Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22873 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: PHILIP MIFSUD To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ħaż Żebbuġ — serqiet minn residenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu rappurtati serqiet minn residenzi li jaqgħu fil-konfini ta' Ħaż-Żebbuġ? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b’xahar għas-snin 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #22895 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

National Intelligence Cell — ħidma ta' sorveljanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha teżisti n-National Intelligence Cell li tikkordina l-ħidma ta' sorveljanza ta' Malta kontra atti terroristiċi? Minn kemm ilha teżisti, kklasifikat f'livelli differenti l-periklu ta' attakki terroristiċi fuq Malta? F'liema livelli mill-ħamsa li għandha kklassifikat it-tagħrif li rċeviet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-National Intelligence Cell twaqqfet fl-2005.
Leg 11 PQ #22899 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — voti approvati li ma ġewx utilizzati

Question

B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #22933 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qorti t'Għawdex — sentenzi ta' separazzjonijiet maqtugħin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu sentenzi ta' separazzjonijiet fil-Qorti t'Għawdex taħt il-Maġistrat Paul Coppini fl-aħħar sentejn u nofs?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'dawn l-aħħar sentejn u nofs fil-Qorti ta' Għawdex inqatgħu tliet sentenzi ta' separazzjoni mill-Maġistrat Paul Coppini kif ukoll ingħataw numru ta’ digrieti marbuta ma’ diversi kawzi oħra ta’ separazzjoni

Strip searching fuq suspettati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux l-użanza li persuni li jiġu arrestati u interrogati jiġu mġiegħla jinżgħu il-ħwejjeġ kollha u jiġu strip searched ikun xi jkun is-suspett tal-allegat każ kontrihom bħalma sar fil-każ tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament? Ma jaħsibx li dan l-atteġjament tal-pulizija hu mil-aktar degradanti fil-konfront tas-suspettat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22847.
Leg 11 PQ #22966 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' suwiċidji li saru fis-sena 2010, 2009, 2008, 2007 u 2006 f'Malta u f'Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #22988 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Opri tal-baħar użati għall-kaċċa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm horse power jista' jkun mutur imwaħħal ma' opra tal-baħar li minn fuqha tista' ssir kaċċa minn fuq il-baħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevili Interpellant jirreferi għall-provvedimenti tar-Regolamenti tal-2006 dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi.
Leg 11 PQ #22989 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Pulizija — complement

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22738 jista' l-Ministru jgħid: a) kif kien stabbilit il- complement tal-pulizija fl-1 ta' Jannar 2011, ladarba kif qal hu dan jinbidel minn żmien għal żmien; u b) kemm kien hemm postijiet vakanti f'din id-data u f'liema karigu kienu dawn il-vakanzi skont kif kien stabbilit dan il-complement fl-1 ta' Jannar 2011?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22738.

traffikar ta' armi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2010 nqabdux nies fuq traffikar ta' armi mill-portijiet u minn merkazija li għaddiet minn Malta? Jista' jgħid id-destinazzjoni ta' dawn l-armi kenitx għas-suq lokali jew għal xi pajjiż ieħor? Jekk kien hemm minn dawn il-każijiet, jista' jgħid għal liema pajjiż u organizzazzjoni jew kumpanija kienu dawn l-armi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari numru 22184.

raids mill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il raid sar mill-Pulizija matul is-sena 2010? F'liema nħawi saru u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-raids?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba ta' Mistoqsija Parlamentari numru 14575.

road blocks mill-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il road block saret mill-Pulizija matul is-sena 2010 u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks? Kemm-il persuna li kienet qed iġġorr droga, jew affarijiet misruqa, jew xi attività illegali oħra nqabdet f'dawn ir-road blocks?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010, il-Pulizija għamlet 749 roadblock f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Infurmat ukoll illi waqt dawn ir-roadblocks, minbarra 2194 persuna li nstabu bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku, kien hemm ukoll 46 każ fejn instabet id-droga.

roads kongunti bejn l-armata u l-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il road block saret mill-Pulizija u armata b'mod konġunt matul is-sena 2010 u x'kien ir-riżultat ta' dawn ir-road blocks? Kemm-il persuna li kienet qed iġġorr droga, jew affarijiet misruqa jew xi attività illegali oħra nqabdet f'dawn ir-road blocks?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li matul l-2010 saru xi roadblocks mill-Pulizija flimkien mal-Forzi Armati.

Pulizija li jieħdu ħsieb ir-road blocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm personnel fis-sezzjoni tal-Pulizija li tieħu ħsieb is-sezzjoni tar-road blocks? Jista' jgħid għal liema raġuni jsiru dawn ir-road blocks?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma hemm ebda Taqsima fil-Korp tal-Pulizija addetta speċifikament sabiex tagħmel road blocks. Kull meta l-Pulizija tagħmel kontrolli fit-toroq dawn isiru skont id-disposizzjoni li hemm minn Artiklu 355 sa Artiklu 355 D tal-Kodiċi Kriminali.
Leg 11 PQ #22375 Sitting 303 2011-01-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Probation Officers Għawdxin

Question

Jista' l-Ministru jgħid i Kemm hemm Probation Officers Għawdxin u kemm minnhom qed jagħmlu xogħol f’Għawdex? ii Meta sar l-aħħar appointment ta’ Probation Officers Għawdxin? iii Jaħseb il-Ministru li hemm bżonn ta' aktar Probation Officers f’Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6900.

każ tal-qtil ta'  Karen Grech — żviluppi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul-is-sena 2010 kienx hemm xi żviluppi ġodda fuq il-każ tal-qtil ta' Karen Grech?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 14755.

każijiet ta' qtil mhux solvuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet ta' qtil li għadhom mhux solvuti li qed jiġu investigati mill-Pulizija u li seħħew f'Malta? Jista' jgħid kemm ilhom dawn il-każijiet u kemm ilu ma jkun hemm żviluppi jew informazzjoni ġdida fuq dawn il-każijiet każ b'każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Intepellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14756. Infurmat ukoll illi kien żdied każ wieħed.

każijiet ta' traffikar ta' persuni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' traffikar ta' persuni matul is-sena 2010? Minn liema pajjiż kienu ġejjin il-vittmi, kemm kellhom età u ta' liema sess kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2010 ma kienx hemm każijiet ta' traffikar ta' persuni.

każijiet ta' traffikar ta' persuni, prostituzzjoni jew droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-każijiet li qabdet il-Pulizija matul is-sena 2010, kienx hemm mottivi ta' traffikar ta' persuni, prostituzzjoni jew droga?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2010 ma kienx hemm każijiet ta' traffikar ta' persuni għal skopijiet ta' prostituzzjoni jew droga.

informazzjoni dwar droga maqbuda f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' traffikar ta' droga li kien hemm inqabad mill-Pulizija matul is-sena 2010? Kemm kien l-ammont f'kull qabda li nqabdet, minn liema pajjiż kienet ġejja u jekk id-droga li nqabdet kenitx għall-konsum lokali jew jekk Malta kenitx qed tintuża bħala hub li minnu d-droga maqbuda kellha intenzjoni li tmur għal xi pajjiż ieħor? Kemm kien hemm minn dawn il-każijiet u kemm kien hemm droga nvoluta għal kull każ?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 il-Pulizija qabdet 128 każ ta’ traffikar ta’ droga, li kienu ġejjin minn Switzerland, Spanja, l-Olanda u l-Belgium. Infurmat ukoll illi dawn kienu kollha għal Malta u l-ammont ta’ droga maqbuda kien kif ġej: Cocaine 4kgs045.36grm Heroin 4kgs959.8grm Cannabis resin 42kgs608.31grm Cannabis grass 236.76grm Cannabis plant 27 plants Ecstasy 19,445 tablets LSD 5 micro dots Mephedrone 0.7grs Methadone 1 ltr 500ml

traffikar ta' armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul is-sena 2010 nqabdux nies fuq traffikar ta' armi tan-nar f'Malta? Kemm inqabdu minn dawn l-armi? Jekk inqabdu, x'tip ta' armi kienu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2010 ma kien hemm ebda każ ta' traffikar ta' armi f'Malta.