Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Luqa – proġetti ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati f’Ħal Luqa biex jattiraw aktar turisti lejn in-naħa t’isfel ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintnefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser ikun qed jitħejja pjan ai termini tal-Istrateġija Maltija għat-Turiżmu sabiex jiġi estiż il-brand footprint ta’ Malta f’termini ta’ turiżmu u b’hekk jiġu identifikati proġetti f’diversi żoni madwar il-pajjiż.

Wied iż-Żurrieq — multi-level parking

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta' Wied iż-Żurrieq peress li preżentement fil-maġġor parti tiegħu l-ispazju hu riservat għal coaches? Jista’ fil-frattemp jiġu identifikati żoni oħra f'Wied iż-Żurrieq stess, li fihom jistgħu jiġi pprovdut tali parkeġġi biex fin-nuqqas ta' turisti li ġejjin minn barra l-pajjiż, aktar Maltin iżuru dan il-post turistiku sakemm isir dan il-multi-level parking?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18572 tal-Leġiżlatura XIII.

Pretty Bay – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1914 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Bajja ta’ Fra Ben – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1912 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fuq il-Bajja ta’ Fra Ben hemm liċenzja waħda sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel.

Bajja tar-Ramla – kiri ta’ deckchairs u umbrelel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1910 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Bajja tar-Ramla apparti operaturi itineranti li għandhom Lands encroachment sabiex jikru deckchairs u umbrelel, hemm ukoll żewġ kjosks illi huma lliċenzjati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sabiex jikru deckchairs u umbrelel.

Kottonera u Kalkara – lukandi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' lukandi liċenzjati biex joperaw fil-lokalitajiet tal-Kottonera u l-Kalkara?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għaddietli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jidher li m’hemm l-ebda lukanda liċenzjata f’dawn il-lokalitajiet, però hemm numru ta’ stabbilimenti li huma konsidrati bħala akkomodazzjoni kollettiva kif ukoll numru ta’ postijiet li huma liċenzjati biex jospitaw it-turisti.

Kottonera u Kalkara – postijiet liċenzjati biex jospitaw turisti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' postijiet illi huma liċenzjati biex jospitaw it-turisti iżda li mhumiex lukandi fil-lokalitajiet tal-Kottonera u l-Kalkara?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għaddietli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, in-numru ta’ hostels, holiday furnished premises, host families u guest houses fil-Kottonera u l-Kalkara jammontaw għal 192 u huma s-segwenti: Hostels (1) Holiday Furnished Premises (149) Host Families (30) Guest Houses (12) · Kalkara – 1 ·Bormla – 44 ·Birgu – 49 ·Isla – 35 ·Kalkara – 21 ·Bormla – 10 ·Birgu – 10 ·Isla – 8 ·Kalkara – 2 ·Bormla – 7 ·Birgu – 1 ·Isla – 3 ·Kalkara - 1

Kottonera u Kalkara – stabbilimenti tal-ikel liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' stabbilimenti tal-ikel li huma liċenzjati li joperaw fil-Kottonera u l-Kalkara?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għaddietli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jidher li hemm total ta’ 63 stabbilimenti tal-ikel li huma liċenzjati li joperaw fil-Kottonera u l-Kalkara kif muri f’din it-tabella. Ristoranti (18) Snack Bars (36) Take-Aways (9) ·Bormla – 2 ·Birgu – 8 ·Isla – 6 ·Kalkara – 2 ·Bormla – 10 ·Birgu – 14 ·Isla – 6 ·Kalkara – 6 ·Bormla – 7 ·Birgu – 0 ·Isla – 1 ·Kalkara – 1

Żurrieq – proġetti ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati fiż-Żurrieq biex jattiraw aktar turisti lejn in-naħa t’isfel ta' Malta? F’każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Istrateġija Maltija għat-Turiżmu ser tkun qiegħda tħejji pjan sabiex jiġi estiż il-brand footprint ta’ Malta f’termini ta’ turiżmu u b’hekk jiġu identifikati proġetti f’diversi żoni madwar il-pajjiż.

Imqabba – proġetti ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati fl-Imqabba biex jattiraw aktar turisti lejn in-naħa t’isfel ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintnefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1233.

Qrendi – proġetti ippjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati fil-Qrendi biex jattiraw aktar turisti lejn in-naħa t’isfel ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintnefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1233.

Ħal Kirkop – proġetti ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati f’Ħal Kirkop biex jattiraw aktar turisti lejn in-naħa t’isfel ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1233.

Ħal Safi – proġetti ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati f’Ħal Safi biex jattiraw aktar turisti lejn in-naħa t’isfel ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintnefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1233.

Birżebbuġa – proġetti ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati f’Birżebbuġa biex jattiraw aktar turisti lejn in-naħa t’isfel ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintnefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qiegħed jaħdem fuq proġett ta’ tisbiħ fil-promenade ta’ Birżebbuġa. Fil-preżent qiegħda ssir l-aħħar evalwazzjoni ta’ pjanti u disinji qabel ma jinħareġ it-tender mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Min-naħa tal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi dawn jagħmlu xogħol ta’ tisbiħ flimkien mal-Kunsill Lokali, skont it-talba, filwaqt li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jieħdu ħsieb il-management tal-bajja tal-Bajja s-Sabiħa u l-Bajja San Ġorg fl-istess lokalità.

Ministeru għat-Turiżmu – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.

Isla — Xatt Juan B. Azopardo - tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara u jagħti d-direzzjonijiet neċessarji sabiex ix-Xatt Juan B. Azopardo, l-Isla, jiġi maħsul u mnaddaf almenu darba fil-ġimgħa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull promenade oħra fil-pajjiż, il-ħasil ta’ dawn iż-żoni għal perjodu tas-sajf diġà beda. Ix-Xatt tal-Isla flimkien ma’ dawk ta’ Bormla u l-Birgu, ser jibda jinħasel kull nhar ta’ Ħadd kmieni filgħodu.

Xgħajra – Ilqugħ tal-ħadid fix-Xatt

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli jibdew ix-xogħlijiet neċessarji sabiex l-ilqugħ tal-ħadid li hemm fix-Xatt tax-Xgħajra jiġu msewwija u mibdula, għax uħud diġà huma mimlija sadid?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Isla – Ilqugħ fix-Xatt Juan B. Azopardo

Question

Jista’ l-Ministru jara li fl-aħħar parti tax-Xatt Juan B. Azopardo, l-Isla, isirilha l-ilqugħ li kien inbeda snin ilu u li s’issa għadu mhux magħmul u perikoluż?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – railings u slielem ħdejn il-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jaċċerta li x-xogħol kollu relatat mar-railings tal-baħar fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (inkluż Xemxija, Qawra u Buġibba) hu lest u li kollha tpoġġew ħdejn il-baħar/fil-baħar? Jista’ jaċċerta li r-railings u slielem qegħdin kollha fi stat tajjeb u li jsir ix-xogħol meħtieġ fl-iqsar żmien b’mod partikolari fuq ir-railings u s-slielem fil-bajjiet ta’ Triq San Ġeraldu u Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar, hekk kif jidher li hemm minnhom li għandhom xi ħsarat jew inkella tpoġġew f’sit differenti mis-soltu u b’hekk qed ikun diffiċli, speċjalment għall-anzjani, biex jagħmlu użu minnhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol kollu relatat ma’ railings tal-baħar fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar tlesta kollu. Infurmat illi saħansitra xi wħud minnhom saru ġodda sabiex jintużaw għal matul dan is-sajf. Saret spezzjoni f’dawn il-ġranet u ġie aċċertat li dawn kollha jinsabu fi stat tajjeb sabiex jintużaw mill-pubbliku. Ovvjament l-appell huwa li ma jsirx vandaliżmu fuq dawn ir-railings sabiex ikunu jistgħu jitgawdew fit-tul kemm jista’ jkun.

Pjazza tal-Mellieħa — proġett ta' tisbiħ - aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta' tisbiħ tal-Pjazza tal-Mellieħa hux se jkollu aċċessibiltà għall-persuni b'diżabilità, partikolarment dawk f'siġġu tar-roti għall-partijiet kollha tal-Pjazza? Jista' l-Ministru jgħidilna jekk hux ser tiġi istallata pjattaforma tas-siġġu tar-roti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-periti qed jieħdu ħsieb li l-partijiet kollha tal-pjazza jkunu aċċessibbli għal użu tas-siġġu tar-roti.