Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rotta numru 88

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28530, 28731 u 28938 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28280, jista’ jagħti l-istess informazzjoni fir-rigward tar-rotta numru 88 mill-Belt Valletta għall-Gudja u viċi-versa, mill-1 ta’ Jannar sal-20 ta’ April 2025?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu msemmi, il-ħin medju tat-traġitt bejn il-Belt Valletta u l-Gudja kien ta’ 43 minuta, u bejn il-Gudja u l-Belt Valletta kien ta’ 42 minuta.

Light Passenger Transport System (LPTS) — Sillabu għall-eżamijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22489, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sillabu għall-eżamijiet li qed isiru biex xufier iġib tag biex isuq karozza ta’ servizz għal passiġġieri (LPTS) li tipprepara l-Awtorità, huwiex aċċessibbli, u jekk iva, fejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sillabu indikat jinsab fit-tielet skeda tar-Regolamenti dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri b’Vetturi Żgħar u Servizzi ta’ Kiri ta’ Vetturi (L.S.499.68).

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Credit/Debit cards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23610 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm erba’ entitajiet taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi li nħarġitilhom debit / credit card. Il-ħruġ ta’ card isir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi — Ħaddiema fuq barra

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fuq barra, fi gradi differenti, li qed jaħdmu mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi preżentement? Jista’ jgħid ukoll f’liema distretti tad-dipartiment qed jaħdmu dawn il-ħaddiema, u liema xogħlijiet qed iwettqu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi għandu 340 ħaddiem li jaħdmu fuq barra. 146 minn dawn il-ħaddiem jaħdmu fid-Direttorat għall-Implimentazzjoni tal-Proġetti li għandu uffiċċji distrettwali f’dawn il-lokalitajiet: il-Mellieħa, ir-Rabat, Pembroke, Ħal Lija, Kordin u Ħal Kirkop u jwettqu xogħlijiet bħal bini ta’ bankini u ħitan, tikħil, tibjid u tqegħid ta’ madum fost l-oħrajn.

Il-Bajja tal-Ġnejna — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28381 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika u jgħid jekk hux qed isir xi xogħol fil-Bajja tal-Ġnejna? Jista’ wkoll jiżgura li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiġi evitat li jweġġa’ xi ħadd, peress li minkejja li hemm tabella li tindika fejn hemm periklu, xorta waħda jistgħu jidħlu n-nies li jkunu hemm?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa mhux qed isir xogħol mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-Bajja tal-Ġnejna. Madwar erba’ snin ilu, id-Dipartiment kien installa chainlink fence f’parti mill-bajja sabiex tipproteġi lil min ikun qed jgħum f’dik iż-żona minn ġebel li jista' jaqa’ u jitgerbeb mill-irdum li hemm wara l-bajja. Twaħħlu wkoll diversi tabelli li jwissu lill-pubbliku li hemm periklu u li min jidħol wara l-fence jkun qed jagħmel dan riskju tiegħu.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li jaħdmu f’Malta? Jista’ jgħid ukoll: i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin; ii. f’liema sezzjoni jaħdmu u fejn; iii. x’tip ta’ xogħol jagħmlu; u iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta fil-Ministeru u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa ta’ 71.

Ħal Qormi – Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Qormi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Luqa — Bus Shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-istallazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Luqa? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Luqa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Parkeġġ riservat u personalizzat għal persuna b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna jkollha spazju ddedikat għaliha għall-parkeġġ tad-diżabilità u li fit-tabella tal-parkeġġ imsemmi jkun hemm in-numru tal-pjanċa tal-vettura tagħha, ikunx hemm bżonn li l-blue badge tkun fuq id-dashboard waqt li tkun ipparkjata? Jekk iva, ġaladarba n-numru tal-vettura jkun jaqbel man-numru li hemm indikat fuq it-tabella tal-parkeġġ, x'inhu l-iskop li jkun hemm ukoll il-blue badge fuq id-dashboard? Jista’ jgħid ukoll minn liema artiklu tal-liġi joħroġ dan?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għalkemm it-tabella fuq il-post riservat tindika liema vettura hija eleġibbli għall-użu tiegħu, hija l-Blue Badge valida fuq id-dashboard tal-vettura li tikkonferma l-eleġġibbiltà tal-persuna għall-parkeġġ riservat personalizzat. Dan il-prinċipju huwa sostnut mil-liġi, b’mod partikolari Kapitlu 560 tal-Liġijiet ta’ Malta, Artikolu 8(2), li jiddikjara li l-Blue Badge għandha tkun esibita b’mod prominenti fuq il-windscreen tal-vettura li tkun qed tagħmel użu minn parkeġġ riservat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28685.

Il-Kalkara — Charging Points tad-dgħajjes

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27416 u 28043 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24126, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes fil-Kalkara?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew sottomessi l-applikazzjonijiet għas-servizzi.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Credit/Debit cards

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23592 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta’ nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x’kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar u xi nxtara, item item, b’din il-credit/debit card?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’kollox hemm tlett cards taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, li jinkludi s-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi u s-Segretarju Permanenti. Il-ħruġ ta’ card isir biss wara li jkun hemm l-approvazzjoni tal-Ministeru għall-Finanzi u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tiegħi, skont il-proċedura stabbilita. Inżid ngħid illi kull nefqa ssir skont u fil-parametri stabbiliti ta’ kif għandhom jintużaw il-fondi pubbliċi. Il-ħlas isir mil-line item rispettiv kif approvati fl-estimi finanzjarji tal-baġit u li kopja tagħhom diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Birgu — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Birgu u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

L-Isla — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Isla u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

Il-Kalkara — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tal-Kalkara u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

Ix-Xgħajra — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tat-toroq li huma ppjanati biex isiru sal-aħħar ta’ din is-sena fil-lokalità tax-Xgħajra u f’liema xahar huwa mistenni li jibdew dawn ix-xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa mistenni li jdum biex jitlesta kull proġett, u jelenka x’tip ta’ xogħol ser isir f’kull triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet mal-Kunsilli Lokali għadhom għaddejjin u jiffurmaw parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa.

Transport Malta — Tabella '7.1: General Distance for parking bays'

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni tat-tabella 7.1: ‘General Distance for Parking Bays’ fid-dokument Parking ta’ Transport Malta, fejn hemm riferiment għal ‘Parking from Street Corner 5.00 (and as applicable)’? Jista’ jgħid ukoll kif tiġi mkejla din id-distanza meta t-triq ma jkollhiex kantuniera iżda ddur għat-tond?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi żona ta’ ħames (5) metri mingħajr parkeġġ fil-kantunieri tintuża fejn meħtieġ biex tindika l-projbizzjoni, u għalhekk hija elenkata bħala ‘as applicable’ fil-policy ta’ Transport Malta. Każijiet mhux standard jistgħu jinkludu postijiet fejn il-5 metri jiġu estiżi, pereżempju għall-vetturi li jagħtu servizz, bħal ġbir tal-iskart, li jkollhom iduru fi triq dejqa, jew jekk ikun il-każ li vetturi ma jiksrux minħabba d-direzzjoni tat-triq, u għalhekk il-projbizzjoni ma tapplikax. Dawn il-ħames (5) metri jitkejjlu skont l-Artikolu 79(g) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 65.11.

Transport Malta — Tabella '7.1: General Distance for parking bays'

Question

B’referenza għat-tabella 7.1: ‘General Distance for Parking Bays’ fid-dokument Parking ta’ Transport Malta, fejn hemm riferiment għal ‘Parking from Street Corner 5.00 (and as applicable)’, jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta’ xi tfisser il-parti 'as applicable'?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28851.