Malta Philharmonic Orchestra u European Foundation for Support of Culture — Ftehim
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tas-somma totali ta' flus li bbenefikat minnha l-Malta Philharmonic Orchestra, sena b'sena, minn meta kien iffirmat il-ftehim bejnha u bejn il-European Foundation for Support of Culture?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid fejn intefqu l-flus kollha li l-Malta Philharmonic Orchestra ħadet mingħand il-European Foundation for Support of Culture minn meta sar il-ftehim bejniethom?
Jista' l-Ministru jagħti rendikont u aġġornament dwar il-kandidatura ta' pajjiżna għall-European Capital City of Culture li jmiss?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li lura f’Novembru tal-2020, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (responsabbli skond LN427/2018 sabiex ‘tikkoordina l-proċess ta’ offerti għat-titolu li jmiss ta’ Belt Kapitali tal-Kultura għall-gżejjer Maltin’) organizzat avveniment dwar il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031, li għalih ġew mistiedna r-Reġjuni u l-Kunsilli Lokali kollha.
Wara dan l-avveniment, f’Jannar tal-2021, l-Aġenzija ippublikat Espressjoni ta’ Interess Preliminari li permezz tagħha r-Reġjuni (rappreżentati minn belt) setgħu jirreġistraw l-interess tagħhom sabiex jikkompetu għat-titlu ta’ Kapitali Ewropea tal-Kultura 2031. Din is-sejħa għalqet fl-aħhar ta’ Marzu 2021 u għaliha daħlu żewġ applikazzjonijiet; waħda mir-Reġjun Port (rappreżentat mill-Birgu) u oħra mir-Reġjun ta’ Għawdex (rappreżentat mir-Rabat Għawdex).
Aktar tard dik is-sena, f’Settembru tal-2021, l-Aġenzija organizzat ukoll seminar ta’ informazzjoni lir-Reġjuni li wrew interess, li għalih ġew ukoll mistidnin esperti minn barra minn Malta li kienu involuti fil-Kapitali Ewropea tal-Kultura tul is-snin.
Għaldaqstant, il-kandidatura ta' pajjiżna għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura li jmiss tinsab fi stadju ta’ progress.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali — Talbiet għall-kustodja ta’ proprjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandha pendenti quddiema s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għall-kustodja ta’ proprjetajiet u jelenka lista bl-isem ta’ kull proprjetà? Għal kull proprjetà li għaliha saret talba għall-kustodja, jista’ l-Ministru jgħid ukoll meta saret kull talba lill-awtoritajiet kompetenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Mill-informazzjoni mogħtija lili jirriżulta li s-Sovrintendenza għall-Patrimonju Kulturali għandha 7 talbiet pendenti, liema talbiet ġew riferuti lil Awtorità tal-Artijiet. Hawn taħt hawn elenkat il-lista ta’ dawn il-proprjetajiet:
Isem ta’ Proprjetà
Lokalita
Data tat-talba
Data ta’ meta t-talba giet referuta lil Awtorità tal-Artijiet
Noti
Kapella ta’ San Mikiel is-Sancir
Rabat, Malta
April 2019
31/07/2020
Wasal biex jiġi ffirmat
Qbajjar Battery / Qolla l-Bajda
Zebbug, Ghawdex
11/07/2020
18/05/2021
Wied Musa Battery / Palazz l-Ahmar
Mellieha
13/05/2021
03/09/2021
Razzett tax-Xitan
Mellieha
13/05/2021
03/09/2021
Lascaris War Complex and Saluting Battery
Valletta
11/09/2018
19/10/2022
Tinkludi tiġdid
Couvre Port Barrack and WWII shelter
Birgu
19/05/2021
N/A
Tiġdid ta’ Att ta’ Kurazija
Mithna l-Qadima (Mithna ta’ Gesu Nazzarenu)
Mosta
30//01/2020
31/07/2020
Fondi — Skema għal tħawwil ta’ siġar taż-żebbuġ u larinġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali li jkunu eleġibbli għall-fondi mill-iskema varata biex Kunsilli Lokali jħawlu siġar tal-larinġ u taż-żebbuġ fil-lokalitajiet, humiex se jibbenefikaw minn fondi ulterjuri għall-manutenzjoni tal-istess siġar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex il-pillbox li tinsab fiż-żona ta' Tarġa Gap fil-Mosta tkun restawrata peress illi hija miksija graffiti u hemm ħsarat viżibbli fl-istruttura?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li mhux il-kompitu tas-Sovrintendenza li tirrestawra proprjetajiet, l-entità ser tkun qed tispezzjona s-sit sabiex tikkonferma x’miżuri jistgħu jittieħdu, u ser tkun qed tikkomunika ma’ entitatjiet u awtoritajiet oħrajn sabiex isiru ix-xogħolijiet neċessarji. Ta’ min jirrimarka li din il-pillbox hija waħda minn ħafna eżisenti fil-gżejjer Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Birżebbuġa — Triq il-Port Ħieles - Traffic calming measures
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsiru xi traffic calming measures (sleeping policemen) hekk kif tinżel minn Ħal Far f'Birżebbuġa u taqbad it-telgħa ta' Triq il-Port Ħieles?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li jinsab fil-proċess li jibda jinstalla numru ta’ road humps f’toroq differenti fil-lokalità fosthom fi Triq il-Port Ħieles.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura u mgħoddija lili.
Il-Manikata – Infurzar dwar trakkijiet li jgħaddu miż-żona
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena sarx infurzar dwar trakkijiet li jgħaddu miż-żona tal-Manikata hekk kif din iż-żona hi ristretta għal trakkijiet? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kemm u meta nħarġu ċitazzjonijiet f'dan ir-rigward, jekk fil-fatt inħarġu ċitazzjonijiet ta' dan it-tip?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'manutenzjoni saret mill-Kunsill Lokali Mellieħa fiż-żona tal-Manikata, matul l-aħħar sena? Jista' jgħid ukoll x'tindif, knis, u ġbir ta' skart isir fiż-żona tal-Manikata mill-Kunsill Lokali Mellieħa u jgħid ukoll kull meta jsir dan ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li fl-aħħar sena, bħala xogħlijiet fit-toroq li jinvolvu l-Manikata kienu jinvolvu tibdil ta’ għadd ta’ tabelli u nżebgħu mill-ġdid sinjali tal-karreġġjata skont il-ħtieġa.
Saru wkoll ix-xogħlijiet segwenti:
· Bankina ġdida fi Triq il-Biedja qrib il-k/m Triq il-Knisja l-Qadima;
· Bini mill-ġdid ta’ ħajt fi Triq ir-Raħħala;
· Bini ta’ ħajt fi Trejqet l-Ghabex;
· Patching fi Triq l-Ghelejjel;
· Patching fi Triq il-Mellieha;
· Patching u bankina ġdida fi Triq ix-Xagħra l-Ħamra k/m Triq il-Biegħa; u
· Manutenzjoni fuq il-bankijiet ta’ Ġnien iż-Żerniq.
F’dawk li huma lampi tat-toroq, ġew indirizzati 21 rapport, filwaqt li ġew ordnati tliet fanali ġodda għal Triq il-Fuħħar, Triq l-Għelejjel, u oħra fi Triq l-Istasija. Intant ingħata kuntratt sabiex jinbidlu d-dwal kollha li hemm fuq l-arbli, kif ukoll il-cables fi Ġnien iż-Żerniq, li jinsab quddiem il-Knisja. Huwa mistenni li sal-aħħar t’ April 2024 dan ix-xogħol ikun twettaq mill-kuntrattur konċernat.
It-tindif ta’ toroq urbani fil-Manikata jsir nhar ta’ Tlieta u l-Ġimgħa skond ir-Rotta “K” mehmu¿a mal-kuntratt, filwaqt li l-ġbir tal-iskart domestiku bieb-bieb isir skond l-iskeda nazzjonali.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jgħid l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024 m’attendejtx u mhux mistenni nattendi għal laqgħat fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li żewġ plakek li kienu jikkommemoraw il-ftuħ tal-Ġnien Pjazza Ġublew tad-Djamanti fl-Imqabba u li kienu installati fl-istess ġnien, ġew imneħħija? Jista’ jgħid ukoll min ħareġ l-ordni biex dawn il-plakek kommemorattivi jitneħħew u jara li dawn jerġgħu jitwaħħlu fejn kienu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba li fil-laqgħa tal-Kunsill, li nżammet nhar il-21 ta’ Marzu 2024, waqt diskussjoni dwar il-proġett pre¿enti ta’ tisbiħ fil-Ġnien tal-Mentna, kien hemm qbil unanimu sabiex tiġi eliminata l-ġebla li magħha kien hemm imwaħħlin il-plakek ta’ meta kien sar it-tisbiħ ta’ Pjazza Ġublew tad-Djamanti. Kien hemm qbil ukoll li t-tali plakek jiġu mibdula bi plakka ġdida fuq pedestall ġdid li jmur aktar mal-estetika tal-ġnien u li huwa iktar faċli li teħel il-plakka miegħu għad-differenza tal-ġebla l-kbira li kienet saret oriġinarjament. Din se tkun qed tindika minn fejn ġie ffinanzjat dan l-aħħar tisbiħ fl-imsemmi ġnien, u cioè permezz ta’ fondi li ġew allokati lill-Kunsill Lokali tal-Imqabba permezz ta’ Skema maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali – SPI/SCI/09/2022 - Finanzjament ta' Proġetti Kapitali - Komunitajiet isbaħ u aktar b'saħħithom, li kien applika għaliha l-Kunsill preżenti.
Fid-dawl li l-Ministru ħabbar li se jsir kunċert biex jitfakkar il-45 sena minn Jum il-Ħelsien, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xi kunċerti speċjali oħra biex jiġu mfakkra s-60 sena tal-kisba tal-Indipendenza, il-50 sena mir-Repubblika u l-20 sena minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif diġà ġie spjegat diversi drabi pubblikament, dawn l-avvenimenti speċjali kollha se jiġu ċċelebrati kif xieraq.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16970, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu l-Kunsill Lokali jitlob sabiex Triq l-14 ta’ Diċembru 1945, il-Fgura ssir mill-ġdid
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li għaddejjin taħdidiet mal-Awtoritajiet ikkonċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra qattx applika għal fondi Ewropej f’dawn l-aħħar 20 sena? Jekk iva, għal-liema fondi applika u minn kemm fondi bbenefika? Jekk le, għaliex qatt ma ħass il-ħtieġa li japplika?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li sad-data tad-deadline intern ma ġietx l-informazzjoni kollha rikjesta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq l-Isqof Buhagiar, Raħal Ġdid, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li x-xogħlijiet fi Triq l-Isqof Buhagiar jikkonsistu fil-bdil tal-main u s-servizzi tal-ilma, main tad-drenaġġ, bankini ġodda u l-asfaltar tat-triq. Dan ix-xogħol qed isir mill-kuntrattur ta’ Infrastruttura Malta u għaldaqstant il-Kunsill ma’ jistax jindika kemm ser idumu dawn ix-xogħlijiet u lanqas kemm huma stmati li se jiġu jiswew.