Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11605 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

applikanti aċċettati għall-Shared Ownership Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti aċċettati għall-Shared Ownership Scheme li ffirmaw il-konvenju sat-8 ta' Marzu, 2009? Jista' jgħid kemm minn dawn l-applikanti ffirmaw il-kuntratt finali sat-8 ta' Marzu, 2009?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sat-8 ta’ Marzu 2009 taħt it-tlett ħarġiet tax-Shared Ownership ġew iffirmati 289 konvenji u 288 kuntratti.
Leg 11 PQ #11616 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kumpaniji ġodda

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10996, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti ta' din il-mistoqsija u ċioe: kemm ġew impjegati ħaddiema f'kull każ ta' kumpaniji ġodda li taw bidu għall-ħidma tagħhom fl-aħħar 18-il xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti l-ismijiet ta' dawn il-kumpaniji sabiex tkun tista tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #11661 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Kirjiet ta' għamara, pitturi u pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi kirjiet ta' għamara u/jew pitturi u/jew pjanti mill-uffiċċju tiegħu u dekasteri oħra li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jinfurmani fid-dettall xi flejjes qed jitħallsu għal dawn il-kirjiet separatament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11692 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Żurrieq — Triq Laurent - sustanza neċessarja - joqtol il-ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jara li uffiċjali tas-saħħa jżuru Triq Lauret Zammit fiż-Żurrieq u titpoġġa dik is-sustanza neċessarja sabiex jiġi kkontrollat l-ammont ta' ġrieden li qed jinfestaw l-area, dato che r-rapporti tar-residenti qed jiġu kontinwament injorati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11703 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Operazzjonijiet — Waiting List

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Informat li sar eżerċizzju estensiv fuq l-ispiża ta' kull intervent fl-isptar li bħalissa qed jiġi verifkat qabel ma jkun pubblikat f'avviż legali biex ikunu aġġornati r-rati li huma viġenti llum.

Furjana — appartamenti għall-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid fost l-appartamenti li qed jinbnew fil-Furjana, kemm minnhom se jkunu għall-kiri? Meta hu maħsub li jitlesta dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li is-37 appartament ġodda fi Triq l-Argotti u Triq l-Iljun Furjana se jkunu kollha għal-kiri u għaldaqstant il-proġett irid jiġi komplut mill-finishings kollha meħtieġa. Hu ppjanat li l-appartamenti jkunu lesti biex jingħataw għal madwar Ottubru tas-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #11761 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: ANTHONY ZAMMIT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

POYC system — valur tal-mediċini u affarijiet oħra

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-valur monetarju tal-mediċini u affarijiet oħra relatati mat-trattament tal-pazjenti li kellhom jintremew għax skadew minn mindu bdiet taħdem il-POYC system?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11763 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: ANTHONY ZAMMIT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Operazzjonijiet tal-emerġenza tal-ġurnata

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex l-operazzjonijiet tal-emerġenza tal-ġurnata, fil-maġġoranza tal-ġranet jibdew isiru wara s-7.00 pm meta t-team kirurgu jkun jista' jibda qabel dan il-ħin u s-swali tal-operazzjonijiet ma jkunux qed jintużaw?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11764 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: ANTHONY ZAMMIT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema POYC — nefqa għall-introduzzjoni u t-tħaddim

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swietu l-introduzzjoni u t-tħaddim tal-iskema POYC? Kemm kienet id-differenza bejn l-ispiża proġettata u dik attwali?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11768 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — ħlas

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex wara li skond ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6038, il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament kellha tiġi mitluba tħallas €50.90, meta maret l-Awtorità tad-Djar talbuha tħalas €2043?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-15 t’Ottubru 2009, il-persuna kkonċernata ġiet infurmata illi ċ-ċens ta’ € 50.90 jista’ jinfeda bejn il-15 ta’ Jannar 2010 u l-14 ta’ Jannar 2011 għall-prezz ta’ € 1,018 u għall-ammont ta’ € 2,043 jekk jinfeda qabel din id-data. Informat ukoll li l-prezz ta’ € 1,018 hu l-istess ammont indikat fit-tweġiba parlamentari numru 6,038. Fil-bidu ta’ Jannar 2010, l-Awtorità tad-Djar ser tinforma lil din il-persuna biex jekk hi interessata tista’ tifdi ċ-ċens tagħha għall-prezz ta’ €1,018.
Leg 11 PQ #11770 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Nies li mietu bil-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu nies bil-marda tal-kanċer (kull tip ta' kanċer) għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009? Kemm kellhom età u minn liema lokalità?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #11772 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dipartiment taqd-Djar — pipe tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir mid-Dipartiment tad-Djar fir-rigward tal-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li fejn toqgħod hemm pipe li qed iżomm fuqu tankijiet tal-ilma li jinsabu fi stat perikoluż? Jista' jordna li jsiru x-xogħlijiet neċessarji?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10131 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Abbużi fuq servizzi soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew rapportati abbużi jew allegati abbużi ta' xi servizz soċjali lid-dipartiment din is-sena? X'azzjoni ttieħdet? X'kien l-eżodu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Ġunju 2009, id-Direttorat (Frodi ta’ Benefiċċji u Investigazzjoni) irċieva 492 rapport permezz ta’ telefonati, ittri, u emails dwar allegat abbuż ta’ benefiċċji soċjali. Informat ukoll li matul l-istess perijodu ġew investigati b’kollox 483 każ, li minnhom instab li 197 każ kienu bi ksur tal-provvedimenti tal-Att Dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) u għalhekk ġew referuti lid-Diviżjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-passi meħtieġa min-naħa ta’ din id-Diviżjoni. Mill-investigazzjonijiet li għamel id-Direttorat sab ukoll li 286 każ ma kienux qegħdin jiksru l-provvedimenti ta’ l-istess Att.
Leg 11 PQ #10541 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ma ħadet l-ebda passi biex tirrimedja l-problema tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, biex tingħata post alternattiv?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikant in kwestjoni applika għall-akkomodazzjoni alternattiva fl-14 ta’ Mejju, 2009. L-Awtorità tad-Djar qegħda tagħti din l-applikazzjoni l-attenzjoni meħtieġa.

Sptar Mater Dei — Dipartiment ta' l-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex isir studju ta' kemm qed idumu n-nies jistennew sabiex jinqdew ġewwa d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-iSptar Mater Dei ?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Dewmien ta' għaxar sigħat fl-Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar sitt xhur ġieli kien hemm pazjenti li damu 'l fuq minn għaxar sigħat wara li rreġistraw ruħhom fl-emerġenza biex sabu posthom ġewwa s-sala, imbagħad minn hemm kellhom jiġu nvestigati iktar fil-fond?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Studju dwar is-sistema wżata fl-emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex għaddej studju biex is-sistema li hija wżata fl-emerġenza tiġi iktar effiċjenti u b'hekk il-pazjent ma jdumx ħafna jistenna biex jinqeda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #10787 Sitting 149 2009-10-21 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li tagħrif dwar id-Dipartiment tas-Saħħa għadu qed jinġabar.