Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni – Persuni li rtiraw bl-età

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm persuni li rtiraw bl-età ta’ 61 sena wara li kellhom il-kontribuzzjonijiet kollha anke jekk suppost irtiraw iżjed tard? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Pensjoni – Età medja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' bejn l-età effettiva tal-pensjoni u dik tal-età pensjonabbli għal dawn l-aħħar 5 snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika x’qiegħed ifisser bil-kelma medja fir-rigward tal-etajiet effettivi tal-pensjoni u l-etajiet pensjonabbli.

Irtirar flessibbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx studji fuq: i. L-impatt distribuzzjonali fuq ir-regoli flessibbli tal-irtirar fis-sens ta' differenza fid-differiment tal-irtirar kemm ta' paga għolja kif ukoll ta’ paga baxxa? ii. L-impatt ta' rtirar flessibbli fuq il-labour market dynamics? u iii. L-impatt ta' rtirar flessibbli fuq policies fiskali u s-sostennibiltà tal-pensjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, kull 5 snin irid isir studju f’forma ta’ rapport strateġiku dwar is-sistema tal-pensjoni f’pajjiżna, u jekk ikun hemm bżonn isiru rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati numru ta’ materji. L-istudju li jmiss huwa dovut sal-aħħar tal-2025. Il-materji imsemmija mill-Onor. Interpellant huma fost numru ferm akbar ta’ materji li minn żmien għal żmien jiġu indirizzati b’mod ħolistiku fl-istudji imsemmija.

Santa Luċija — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Santa Luċija u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ħal Tarxien — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Ħal Tarxien u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Is-Servizz Kellimni.com

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20069 u jgħid jekk is-servizz kellimni.com huwiex servizz anonimu? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm każijiet fejn din l-anonimità ma tibqax tapplika? Jekk iva, jista’ jgħid meta huma dawn il-każijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Is-Servizz Kellimni.com

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20070 u jgħid jekk il-Pulizija tipprovdix servizz lis-servizz kellimni.com? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu dan is-servizz u jekk il-pulizija kkonċernati humiex kwalifikati f’dan ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Is-servizz Kellimni.com — Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20071 u jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu mas-servizz kellimni.com? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-rwol u l-kwalifiki ta’ kull impjegat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

MARAM

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20128 u ċjoè: B’referenza għall-Multi Agency Risk Assessment Meeting Board (MARAM), li jevalwa u jiddiskuti każijiet li jitqiesu ta’ riskju għoli ta’ vjolenza domestika, jista’ l-Ministru jgħid: i. kemm irċieva referrals minn meta ġie mwaqqaf sal-aħħar tas-sena 2023; ii. kemm minn dawn ir-referrals ġew evalwati mill-bord sal-aħħar tas-sena 2023; iii. kemm irċieva referrals minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; iv. kemm evalwa referrals minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari; v. jekk id-DASH hijiex l-għodda li qed juża l-bord fl-assessjar tar-riskju (risk assessment tool)? Jekk le, liema għodda (risk assessment tool) qed tintuża; u vi. x’kienet l-ispiża ta’ dan il-bord għas-sena 2023 u kif inhuma mqassmin dawn l-ispejjeż?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-Multi Agency Risk Assessment Meeting (MARAM) Board rċieva 268 referrals minn meta ġie mwaqqaf sal-aħħar tas-sena 2023, li kollha ġew diskussi u evalwati. B’żieda ma’ dan, ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-MARAM irċieva u evalwa 278 referral minn Jannar 2024 sad-data li fiha qed titwieġeb din l-Interpellanza. Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, L-assessment tools huma użati mir-risk assessors/ħaddiema soċjali biex jassessjaw ir-riskji preżentati mill-vittmi ta` vjolenza domestika. Il-Board tal-MARAM ma juża l-ebda assessment tool iżda jiġi ppreżentat bil-każijiet li jirriżultaw bħala “high risk cases”. L-ispejjeż involuti inkonnessjonali mal-Bord tal-MARAM, għall-2023 kienu kif ġej: - Salarji ta’ 2 Koordinaturi li jaħdmu mal-MARAM; liema spejjeż kienu jammontaw għal EUR 38,232, bejn Ġunju 2023 u Diċembru 2023; - Training dwar Women Aid Training, fl-Ingilterra, liema spejjeż tat-training, titjiriet u per diem allowance b’kollox kienu jammontaw għal EUR10,005, għal 4 minn nies. - Ħlas fuq translations u proof reading dwar l-emendi fuq Cap581, li jammontaw għal EUR 158.69

Wied il-Għajn — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Wied il-Għajn u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 kien hemm 897 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Wied il-Għajn. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances/pensjonijiet kif indikat fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Għaxaq — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Ħal Għaxaq u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2023 kien hemm 402 benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti f’Ħal Għaxaq. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il- benefiċċji/allowances/pensjonijiet kif indikat fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Marsaxlokk — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Marsaxlokk u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 kien hemm 218 -il benefiċċjarju tal-In Work Benefit residenti Marsaxlokk. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċċjarji komplessivament rċevew dawn il- benefiċċji/allowances/ pensjonijiet kif indikat fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Press conferences

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru press conferences mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll: (i) x’kienet it-tema; (ii) kemm ġiet tiswa din il-press conference; (iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.); (iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol; (v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, biex tinġabar din l-informazzjoni mitluba tinqabeż l-advisory cost.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu f’reklami fuq stazzjonijiet tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn ir-reklami, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-istazzjonijiet li l-Ministeru xtara r-reklami?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

Iż-Żejtun — In-Work Benefit u benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit fiż-Żejtun u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-2023 kien hemm 809 benefiċjarju tal-In Work Benefit residenti fiż-Żejtun. Flimkien mal-In Work Benefit, il-benefiċjarji komplessivament rċevew dawn il-benefiċċji/allowances pensjonijiet kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali — Impjiegi permanenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li ngħataw sapport sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg permanenti wara li jkunu temmew il-kura neċessarja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal- Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2023?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19950.