Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Isla - anzjani

Question

Jista’ l-Ministru  jgħid kemm qed jattendu anzjani fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Isla? Jista’ jgħid kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Jista’ jgħid ukoll mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-anzjani?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li fiċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva tal-Isla jattendu 54 anzjan. Minn dawn, 47  huma nisa u 7 huma rġiel, dawn ġejjien mill-lokalitajiet tal-Isla, Fgura, Marsascala, Bormla u Ħaż-Żabbar.

Anjzani li jirċievu l-għajnuna supplimentari - Internet b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun qed tiġi implimentata l-wegħda elettorali tal-Partit Laburista biex dawk l-anjzani li jirċievu l-għajnuna supplimentari jkunu jistgħu japplikaw għal servizz tal-internet b’xejn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li għaddejja l-ħidma fuq l-implimentazzjoni ta' din il-miżura u d-dettalji dwarha jitħabbru fil-mument propizju. Inserrħilha rasha li dan huwa Gvern li jwettaq dak li jkun jwiegħed u din il-proposta ser tkun waħda mill-ħafna proposti implimentati biex itejjbu l-kwalita tal-ħajja tal-anzjani tagħna.

Ċentri ta’ Matul il-Jum - Anzjani b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema huma ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li jilqgħu fihom anzjani b’diżabilità? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar? Jekk iva, jista’ jgħid fejn u meta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernata.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23932 fejn intqal li l-informazzjoni qed tinġabar, peress li issa għaddew ħames xhur minn meta saret il-mistoqsija oriġinali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta’ Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema bord ta’ Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x’pożizzjoni għandhom/kellhom u x’inhi/kienet il-kariga tagħhom? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X’inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta’ din il-ħatra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nrreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 28651.

Renal Unit - Appuntamenti għad-dialysis

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30373 u jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għad-dialysis fir-Renal Unit?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ġewwa l-Isptar Materr Dei minn meta bdew it-‘twilight sessions’ nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis, mhemmx waiting list f’dan il-mument.   Barra minn hekk, infurmat li qed jingħataw ukoll tliet sessions kull ġimgħa lill-aktar pazjenti. Lanqas fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, mhemmx pazjenti jistennew appuntament.

Renal Unit - Pazjenti li jagħmlu użu mid-dialysis

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30372 u jgħid kemm hemm pazjenti li jagħmlu użu mid-dialysis fir-Renal Unit?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li għar-rigward tal-isptar Mater Dei, qed jingħataw 110 sessjoni tal-haemodialysis, kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, 100 sessjoni nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis, kif ukoll 80 sessjoni nhar ta’ Sibt u nhar ta’ Ħadd. F’dan il-jiem għandna 368 pazjent li qed jirċievu Renal Replacement Therapy; 278 pazjent għall-Haemodialysis u 90 pazjent għall-Peritoneal Dialysis. Barra minn hekk, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex hemm 47 pazjent.

Trattament ta’ saħħa barra minn Malta - Titjiriet b’xejn lill-ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur uża s-servizz ta’ titjiriet b’xejn biex jakkumpanja lit-tfal li jkollhom bżonn trattament ta’ saħħa barra minn Malta? Jista’ jgħid ukoll: i.    kemm kien l-investiment f’dan ir-rigward; ii.   għal liema pajjiżi kienu l-ivvjaġġar u l-inċidenza ta’ dan l-ivvjaġġar għal kull pajjiż; u iii.   x’etajiet kellhom it-tfal li kellhom bżonn it-trattament barra minn Malta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien hemm 128 tifel u tifla li kellhom bżonn it-trattament barra minn Malta.  L-età tagħhom kienet tvarja bejn taħt 0 u 18-il sena.  B’kollox kien hemm 233 ġenitur li akkumpanjawhom.  L-ispiża kienet tammonta għal €90,441.35. Kien hemm 121 tifel u tifla li ġew mibgħuta l-Ingilterra u 7 każi ġew riferuti għall-Italja.

Ħal Għargħur - Klinika tal-Komunità - Proċess tal-procurement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif skatta l-proċess tal-procurement biex saru x-xogħlijiet fil-Klinika tal-Komunità fil-lokalità ta’ Ħal Għargħur bejn l-aħħar tas-sena 2023 sal-ewwel kwart tas-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll: i.    jekk kienx fir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali preċedenti biex jassenja x-xogħlijiet u japprova l-ħlasijiet tagħhom, bl-ispiża għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra bi break down ta’ kif inħarġu l-pagamenti; u ii.    jekk sarx ċertifikazzjoni tax-xogħlijiet qabel inħarġu l-ispejjeż tax-xogħlijiet fi ħdan din il-klinika u jqiegħed tali ċertifikazzjoni tal-Perit fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi l-Primary Health Care ħadet ħsieb biss li tinkiteb il-Medical Brief tal-Klinika, u mbagħad il-Kunsill Lokali ħa ħsieb li jwettaq ix-xogħolijiet.  Meta tlesta x-xogħol u ġie ċċertifikat mill-Kunsill Lokali, il-PHC beda jopera is-servizzi mill-Klinika.

L-Isptar Mount Carmel - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni qed isiru bħalissa fl-Isptar Mount Carmel?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa għadejjin xogħlijiet fuq Block 1 u fuq il-binja tal-YPU.  Fl-istess ħin, hemm pjanijiet għal diversi xogħlijiet oħra li se jibdew fix-xhur li ġejjin fuq Blokk 2 u Blokk 8.

Il-Furjana - Ċentru tas-Saħħa - Rinnovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir rinnovazzjoni fuq il-parti magħluqa taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Kif spjegat diġa f’dan il-Parlament, bħalissa għaddej xogħol ta’ rinovar fuq l-ex-Sptar Boffa sabiex ikun jista’ jilqa’ fih ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana. Sadanittant, dawk is-servizzi li kienu jingħataw fil-parti li ġiet magħluqa taċ-Ċentru tas-Saħħa preżenti qed jingħataw f’Ċentri oħra sakemm il-proġet ttal-ex-Sptar Boffa jitlesta.  Dan iċ-Ċentru ser ikun tal-ogħla kwalità u ser ikun jista’ joffi aktar servizzi fil-komunità.

L-Isptar Mount Carmel - Uffiċjali tas-sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tas-sigurtà jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel? Jista’ jgħid ukoll x’titli differenti għandhom dawn l-uffiċjali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ uffiċjali tas-sigurtà impjegati direttament fis-Servizz Pubbliku u jaħdmu fl-Isptar Mount Carmel huwa kif ġej: 2 huma Maniġers tas-Servizzi tas-Sigurtà; 4 huma Uffiċjali tas-Sigurtà; filwaqt li tlieta huma Gwardjani tas-Sigurtà. Minbarra l-uffiċjali tas-sigurtà impjegati direttament fis-servizz pubbliku, hemm ukoll kuntratt għal servizzi tas-sigurtà li huwa bbażat fuq sigħat.

Mediċina għat-thyroid ‘Carbimazole’ - Out of stock

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-mediċina għat-thyroid ‘Carbimazole’ ser tkun lura fl-istock tal-POYC peress li ilha out of stock mill-ispiżerji għal ġimgħat sħaħ, u l-pazjenti qegħdin ibatu għaliex mill-Isptar Mater Dei kull darba qegħdin jingħataw supply għal għaxart ijiem biss?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi Carbimazole mhuwiex out of stock fl-ispiżerija tal-gvern.  Id-dipartiment tas-saħħa qiegħed ibiegħ lil min mhux intitolat mill-POYC minħabba n-nuqqas fil-privat.

Ħaż-Żabbar — Triq Wied il-Għajn u Triq is-Santwarju – Binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti lid-Dipartiment tas-Sanità fuq binja mhux kompluta bejn Triq Wied il-Għajn u Triq il-Karmnu, għal Triq is-Santwarju f’Ħaż-Żabbar, minħabba li t-triq qed tkun mimlija ġrieden li qed joħorġu minn din il-binja? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ azzjoni ttieħdet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jinvestiga kull ilment illi jirċievi. Infurmat illi matul din is-sena, ġew reġistrati żewġ ilmenti fuq plot li tinsab fl-akkwati li qed tagħmel referenza għaliha l-interpellanta. Mill-investigazzjonijiet li saru, ma kienet innutata l-ebda infestazzjoni jew akkumulu ta’ żibel li seta jikkontribwixxi għal tali infestazzjoni. Intant, bħala prekawzjoni, infurmat illi t-taqsima tal-kontroll tal-Firien fi ħdan l-istess Direttorat wettqu trattamenti għal kontra l-ġrieden f’din iż-żona.