — trasferimenti minn ħaddiema għal dipartimenti jew entitajiet oħra f'Għawdex

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta' Lulju 2015 sal-lum kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u fejn marru jaħdmu dawk il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-1 ta' Lulju 2015 sal-lum kien hemm 96 talbiet għal trasferiment minn ħaddiema li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex. Minn dawn 62 gew milqugħa. Dawn il-ħaddiema marru jaħdmu fil-Ministeru għall-Edukazzjoni f’Għawdex, Ministeru għall-Finanzi f’Għawdex, Ministeru għal Għawdex, Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali f’Għawdex, fl-Uffiċċju Elettorali t’Għawdex, fl-iSpiżerija tal-Għażla tiegħek f’Għawdex kif ukoll mad-dipartiment tal-Kura tas-Saħħa Primarja f’Għawdex.

Persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease li huma iżgħar minn 61 sena, li jieħdu SDA u/jew pensjoni tal-invalidità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sptarijiet u kliniċi – ħlas għal servizzi minn persuni minn pajjiżi terzi li jaħdmu f’Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali mħallas għal servizzi mill-isptarijiet u l-kliniċi pubbliċi sena b'sena mill-2015 sal-lum minn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom permess tax-xogħol, li jħallsu national insurance f'Malta, ma jħallsux għas-servizzi mediċi.

Nies li ġew interdettjati minħabba mard

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew interdettjati persuni f’dawn l-aħħar 10 snin minħabba mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitolb lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni li jbatu mill-ALS

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu bl-ALS u x’għajnuniet qed jieħdu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Mater Dei hemm 49 persuni irreġistrati li jsofru minn Motor Neuron Disease. Dawn il-persuni qed jirċievu trattament mediku neċessarju minn tim multidixxiplinarju ta’ esperti mediċi.

Kumpanija — kuntratt

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li hemm fis-seħħ mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-kuntratt li qed jagħmel referenza għalih fil-mistoqsija parlamentari tiegħu se jkun qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra f’xi seduta oħra.

Impjegati tal-banek – tilqima kontra l-COVID-19

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jiġu mlaqqma l-impjegati tal-banek speċjalment dawk li jiġu f’kuntatt man-nies?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interepllant illi it-tilqima ghal kontra l-Covid-19 qed tinghata skont l-età. Nfakkru li t-tilqim kontra l-Covid-19 għaddej b’ritmu mgħaġġel u li bhalissa anki persuni minn 30 sena il-fuq jistghu japplikaw sabiex jiehdu din it-tilqima.

Servizz ta’ Psychiatric Outpatient

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 12334 tat-12-il leġislatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li fil-preżent qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta kif ukoll t’Ghawdex, li fil-preżent qed jirċievu servizz psikjatriku gewwa l-kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità.

Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali – ksur tad-drittijiet – ilmenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien hemm ilmenti li jkunu allegati ksur tad-drittijiet tal-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali matul is-sena l-oħra? X’kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti u x’rakkomandazzjonijet saru biex jitħarsu l-persuni involuti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17700.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16469, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, minħabba li l-flus mogħtija mill-Ministeru (€30,000) u mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) (€200) lill-Marigold Foundation huma fondi pubbliċi, dawn il-flus kif intnefqu mill-istess Marigold Foundation?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16743.

Ministeru għas-Saħħa — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16743, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kif il-Marigold Foundation qasmet l-equipment imsemmi fir-risposta u li jammonta għas-somma totali ta’ €245,798? Jiġifieri, liema entitajiet jew organizzazzjonijiet gawdew mid-donazzjonijiet imsemmija fir-risposta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari li għamlet hi stess bin-numru 16743.

Persuni li jbatu minn Myalgic Encephalomyelitise — statistika

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20637, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid hekk hux biħsiebu li mill-aktar fis possibli tibda tinżamm statistika ta’ kemm hawn persuni li jbatu mill-Myalgic Encephalomyelitise?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika dwar kundizzjonijiet mhux daqstant komuni li tipikament ma jwasslux biex persuna tidħol l-isptar hija dejjem diffiċli biex tinġabar għax tkun tirrikjedi stħarriġ kbir iddedikat.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — impjieg, tender jew direct order lill-persuna

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu tawx xi impjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 s’issa? Jekk iva, x’inhu l-irwol tagħha u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħata l-ebda mpjieg, tender jew direct order lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal lum.

Mwiet

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 20515, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ mwiet maqsuma skont l-età u s-sess għas-sena 2020 anke jekk din l-informazzjoni għadha provi¿orja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Pazjenti li jbatu bil-Fibromyalgia

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20477, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif kien segwit il-każ imsemmi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minħabba rekwiżiti ta’ data protection informazzjoni medika dwar pazjenti partikolari ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-permess tal-persuna kkonċernata.

COVID-19 — PCRs

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienu n-numri tat-Threshold cycles (Tc) jew amplification cycles għal COVID-19 imsejħin PCR tul dawn l-aħħar 12-il xahar, u jekk tbiddlu dawn is-Ct, meta tbiddlu u fuq liema bażi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanr illi n-numri tat-threshold cycles (Tc) jew amplification cycles għal Covid-19 imsejħin PCR tul dawn l-aħħar 12-il xahar huwa ta’ 38. Dawn it-threshold cycles jew cut offs ma nbiddlux.

COVID-19 — PCR Tests - laboratorji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-laboratorji inkarigati jagħmlu dawn il-PCR tests u x'taħriġ ingħataw, sabiex ikunu jistgħu jagħmluhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma Interpellant illi minbarra l-kwalifiki bażiċi li huma meħtieġa għar-reġistrazzjoni tas-CPCM, il-maġġoranza ta’ dawn l-impjegati komplew bl-istudji tagħhom billi kisbu MSc u PHD. B’kollox hemm sitt laboratorji li qed jagħmlu l-PCR Tests.