Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #31314 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — Staff

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tweġiba aġġornata għall-mistoqsija parlamentari 19389?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31610 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — lecture dwar metodi ta' riċerka lill-istudenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif intgħażlet il-persuna minn barra l-Istitut għall-Istudji Turistiċi biex tagħti lecture dwar metodi ta' riċerka lill-istudenti nhar il-15 ta' Diċembru 2011? Xi kwalifiċi fil-qasam tar-riċerka akkademika għandha din il-persuna? Liema kriterji intużaw fl-għażla tal-persuna? Tħallset din il-persuna? Jekk iva, kemm kienet ir-rata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna minn barra l-Istitut għall-Istudji Turistiċi li ġiet magħżula biex tagħti lecture dwar metodi ta' riċerka lill-istudenti nhar il-15 ta' Diċembru 2011 intgħażlet a bażi tal-esperjenza vasta fir-riċerka li għandha. Din il-persuna għandha PHD, Masters u Baċellerat. Tħallset bir-rata ta’ €23.30 is-siegħa.
Leg 11 PQ #31611 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — laqgħat tal-European Association of Hotel and Tourism School

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi attendew għal laqgħat uffiċjali tal-European Association of Hotel and Tourism School, li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi huwa membru tiegħu, matul l-2009, l-2010 u l-2011? Kemm kien hemm stediniet uffiċjali u kemm fil-fatt kien hemm rappreżentanza mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi? X'kien l-iskop ta' kull parteċipazzjoni barra minn Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ uffiċjali tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi li attendew għal laqgħat uffiċjali tal-European Association of Hotel and Tourism School, li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi huwa membru tiegħu, matul l-2009, l-2010 u l-2011 kienu ta’ wieħed għal kull sena. Kien hemm stedina uffiċjali. L-iskop ewlieni kien biex ikun hemm representanza fuq il-bord eżekuttiv tal-istess assoċjazzjoni.
Leg 11 PQ #31612 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — impjegati li talbu transfer

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi li talbu transfer matul l-2010 u l-2011? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa? Fejn ġew trasferiti dawn l-impjegati? Il-post vakanti tagħhom ġie mimli minn persuni oħra? Jekk iva, b'liema proċess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ impjegati mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi li talbu transfer matul l-2010 u l-2011 huwa sebgħa. Kollha ġew milqugħa. Tlieta minnhom ġew trasferiti mad-DCS MEDE, wieħed mal-MTA, tnejn fi skejjel sekondarji u wieħed mal-Library Services, San Ġiljan. Il-post vakanti tagħhom sa issa ma ġiex mimli minn persuni oħra.
Leg 11 PQ #31613 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — transfer lill-impjegati mhux akkademiċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm impjegati mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudju Turistiċi ngħataw transfer lejn dipartimenti/entitjiet oħra pubbliċi matul l-2010 u l-2011 minħabba esiġenzi tas-servizz? Fejn ġew trasferiti dawn l-impjegati? Il-post vakanti tagħhom ġie mimli minn persuna oħra? Jekk iva, b'liema proċess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-ebda mpjegat mhux akkademiku ma ġie trasferit minġhajr ma kien hemm talba min naħa tiegħu/tagħha.
Leg 11 PQ #31666 Sitting 442 2012-02-06 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — Persuna b'diżabilità - applikazzjoni taħt l-skema tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tindika fejn waslet l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li huwa individwu b'diżabilità u li applika għax-xogħol taħt l-iskema tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għall-persuni b'diżabilità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel kuntatt mas-Supported Employment Section tal-ETC fuq in-numru 22201407 fejn jingħata kull informazzjoni u assistenza meħtieġa.
Leg 11 PQ #31330 Sitting 441 2012-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

studenti residenti Għawdex li ggradwaw mill-ITS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex iggradwaw mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi kull sena mis-sena akkademika 1999-2000 sas-sena 2010-2011? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors? Tista’ tagħti l-istess tagħrif dwar studenti residenti f’Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31331 Sitting 441 2012-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

studneti li ggradwaw mill-MCAST u jaħdmu Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mill-istudenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex u li ggradwaw mill-MCAST kull sena mis-sena akkademika 1999-2000 sas-sena 2010-2011 qed jaħdmu f’Għawdex illum? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li segwew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba, minbarra dik tas-snin 1999, 2000, 2001 u 2002 qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Fis-snin indikati f’din it-tweġiba ma kinitx tinżamm l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #31332 Sitting 441 2012-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

studenti li ggradwaw l-IST u jaħdmu Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex iggradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi kull sena mis-sena akkademika 1999-2000 sas-sena 2010-2011 qed jaħdmu f'Għawdex illum? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors li segwew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31333 Sitting 441 2012-02-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Università ta’ Malta u MCAST — informazzjoni dwar studenti barranin

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barranin isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont in-nazzjonalità tagħhom u l-kors li qed isegwu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Transfer minn fuq il-post tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'possibilità hemm li, l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha bosta snin titlob biex tieħu transfer minn fuq il-post tax-xogħol minħabba problemi ta' saħħa, tiġi milqugħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li peres li f’dan il-mument m’hemm ħadd li jista’ jissostitwixxi lil din il-persuna, dan it-trasferiment mhuwiex possibli. Meta jkun hemm aktar operational support workers it-talba tkun tista’ tiġi kkunsidrata.

Applikazzjonijiet għal Learning Support Assistants

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu proċessati l-applikazzjonijiet ta' dawk li applikaw għal Learning Support Assistants? Meta se jiġu ngaġġati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma kien hemm l-ebda sejħa għal learning support assistants. Kien hemm żewġ sejħiet: 1. Supply Learning Support Assistants 2. Learning Support Assistants II L-applikazzjonijiet ġew ipproċessati u qegħdin isiru l- interviews tas- supply learning support assistants u se jibdew dalwaqt tal-Learning Support Assistants II.

Teachers trenjati fl-ewwel għajnuna

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk l-għalliema humiex imħarrġa biex jagħtu l-ewwel għajnuna lill-istudenti tagħhom? Kemm hemm teachers li għandhom dan it-taħriġ u meta kellhom l-aħħar update tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 29582.
Leg 11 PQ #31328 Sitting 440 2012-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Gozo College — informazzjoni dwar l-istaff

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm membri tal-istaff fi gradi tal-edukazzjoni fil-Gozo College li għandhom: (i) Baċellerat, (ii) grad ta’ Masters u (iii) dottorat? Tista’ tagħti din l-informazzjoni skont l-iskola fejn huma assenjati dawn l-impjegati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31329 Sitting 440 2012-01-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

studenti residenti Għawdex li ggradwaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex iggradwaw mill-MCAST kull sena, mis-sena akkademika 1999-2000 sas-sena 2010-2011? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-Istitut, il-kors u l-Livell? Tista’ tagħti l-istess tagħrif dwar studenti residenti f’Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba, minbarra dik tas-snin 1999, 2000 u 2001, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Fis-snin indikati f’din it-tweġiba ma kinitx tinżamm l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #31233 Sitting 439 2012-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — fdalijiet ta' bomba

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’kienu l-health and safety measures li ġew imħaddmin fl-MCAST meta dan l-aħħar instabu fdalijiet ta' bomba? Kif ġew imħaddmin u kkordinati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qabel ma beda x-xogħol ta’ tħaffir u bini tal-proġett tal-Kampus il-Ġdid tal-MCAST, waqt li kienu qed jitfasslu l-pjani, l-awtoritajiet tal-Kulleġġ qiesu l-possibilita’ li fiz-zona fejn se jsir it-tħaffir jistgħu jinstabu xi fdalijiet ta’ splussiv tat-Tieni Gwerra Dinjija. Għalhekk, qabel ma bdew ix-xogħlijiet, il-Forzi Armati ta’ Malta ntalbu jagħmlu eżerċizzju ta’ tfittix għal materjal splussiv li seta’ kien hemm mirduma taħt l-art, permezz ta’ apparat apposta. Minn dan l-istudju ma nstabux traċċi ta’ splussiv madankollu, l-esperti tal-Forzi Armati ta’ Malta wissew li xorta jibqa’ possibilita’ żgħira li jinstab xi materjal splussiv. Kien għalhekk li l-awtoritajiet tal-Kulleġġ, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, infurmaw lill-kuntratturi b’din il-possibilta’ u ħasbu għal pjan t’azzjoni f’każ li sseħħ. Fil-fatt, nhar it-12 ta’ Diċembru, malli waqt ix-xogħol ta’ tħaffir instabu l-fdalijiet ta’ bomba, mill-ewwel infurmaw lill-Forzi Armati ta’ Malta, li immedjatament bagħtu l-esperti tagħhom biex ineħħu l-periklu. Fl-istess waqt, f’temp ta’ ftit minuti, l-awtoritajiet tal-Kulleġġ bdew l-evakwazzjoni tal-Kulleġġ, skont il-proċeduri ta’ evakwazzjoni tal-MCAST. Sabiex l-evakwazzjoni ssir b’mod ordinat, ġie deċiż li ma jintużawx l-‘alarms’ u minflok għadd ta’ uffiċċjali tal-Kulleġġ daru lil kull Istitut, klassi klassi, biex jevakwaw l-għalliema flimkien mal-istudenti tagħhom. Fl-aħħarnett, peress li ma kienx magħruf kemm se ddum il-ħidma biex jitneħħa l-materjal splussiv, biex jitħaffef il-proċess t’evakwazzjoni, u biex l-istudenti u staff ma jitħallewx jistennew fit-toroq tal-inħawi bir-riskju ta’ xi inċident tat-traffiku, l-istudenti u l-istaff intbagħtu d-dar minnufih. Il-Kulleġġ baqa’ evakwat sakemm il-Forzi Armati ta’ Malta neħħew il-materjal splussiv mill-inħawi.
Leg 11 PQ #31234 Sitting 439 2012-01-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

informazzjoni dwar bdil ta' kariga ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tikkonferma li s-Sinjur li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li kien imexxi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, illum għandu kariga fl-MCAST? Jekk iva, x’inhi din il-kariga u x’inhuma l-kundizzjonijiet u pakkett finanzjarju flimkien ma' inċentivi oħrajn li qed igawdi minnhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kariga tal-persuna msemmija hija ta’ Chief Officer, External Affairs, fl-MCAST. Għal dawn l-aħħar ħames snin il-pakkett finanzjarju ta’ din il-persuna huwa ta’ €52,411 fis-sena. Huwa wkoll intitolat għal: • Użu ta’ karozza; • Performance bonus sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku; • Sa massimu ta’ €1,164.69 fis-sena, għas-servizzi tal- mobile u ta’ linja fissa tat-telefon fir-residenza tiegħu; • Personal computer u remote access internet connection , • Ħlas tal-miżati ta’ sħubija f’assoċjazzjonijiet professjonali, skont ma japprova l-Prinċipal/Uffiċċjal Kap Eżekuttiv tal-MCAST.
Leg 11 PQ #31320 Sitting 439 2012-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li ggradwaw

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30777, tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin iggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2010/2011? Tista’ tgħid dawk li bdew jaħdmu f’Għawdex minn Lulju ’l hawn fejn bdew jaħdmu u x’inhuma l-kwalifiki tagħhom f’kull każ? Tista’ tgħid jekk għadhomx jaħdmu llum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #31321 Sitting 439 2012-01-25 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Employment Aid Programme — nies impjegati

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30778, tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawk li ġew ingaġġati kull sena fl-2009 u fl-2010 f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, għadhom jaħdmu mal-istess employer illum, kemm qed jaħdmu ma’ employer differenti llum, kemm m’għadhomx jaħdmu llum u kemm hemm minnhom qed jirreġistraw għax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

provediment ta' learning support assistant

Question

Peress li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu sentejn jistenna biex jingħata learning support assistant, tista' l-Ministru tara li dan il-każ jingħata l-attenzjoni li tixraqlu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-istatementing Board kien ħa deċiżjoni fuq dan il-każ u l-ġenituri, fl-aħħar ta’ Diċembru 2011, appellaw minn din id-deċiżjoni. Il-Bord tal-Appell se jisma’ dan il-każ fil-futur qrib.