Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei – speċjalisti tad-dentistrija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm speċjalisti tad-dentistrija fl-Isptar Mater Dei li jispeċjalizzaw fit-tfal?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sa issa f’pajjiżna ma jeżistix reġistru ta’ speċjalizzazjoni fil-qasam tad-dentistrija.

Kawżi ta’ mwiet f’Malta

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5044 u 6173 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3341, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika l-istess statistika għas-sena 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika tal-imwiet għas-sena 2021 hija fit-tabella hawn taħt mehmuża. YEAR 2021 Kawża tal-Mewt 0 1-24 25-44 45-64 >65 Total Mard ċirkolatorju inklużi attakki tal-qalb u puplesija 0 3 18 127 1082 1230 Kanċer 1 3 17 181 795 997 Mard tas-sistema respiratorja 0 0 2 22 425 449 Mwiet minn dimenzja 0 0 0 2 339 341 Mwiet minn dijabete 0 0 2 23 205 230 Mard tas-sistema diġestiva 0 0 5 19 129 153 Mard tas-sistema neuroloġiċa 0 2 5 14 82 103 Mard tal-kliewi u tal-bużżieqa tal-awrina 0 0 1 1 111 113 Imwiet minħabba infezzjonijiet li jeskludu infezzjonijiet respiratorji 0 0 1 10 55 66 Mwiet fit-trabi minhabba kumplikazzjonijiet qabel, waqt jew wara l-ħlas 8 0 0 0 0 8 Mwiet minn problemi konġenitali 6 1 3 4 4 18 Mwiet minn COVID-19 0 0 4 28 177 209 Mwiet minn inċidenti tat-traffiku 0 2 0 2 2 6 Mwiet minn inċidenti ohra (e.ż. waqgħat aċċidentali, għarqa) 1 2 9 17 75 104 Imwiet minn suwiċidji 0 5 15 12 3 35 Imwiet minn omiċidji 0 0 1 0 0 1 Imwiet minħabba kawżi oħra 1 3 4 17 78 103

Sptar Mater Dei – infermiera li ntalbu jaħdmu bil-lejl

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex ġew mgħajta infermiera biex jaħdmu l-lejl tad-19 ta' Frar 2023 meta t-tali infermiera ma jaħdmux iljieli u kemm kien hemm bżonn minnhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-ġimgħa li bdiet mit-13 ta’ Frar, 1,370 pazjent iddaħħal l-Isptar Mater Dei u allura kien hemm bżonn li jiġu mgħajta iktar infermiera. B’hekk intalbu biex jidħlu 4 infermiera addizzjonali għax-xogħol.

FATF – trasparenza u żieda benefiċjarja tal-kumpaniji

Question

F'konformità mal-gwida tal-FATF dwar it-trasparenza u s-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min kienu s-sidien benefiċjarji tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, meta ngħataw il-konċessjoni tat-tliet sptarijiet statali tagħna fl-2016 u jekk kienx hemm xi bidla fis-sjieda benefiċjarja ta’ din il-kumpanija fl-2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Sptar Mater Dei — Lifts li ma kienux qed joperaw

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5603, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il lift hemm fl-Isptar Mater Dei? Meta beda l-maintenance?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei hemm 58 lift. Il-maintenance tagħhom beda f’Novembru 2020.

Testijiet tal-MRI u MRI taħt il-Loppju — waiting list

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5358, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għall-MRI, kemm tistenna persuna wara li tidħol rikjesta għall-appuntament: a. bħala urġenti; b. inqas urġenti; u ċ. mhux urġenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Isptar Mater Dei jirċievi madwar 800 talba għal MRI fil-ġimgħa. Dawk li l-konsulenti jqisu bħala urġenti ma jistennewx. Jekk ma tkunx urġenti ż-żmien ta' stennija huwa ta' madwar 8 xhur.

Mediċina Caelyx out of stock

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta kien out of stock il-chemo b’isem Caelyx u għaliex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mediċina tingħata skont il-każ individwali li jkun Exceptional u mhix fuq il-formolarju tal-Gvern.

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali – uffiċini

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn hemm uffiċċji tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ġewwa Malta u Għawdex fejn wieħed jista' jirrapporta nuqqas relatat mas-sanità, pest control eċċ. minbarra l-uffiċini prinċipali ġewwa Santa Venera? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' kull wieħed minn dawn l-uffiċċji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tabella t'hawn taħt hemm l-informazzjoni mitluba minnu fuq l-uffiċċji tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Uffiċċju, numru tat-telefon u l-indirizz tal-imejl Ħinijiet tal-ftuħ Tip ta’ lmenti li jiġu rrapurtati Pest Control Office Police Station, Vjal ir-Rihan, San Gwann Tel: 21 380072 Imejl: pestcontrol.ehd@gov.mt Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sa’ 08.30 u mis-14.00 sa’ 15.00 L-ilmenti kollha relatati ma’ infestazzjonijiet ta’ firien u pesti Pest Control Office Vjal l-Avjazzjoni, Luqa Tel: 21227154 Imejl: pestcontrol.ehd@gov.mt Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sa’ 08.30 u mis-14.00 sa’ 15.00 L-ilmenti kollha relatati ma’ infestazzjonijiet ta’ firien u pesti Pest Control Office Naxxar local council, 21stSeptember Avenue, Naxxar Imejl: pestcontrol.ehd@gov.mt Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sa’ 08.30 u mis-14.00 sa’ 15.00 L-ilmenti kollha relatati ma’ infestazzjonijiet ta’ firien u pesti Burials Regulatory Unit – Addolorata Cemetery Tel: 21 675936 Imejl: burials.ph@gov.mt Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07:00 sat- 15:00 Is-Sibt u l-Ħadd bejn is-7:00 sa’ 12:00 L-ilmenti kollha relatati ma’ Ċimiterji, dfin eċċ Gozo Regional office Administration Centre, St Francis Square Victoria Tel: 22156500 Imejl: gozo.ph@gov.mt Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-07.00 sa’ 15.00 l-ilmenti kollha relatati mas-Saħħa Pubblika, li jinkludu ilmenti dwar ċimiterji u infestazzjonijiet ta’ firien u pesti.

Ftuħ ta’ berġa fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti xi informazzjoni dwar il-berġa li kellha tinfetaħ fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar hekk kif l-uniku informazzjoni li nafu hi li din għandha tkun lesta fl-2023? Jista' jgħid jekk ġiex identifikat is-sit fejn se tkun qiegħda tinfetaħ din il-klinika tal-komunità? Jekk iva, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li tindika fejn ser tkun din il-klinika? X'servizzi ser ikunu offruti u min ser ikun jista' juża dawn is-servizzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għadu kmieni biex tingħata informazzjoni peress li għaddej każ il-qorti mas-sid tal-fond attwali.

Segretarjat Privat tal-Ministru għas-Saħħa — karozzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid: a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ karozzi li, skont il- Manwal, jintuzaw mis-segretarjat privat huma kif jidhru fit-tabella hawn taħt. Ghamla Mixtrija/Mikrija Data Tender/ Direct Order Ditta Prezz Citroen Berlingo mixtrija referenza CFT: VFT015-1175/19. Michael Attard Imports Ltd €19,563.26 Mitsubishi Lancer mixtrija Direct order Industrial Motors Ltd €16,600

Settur tas-Saħħa – professjonisti li rriżenjaw

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw professjonisti li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, allied health professionals, infermiera u tobba fis-snin 2021 u 2022 u jgħid x’inhi r-raġuni għaliex irriżenjaw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5283.

Allied health professionals u tobba tal-familja – klinika tal-podjatrija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex hemm differenza bejn l-istandards li jintużaw biex allied health professionals u tobba tal-familja jkollhom klinika li joperaw minnha, partikolarment tal-podjatra, meta kemm it-tabib kif ukoll il-podjatra jużaw ix-xfafar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kliniċi tal-Podjatrija huma meħtieġa li jkunu liċenzjati fuq il-bażi li l-prattika tinkludi proċeduri kirurġiċi minuri. Għalhekk wieħed jeħtieġ li jiżgura li l-proċeduri jkunu xierqa u konformi peress li kliniċi li s-servizzi tagħhom jinkludu interventi jeħtieġu wkoll liċenzja.

Mediċini b’xejn lill-pazjenti bil-Fibromyalgia

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-lista ta' mediċini li l-Gvern qiegħed jagħti b'xejn lill-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tal-Fibromyalgia?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-medicini li l-Gvern jagħti b'xejn lill-pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tal-Fibromyalgia huma: Amitriptyline 10mg & 25mg tablets Pregabalin 75mg, 150mg & 300mg capsules Tramadol 50mg capsules

Birżebbuġa – ċentru komunitarju ġdid

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess biex id-Dipartiment tal-Kura Primarja jsib sit adegwat għal ċentru komunitarju ġdid f’Birżebbuġa? Jekk is-sit diġà ntgħażel, jista' l-Ministru jgħid jekk dan huwiex tal-Gvern jew tal-privat, fejn ser tkun il-Klinika fil-Komunità l-ġdida ta’ din il-lokalità, meta ser tinfetaħ din il-klinika f'Birżebbuġa, kemm-il spazju ta' parkeġġ hemm biswit, kemm ser ikun l-investiment inizzjali, x'ser ikunu s-servizzi li ser ikunu offruti u meta ser ikunu l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit il-ġdid tal-Klinka fil-Komunità ta’ Birżebbuġa jinsab fi Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa, u dan intgħażel wara li saret sejħa pubblika għall-offerti. Huwa ppjanat li l-Klinka fil-Komunità ta’ Birżebbuġa tkun lesta lejn l-aħħar tal-2023.

Operazzjonijiet posposti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5570 u jgħid liema tip ta' operazzjonijiet u kemm minn kull tip ġew posposti mill-1 ta' Jannar 2023 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija fl-Isptar Mater Dei u x'kienet ir-raġuni prinċipali għal kull tip ta' operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Settembru u Novembru tal-2022, f’26 jum saru 4055 operazzjonijiet f’Mater Dei. Waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-1 ta' Jannar 2023 ġew posposti 166 operazzjoni u r-raġunijiet prinċipali kienu dawn: 1. Il- pazjent ma jiġix għall-operazzjoni. 2. Minħabba xi kontraindikazzjoni medika. 3. Il-pazjent irrifjuta l-operazzjoni. 4. Ikun hemm operazzjonijiet fuq l-istess lista li jkunu damu iżjed milli kien mistenni. 5. Il-pazjent ma kellux bżonn l-operazzjoni, għaliex il-kundizzjoni tiegħu tkun inbidlet. 6. Minħabba li jkun hemm xi każ urġenti li jkun irid jiġi operat minnufih. 7. Il-pazjent ma jkunx ippreparat sew għall-operazzjoni, eż. ma jkunx sajjem.

Medical School

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk u meta se terġa' tibda tiffunzjona l-Medical School jew jekk hux se jkun hemm premises ġodda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

FMS — impjegati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm impjegati fuq il-payroll tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) u huma deployed fil-Ministeru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda impjegati li jaħdmu l-Ministeru għas-Saħħa fuq il-payroll tal-FMS.

Qormi Health Centre – x-ray machine

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk f'Jannar l-x-ray machine tal-Qormi Health Centre kenitx qed tiffunzjona kuljum u kemm-il eżami ta' x-ray sar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5948.

Birkirkara — Ċentru tas-Saħħa – xogħol

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema stat wasal ix-xogħol fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara u meta se jkun lest biex jilqa' l-pazjenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5593.

Kura lil nisa li jkunu tilfu t-tarbija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk nisa li jkunu tilfu t-tarbija tagħhom waqt it-tqala u dawk in-nisa li jkunu qed jistennew jew kellhom tarbija jiġux ikkurati fl-istess swali fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk in-nisa li jkunu tilfu t-tarbija tagħhom waqt it-tqala u dawk in-nisa li jkunu qed jistennew jew kellhom tarbija, fejn hu possibbli ma jingħatawx kura fl-istess swali.