Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbug, l-Aġenzija wettqed xogħol infrastrutturali fi Sqaq No. 4 fi Triq Ħal Dwieli, Triq Mro Frank Galea, Hajt Laringu, Il-Wied, Baqqiegha fi Triq il-Gandlora, Mdina Road (from Hunters RA to Attrans), Triq Dun Mikelang Sapiano, Triq gdida fi Wied Gandlora, p/o Road to Handaq, Zebbug / Qormi, p/o Triq Luigi Fontana, p/o Triq Luret Cutajar, p/o Triq Angelo Melilli, p/o Triq Mons Anton Cilia, p/o Triq Sciortino, Triq il-Buskett, p/o Triq Adeodato Gatt, p/o Triq Frans Sammut, p/o Triq Luigi Fontana, Sqaq Busketto Road, Road works atTriq Ambroġ Buttiġieġ, p/o Triq Għasfura, p/o Triq Gu¿e Abela, Triq Emmanuel Cilia, Triq il-Professur Anthony ¯ammit, Mdina Road, Sqaq fi Triq 12 ta' Mejju, Triq Andrea Bogdan, Triq Batu, p/o Triq Santa Marija, Triq Gianni Cilia, Triq Hal-Sajd, Triq il-Fraxxnu, Triq il-Hali, Triq il-Hlewwa, Triq il-Madonna, Triq il-Princep Baziliku, Triq il-Qamh, Triq is-Siggiewi (up to roundabout at Mdina Road, Qormi), Triq it-Twila, Triq Profs Wallace Gulia, Triq ix-Xghir, Triq John Zammit, Triq JP Vassallo, Triq Karlu Gimach, Triq il-Grazzji, Triq l-Ghasir, Triq l-Imdina (Zebbug ByPass), Triq L-Insig and Triq Skalora, Triq Lord Gort, Triq Mamo, Triq Michael Debono, Triq Mula, Triq Pawlu Debono, Triq Wied Qirda, p/o Triq l-Indipendenza, Triq bla isem c/w Triq Haz-Zebbug, Triq bla isem kantuniera ma’ Triq ta' Qenc, Triq bla isem fi Triq it-12 ta' Mejju, Triq bla isem fi Triq San Martin, Triq San Martin, Wied Baqqiegha, Wied ta’ Sant Antnin, Triq Had Attard, Trejqa tas-Saqwi, Triq Wied is-Sewda.