Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sussidju tal-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-bdiewa ma ħadux is-sussidju tal-2011? Jekk fl-affermativ, x'raġuni hemm? Jekk fin-negattiv, jista' jinforma jekk hux se jieħduh? Meta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li preżentement hemm numru ta’ skemi mħaddma bl-iskop li jissaħħaħ is-settur tal-biedja, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal-liema skema qiegħed jirreferi.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru, dekasteri, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba rigward direct orders li ngħataw fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena kienu kif ġej: Numru Valur Totali Ministeru u Dipartimenti 35 €887,095 Awtorità ta’ Malta dwar Ri żorsi 8 €163,304 WasteServe Malta Ltd 15 €611,220. Dawn id- direct orders ingħataw skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern

Inċentivi fuq xiri ta' vetturi elettriċi

Question

Wara li jikkonsulta mal-Ministeru tal-Finanzi, jista' l-Ministru jikkonferma kemm kien hemm kumpaniji li bbenefikaw mill-inċentiv għal dawk li jixtru vetturi elettriċi fis-sena finanzjarja li waslet biex tintemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tewġiba tingħata f’seduta oħra.

Xiri ta' solar heaters — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew minfuqa s’issa mit-€800,000 allokati bħala sussidju għax-xiri ta' solar heaters matul din is-sena finanzjarja? Kemm għad hemm applikazzjonijiet għal sussidji simili li għadhom qed jiġu proċessati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tewġiba tingħata f’seduta oħra.

Sigar tal-palm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna siġar tal-palm li kellhom jinqerdu matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011? Kemm kien l-ammont tas-siġar tal-palm f'Settembru 2011 f'Malta?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena, jigifieri minn Jannar sa Ġunju ta’ l-2011, kellhom jinqerdu 322 sigar tal-palm minħabba l-bumunqar l-aħmar. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 22722 peress li fl-2011 ma saret ebda reġistrazzjoni ġdida ta’ siġar tal-palm.

Kottonera — restawr tas-swar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ir-restawr tas-swar fil-Kottonera? Jista' jgħid fejn inbeda x-xogħol u fejn ma ġiex inkluż fil-pjan ta' restawr tas-swar? Kemm ingħata fondi mill-Unjoni Ewropea u meta se jitlesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet ta' dawn is-swar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-restawr tas-swar fil-Kottonera, u partikolarment fil-Birgu għaddej b'ritmu tajjeb, u ħafna mix-xogħol identifikat biex isir diġa’ż inbeda. Ix-xogħol li diġa inbeda fuq dawn is-swar permezz ta’ 'fondi tal-Unjoni Ewropea huma:: · Il-Bastjun ta’ San Ġwann, Piazza Bassa u Bibien · Couvre Port u l-Foss tal-Birgu · It-Torri Kavallier ta’ San Ġwann u s-swar tal-Posta ta’ Franza · It-Torri Kavallier ta’ San Ġakbu u l-Bastun · Contrascarpa tal-Foss · Swart al-Posta ta’ Kastilja · Ħajt u Foss interjuri ( entrenchment ) tal-Posta ta’ Kastilja Tkompla ukoll xogħol fuq is-sur ta' San Ġwann t'Għuxa f' Bormla b'fondi lokali. Hu ppjanat ukoll li jinbeda xogħol fuq is-swar tal-Ponta tal-Isla fl-2012. Il-fondi mill-UE li qed jintużaw fuq is-swar tal-Birgu jlaħħqu mad-disa’ miljun ewro. Il-proġett ko-finanzjat mill-UE ghandu jintemm fl-2013. Għar-rigward il-pjanijiet ta’ dawn is-swar, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara it-talba tiegħu. Sadanittant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti kollha li tħejjew fil-fażi ta' preparazzjoni għall-progett ta' restawr tas-swar ser ikunu aċċessibbli għall-pubbliku fiċ-Ċentru Interpretattive tas-Swar li ser jiġi inawgurat fl-2012.

Proġett ta' Barkat — irwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ dwar ir-riħa li ħierġa mill-proġett ta' Barkat? Jikkonferma li hemm din ir-riħa u minn fejn ġejja? X'tip ta' materjal qed jintefa' fil-baħar? Jista' jgħid jekk il-baħar hux qed jiġi mniġġes?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li huwa responsabbli mill-Water Services Corporation

Forti Ricasoli — restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir restawr fil-Forti Ricasoli? Jekk iva, meta se jsir? Bħalissa min qed juża dan il-post? Hemm xi ħsieb u/jew pjan għal din il-forti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li bhalissa qed jitħejjew il-pjanti biex jintalbu l-permessi meħtiega għal tneħħija ta’ strutturi bla valur storiku biswit il-Forti Rikasoli. Saret ukoll talba għal finanzjament minn fondi tal-EEA biex tiġi restawrata parti sostanzjali mill-perimetru tal-fortizza li qed tinhakem mill-baħar, li talba qiegħda tkun konsidrata. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli li huwa responsabbli mill-Taqsima Proprjetà tal-Gvern. .

Fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ f'Marsaxlokk — użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm fortizzi fil-Kottonera u tas-Silġ Marsaxlokk? Jista' jgħid x'inhu l-użu tagħhom u jpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk qed jintużaw, jista' jgħid minn min? Jista' jgħid jekk hux bil-kuntratt jew bi ftehim?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Onorevoli Prim Ministru li huwa responsabbli mis-Sovrantendenza tal-Wirt Kulturali. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investimentli li huwa responsabbli mill-Taqsima Proprjetà tal-Gvern.

Prodott Gross Domestiku — kontribut tal-biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'pajjiżna, kemm kien il-kontribut tal-biedja għall-Prodott Gross Domestiku lokali matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nistieden lill-Onorevoli Interpellant jressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment li huwa responsabbli mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika li jiġbor u jippubblika l-informazzjoni mitluba. .

WasteServe — fondi pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29883 u jikkonferma kemm il-WasteServ li tiddependi ħafna fuq fondi pubbliċi, għandha tagħti u tieħu mingħand il-kumpanija Green MT? Kemm imorru lura fiż-żmien dawn l-ammonti? Kif se jsir il-ħlas? Se jsiru xi off-sets? Meta mistennija jsiru dawn is-settlements?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għalhekk it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kordin — xogħol fil-parkeġġ tad-Direttorat għat-Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol li qed isir fil-parkeġġ tad-Direttorat għat-Tindif ġewwa Kordin? Dan ix-xogħol hu kopert bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena d-Direttorat għat-Tindif ħa inizjattiva biex jitpoġġew numru ta’ kontenituri tal-iskart fit-toroq arterjali. Wara li l-miżura li jitqiegħdu dawn il-kontenituri uriet li tat ir-riżultati mixtieqa, huwa ppjanat li n-numru ta’ dawn il-kontenituri jiżdied. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol imsemmi kien jikkonsisti f’ kisi bil-madum ta’ żewġ parking spaces biex ikun hemm faċilità għall-ħasil ta’ dawn il-kontenituri. Għal skop ta’ iġene, sabiex ikun hemm kontroll ta’dawn l-ilmijiet tal-ħasil, dawn iż-żewġ bays iddawru b’ ilqugħ baxx flimkien ma’ stallazzjoni ta’ kanal żgħir biex jiġbor ir-“run-off” tal-ilma. Fil-frattemp saret applikazzjoni lill-Water Services Corporation biex din il-parti tax-xogħol tkun koperta b’ public sewer discharge permit .

ilma li jintuża għal ħasil ta' toroq u promenades

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' ilma jintuża mid-Direttorat tat-Tindif għal ħasil ta' toroq u promenades? L-ilma tal-ġibjuni jew tal-vit?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għalkemm preżentament id-Direttorat m’għandu l-ebda faċilità ta’ gibjun sabiex jaħzen l-ilma, id-Direttorat għandu arrangament ukoll mad-Direttorat tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jagħmel użu mill-faċilitajiet tagħhom tal-ħażna tal-ilma. Fiċ-ċirkostanzi fejn f’dan is-sors ma jkunx għad fadal ilma, ikun meħtieġ li jinxtara ilma tat-tieni klassi

Belt, Kottonera u l-Imdina — proġetti li ġew imwettqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29944 u jgħid liema proġetti twettqu mill-kumitati għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u l-Imdina matul it-12-il xahar li għaddew kull kumitat separatament? Kemm kienet in-nefqa fuq kull proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Belt, Kottonera u l-Imdina — pjanijiet tal-kumitat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29943 u jgħid xi pjanijiet għandu kull kumitat għar-riabilitazzjoni tal-Belt, Kottonera u l-Imdina għat-tliet snin li ġejjin, kull kumitat separatament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Wied il-Għajn — Triq Lorry Sant - embellishment fil-pjazzetta

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir embellishment fil-pjazzetta ta' quddiem Triq Lorry Sant, Wied il-Għajn li bħalissa tinsab mitluqa u maħmuġa? Jaħseb li bi ftit ippjanar din iż-żona hekk mitluqa tista' ssir post żgħir ta' rikreazzjoni għar-residenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30308.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

numru ta' persuni li huma liċenzjati li jaħdmu ta' pitkala

Question

Jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma liċenzjati li jaħdmu ta' pitkala f'Malta u f'Għawdex rispettivament?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika jekk huwiex qiegħed jirreferi għas-settur tal-ħxejjex u frott jew għas-settur tal-ħut.

numru ta' persuni li huma liċenzjati biex jimpurtaw żerriegħa tal-patata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li huma liċenzjati biex jimpurtaw żerriegħa tal-patata għall-bdiewa f'Malta u Għawdex?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 17979.

skema għal investiment f'solar water heater — kriterji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-kriterji soċjali tal-iskema għal familji li jinvestu f'solar water heaters?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kundizzjonijiet marbuta ma’ din l-iskema huma kif ġej: 1. Familji li huma intitolati li jirċievu energy voucher; 2. Familji li jirċievu allowance tat-tfal fejn id-dħul annwali ma jaqbiżx it-€23,932 liema allowance tat-tfal hi skont kif definit f’Art. 2 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u huwa distint mill- allowance tat-Tfal Fissa skont kif definit f’Art.2 tal-istess Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Familji li jirċievu allowance tat-Tfal Fissa mhumiex eliġibbli 3. Familji li xtraw proprjetà bħala l-unika residenza ordinarja tagħhom wara l-1 ta’ Jannar 2011. (Il-valur tal-proprjetà jrid ikun anqas minn €120,000 u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma jridu jkunu f’isem l-applikant.) 4. Familji li jirċievu allowance supplimentari skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali Ninfurma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni tinstab ippublikata fuq is-sit http://www.mra.org.mt/Support%20Schemes%202011-customers.shtml