Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Suldati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bdew jaħdmu suldati ġodda f’dawn l-aħħar ġranet ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll fejn ser ikunu stazzjonati u fejn ser ikun il-bini/post fejn dawn is-suldati ser ikunu stazzjonati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar ġimgħat, 17-il suldat bdew joffru servizz tagħhom f’Għawdex.

Żgħażagħ li jaħdmu Full-Time u Part-Time

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26728, dwar żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena li qed jaħdmu full-time kif ukoll part-time, jista’ l-Ministru jaqsam l-informazzjoni mogħtija fl-istess tweġiba separatament għal kull età?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni hija kif indikat fit-tabella, abbażi tal-aħħar ċifri ppubblikati f’Ottubru 2024. Età 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30 Diċembru 2015 Full Time 103 368 833 1,357 1,913 2,486 3,399 4,138 4,742 5,021 5,502 5,479 5,315 5,399 5,233 Part Time 237 656 1,097 1,249 1,267 1,125 875 775 632 590 540 536 512 509 509 Diċembru 2016 Full Time 130 362 868 1,419 1,923 2,603 3,345 4,247 4,878 5,344 5,560 6,012 5,955 5,743 5,755 Part Time 344 678 1,099 1,246 1,291 1,118 919 707 656 553 572 520 506 518 512 Diċembru 2017 Full Time 140 484 929 1,505 1,999 2,704 3,564 4,246 5,111 5,577 5,953 6,135 6,503 6,358 6,173 Part Time 326 722 1,003 1,246 1,270 1,131 911 736 551 540 509 497 520 511 509 Diċembru 2018 Full Time 121 502 962 1,504 2,122 2,798 3,642 4,637 5,240 5,926 6,400 6,708 6,819 7,186 6,940 Part Time 346 619 1,028 1,127 1,222 1,129 901 673 556 483 461 472 507 507 517 Diċembru 2019 Full Time 129 486 977 1,521 2,100 2,833 3,759 4,710 5,598 5,931 6,667 7,217 7,447 7,407 7,780 Part Time 372 624 920 1,146 1,154 1,126 932 679 539 500 440 441 462 512 504 Diċembru 2020 Full Time 79 359 719 1,284 1,766 2,456 3,335 4,332 5,173 5,980 6,290 6,948 7,442 7,580 7,594 Part Time 171 470 688 933 1,132 1,052 865 679 562 449 450 427 418 414 477 Diċembru 2021 Full Time 133 440 920 1,351 1,837 2,505 3,276 4,267 5,137 5,862 6,607 6,820 7,428 7,847 7,948 Part Time 338 614 957 1,030 1,121 1,095 874 679 524 491 398 431 423 394 422 Diċembru 2022 Full Time 136 470 916 1,537 1,992 2,703 3,623 4,705 5,745 6,618 7,245 7,927 8,128 8,495 8,786 Part Time 308 665 945 1,144 1,126 1,042 885 593 512 468 467 418 407 402 431 Diċembru 2023 Full Time 120 509 895 1,542 2,120 2,804 3,609 4,852 6,052 7,091 8,036 8,718 9,258 9,129 9,522 Part Time 274 622 931 1,187 1,225 1,073 830 684 498 462 468 481 431 448 471 Ottubru 2024 Full Time 163 530 962 1,535 1,963 2,731 3,472 4,627 5,652 6,761 7,913 8,709 9,258 9,683 9,525 Part Time 300 661 1,008 1,218 1,350 1,126 947 699 590 502 479 459 484 432 446

Għawdex — Rapporti ta’ reati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reati rrappurtati f’Għawdex matul is-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ reati ġew irrappurtati li twettqu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ir-rapport akkademiku annwali magħruf bħala Crimemalta Observatory ikkonferma fil-pubblikazzjoni annwali tiegħu għall-2024 li Malta baqgħet pajjiż sigur u stabbli, bir-rata ta’ reati kriminali hija ta’ 30 reat għal kull elf persuna li tgħix fil-pajjiż. Dan jirrifletti tnaqqis meta mqabbel mas-sena 2023 u tnaqqis sostanzjali meta mqabbel mas-46 każ irrapportat għal kull elf persuna li Malta kienet tesperjenza fl-2004. Riżultat pożittiv ieħor huwa li r-rata ta’ kriminalità f’Għawdex, naqset bi 23%, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, filwaqt li rreġistra l-inqas ammonti ta’ serq fl-aħħar 20 sena. Dan ifisser in-nofs ta’ dak li kien irreġistrat fl-2006. Ninsab infurmat illi dettalji dwar in-numru ta’ reati rrappurtati f’Għawdex, fis-sistema tal-Pulizija, minn Jannar 2024 sal-31 ta’ Marzu 2025, huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li fiha wkoll in-natura ta’ reati li ġew irrappurtati. Sub-category20242025 Crime category ABANDON OF CHILDILL TREATM NEG OF CHILD UND 1221 ARSONSEA CRAFT01 VEHICLES50 ATTEMPTED OFFENCESCOMPUTER MISUSE01 THEFT - BARS/RESTAURANTS10 THEFT - BUILDING SITES10 THEFT - FROM VEHICLE10 THEFT - OTHER10 THEFT - RELIGIOUS TEMPLES10 THEFT - RESIDENCE10 WILFUL DAMAGE10 BODILY HARMGBH BY PHYSICAL FORCE141 GBH WITH ARMS IMPROPER31 SBH BY PHYSICAL FORCE629 SBH WITH ARMS IMPROPER63 SBH WITH ARMS PROPER20 BREACH OF BAIL CONDITIONS 30 COMPUTER MISUSEUNAUTHORISED ACCESS222 UNAUTHORISED COPYING OF DATA21 UNAUTHORISED POSSESSION DATA21 CRUELTY TO ANIMALS 21 DAMAGEINV DAMAGE BY HIT AND RUN14024 INVOLUNTARY DAMAGE BY OTHER197 WILFUL DAMAGE BY OTHER6615 WILFUL DAMAGE BY PAINT21 WILFUL DAMAGE HIT AND RUN72 DOMESTIC VIOLENCEGBH WITH PHYSICAL FORCE40 PSYCHOLOGICAL HARM4814 SBH BY ARMS IMPROPER21 SBH WITH PHYSICAL FORCE303 DRUGSCULTIVATION01 IMPORTATION01 POSS WITH INTENT TO SUPPLY13 POSSESSION45 ENVIRONMENTAL CRIMEOTHERS10 FORGERYPOSSESSION OF LOCAL CURRENCY10 PUBLIC DOCUMENTS20 USE OF FORGED DOCUMENT10 USE OF LOCAL CURRENCY10 FRAUDCOMMERCIAL10 COUNTERFEIT10 FRAUDULENT GAINS14631 MISAPPROPRIATION71 GENDER BASED VIOLENCE 20 IMMIGRATIONOTHERS14 MONEY LAUNDERING 10 PERJURY AND FALSE SWEARINGFALSE SWEARING02 PERJURY IN CIVIL PROCEEDINGS10 PRETENDED RIGHTS 348 SEXUAL OFFENCEDEFILEMENT OF MINORS31 INDECENT EXPOSURE30 RAPE22 VIOLENT INDECENT ASSAULT30 THEFTARMED ROBBERY01 BAR RESTAURANT CUSTOMERS50 BAR RESTAURANT - EMPLOYEES10 BAR RESTAURANT - PREMISES10 BUILDING SITES30 FACTORIES - PREMISES20 FARMS AND FIELDS61 GOVERNMENT BUILDINGS30 HOTEL - CUSTOMERS20 MUGGING20 OFFICES - PREMISES10 OTHER THEFT305 PICK-POCKETING21 RESIDENCE - EXTERIOR91 RESIDENCE - OCCUPIED180 RESIDENCE - VACANT100 RETAIL OUTLETS - CUSTOMERS40 RETAIL OUTLETS - PREMISES60 RETAIL OUTLETS - SHOP LIFTING71 SNATCH AND GRAB10 STREETS AND PUBLIC AREAS185 THEFT FROM BEACHES83 THEFT FROM SEACRAFT51 THEFT FROM VEHICLE - EXTERIOR152 THEFT FROM VEHICLE - INTERIOR93 THEFT OF SEA CRAFT10 THEFT OF VEHICLE50 THREATS AND PRIVATE VIOLENCEBLACKMAIL83 CAUSING FEAR OF VIOLENCE30 DEFAMATION10 HARASSMENT163 PRIVATE VIOLENCE10 STALKING20 UNAUTHORISED ACC IN REST AREA 20 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICERREVILED AND THREATENED92 VIOLENCE AGAINST01

Bloom Festival Malta — Permess għall-mużika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min awtorizza u ħareġ il-permess biex tindaqq il-mużika f’Vincent’s Bloom Festival, l-Imġarr, Malta, fil-ġranet tat-18, 19 u 20 t’April li għadda, fil-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira minn filgħodu sal-ħdax ta’ billejl, f’Sibt il-Għid minn filgħodu sal-ħdax ta’ billejl u f’Jum l-Għid minn kmieni filgħodu l-Ħadd sat-tlieta ta’ filgħodu sbieħ it-Tnejn 21 t’April?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li avvenimenti bħal dawn jaqgħu taħt il-kundizzjonijiet ta’ one-time event li huma regolati mill-Pulizija.

Ir-Rabat, Malta — Triq it-Tabia - Periklu ta’ sewqan eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat dwar is-sewqan eċċessiv u ta’ periklu li qiegħed ikun hemm fi Triq it-Tabia r-Rabat, Malta (fil-parti tat-Triq it-Tabia li twasslek għal Vjal il-Ħaddiem)? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ser jittieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiġi evitat xi inċident tat-traffiku jew li jittajjar xi ħadd, billi jsiru sleeping police kif kien imwiegħed lir-residenti jew traffic lights li jikkontrollaw is-sewqan sfrenat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-ispezzjonijiet tal-Pulizija jsiru b’mod frekwenti, inkluż fiż-żona indikata fejn saru u qegħdin ikomplu jsiru aktar spezzjonijiet favur is-sigurtà taċ-ċittadini. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministeru konċernat.

IIP — Operaturi liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min f’dawn l-aħħar għaxar snin kien jew għadu operatur liċenzjat skont il-liġi sabiex jopera bħala aġent tal-programm tal-Individual Investor Programme (IIP)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-operaturi rreġistraw persuni li ssodisfaw il-kriterji sabiex jiksbu ċittadinanza b’investiment f’dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx/kienx hemm deputati/ex-deputati tal-Gvern Laburista fil-bordijiet ta' Awtoritajiet/Aġenziji/Entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema bord ta' Awtorità/Aġenzija/Entità jinsabu/kienu jinsabu, x'pożizzjoni għandhom/kellhom u x'inhi/kienet il-kariga tagħhom? X'remunerazzjoni u perkaċċi oħra jieħdu/kienu jieħdu għal tali pożizzjoni? X'inhu/kien it-terminu tal-ħatra tagħhom, u jekk tali ħatra għadha fis-seħħ, meta hu t-terminu ta' din il-ħatra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Nefqa fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27138 u jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sewqan mingħajr polza tal-assikurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu sewwieqa jsuqu mingħajr polza tal-assikurazzjoni minn uffiċjali tal-Pulizija, tal-LESA jew minn Transport Malta, mill-2020 sal-2024 maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ taħrikiet maħruġa lis-sewwieqa li nqabdu jsuqu mingħajr polza tal-assigurazzjoni, minn uffiċjali tal-Pulizija, tal-LESA, jew ta’ Transport Malta, f’dawn il-gżejjer, skont is-sistema tal-LESA, mis-sena 2020 sas-sena 2024 (maqsum sena b’sena), kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri jinkludu wkoll taħrikiet maħruġa kontra persuni li ppermettew lil ħaddieħor isuq il-vettura tagħhom meta l-polza tal-assigurazzjoni ma kinitx tippermetti dan, u/jew każi fejn is-sewwieqa kienu jsuqu vetturi mhux koperti b’polza ta’ assikurazzjoni. Sena Numru ta’ taħrikiet (Pulizija-LESA-TM) Persuni li ppermettew sewwieqa jsuqu vetturi meta dawn ma kienux koperti minn polza ta’ assikurazzjoni Numru ta’ taħrikiet (Police – LESA – TM) Persuni li saqu vetturi li ma kienux koperti b’polza ta’ assikurazzjoni 2020 35 227 2021 191 939 2022 104 481 2023 187 763 2024 256 788

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Physiotherapists u occupational therapists

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm physiotherapists u occupational therapists assenjati biex jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li persuni li jinsabu l-ħabs jibbenefikaw mis-servizzi tas-saħħa offruti fil-Klinika Medika tal-Ħabs, li nbniet u ġew impjegati diversi professjonisti fl-aħħar snin, kif ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa bħal kull ċittadin ieħor li jinsab fil-komunità, skont kif ipprovdut mil-Liġi.

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema jgħallmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt daqs illum il-Faċilità Korrettiva ffukat fuq ir-riabilitazzjoni u dan tista’ tagħmlu għax għall-ewwel darba taħt din l-amministrazzjoni il-ħabs huwa ordnat, ħieles mid-droga u b'tentattiv ġenwin ta' riabilitazzjoni. Bil-korsijet offruti huma varji kif ser nindika f’din it-tweġiba. In-numru ta’ għalliema għalhekk ivarja skont it-taħriġ li jkun qed isir minn żmien għal żmien. Bħalissa, qed jiġu offruti diversi korsijiet, kemm dawk edukattivi kif ukoll f’ħiliet varji. Fost il-korsijiet li għaddejjin insibu gruppi psiko-edukattivi mmexxija mill-Uffiċjal tal-CREU, kif ukoll diversi programmi akkreditati: Interior Design (MQF1, żewġ klassijiet – waħda għal persuni Maltin u oħra għal barranin) u Spanjol (żewġ klassijiet f’livelli differenti, MQF1 u MQF2), it-tnejn mwassla minn edukaturi tal-Lifelong Learning. Korsijiet oħra li qed jiġu offruti jinkludu dak fuq l-Etika (MQF3 – ekwivalenti għal-livell tas-SEC) u l-Arti, pprovduti minn edukaturi ta’ CSA. Barra minn hekk, qed jiġu offruti wkoll korsijiet ta’ Web Design (MQF 3) u Welding (parti minn MQF2), li qed jiġu pprovduti mill-MCAST. Il-Matematika u l-Malti (MQF Livell 1 u MFL – Malti bħala lingwa barranija) qed jiġu mgħallma wkoll minn edukaturi tal-Lifelong Learning. Qed isiru wkoll sessjonijiet tal-Artiġġjanat (żewġ klassijiet) mid-Dar Hosea fid-diviżjoni tan-nisa. Fil-CoRRS, il-parteċipanti għandhom aċċess għal sessjonijiet tat-Tisjir, tad-Drama u tal-Arti, kollha pprovduti minn edukaturili qed isegwu MA in Addressing Divergent Behaviour in Adolescents from the Institute for Education (IFE).

Skema IIP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw passaporti, taħt l-iskema tal-IIP, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu miċ-Ċina, Russja u Kolumbja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li Malta ma toffrix il-bejgħ ta’ passaporti, iżda toffri l-possibbiltà tal-akkwist taċ-ċittadinanza permezz ta’ investiment, skont qafas legali stabbilit fl-Att dwar iċ-Ċittadinanza (Kap. 188). F’dan ir-rigward kull informazzjoni relatata toħroġ mingħand ir-Regolatur, skont kif hemm stipulat f’din il-liġi, permezz ta’ rapport annwali li jitpoġġa fuq il-mejda ta’ din il-kamra. Nitlob għalhekk, lill-Onor. Interpellant li jirreferi għal dawn ir-rapporti li huma mpoġġija fuq il-mejda tal-Kamra u għandhom l-informazzjoni mitluba.

Korpi Dixxiplinati – Persuni li siefru fl-2023 u fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25475, 25693, 25886, 26418 u 27227 u jipprovdi lista tas-safar kollu li għamlet it-tmexxija tal-Korpi Dixxiplinati fis-snin 2023 u 2024 u jgħid: min siefer; fejn siefer; għal liema skop; kemm kienet in-nefqa; u d-dati tas-safar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kwartieri Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili — Xogħlijiet fl-istazzjonijiet - Spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27254 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26627 dwar l-ispejjeż relatati max-xogħlijiet kollha li qegħdin isiru fl-istazzjonijiet u l-Kwartieri Ġenerali tal-Protezzjoni Ċivili, fejn ġie mwieġeb li “l-informazzjoni fit-totalità tagħha għad trid tkun konkluża”, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-informazzjoni issa ġietx finalizzata u jekk iva, tingħata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li f'dawn l-istanzi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Għaldaqstant it-tabella t’hawn taħt tinkludi l-ispejjeż relatati max-xogħlijiet kollha li qegħdin isiru fl-istazzjonijiet mill-2022 'il quddiem. STATION 2022 2023 2024 2025 KORDIN €10,443 €1,792 €896,628 €42,228 HALFAR €17,568 €127,953 €94,997 0 K9 0 0 €49,425 0 PEMBROKE 0 0 €138 0 GOZO €0 €18,730 30,199 0 FLORIANA (OLD) 0 €1,882 336 0 FLORIANA(NEW) €105,492 €43,644 €177,608 €12,707 XEMXIJA €40,284 €29,210 551,309 0 DELIMARA 0 0 0 0 MARINE €125,600 €389,978 €434,623 €5,522 MAGĦTAB 0 0 €1,555,803 0 KANDJA €53,860 €64,824 €601,729 €330 STA VENERA €5,321 0 0 0

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Vjaġġi uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid: (a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom? (b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ? (ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? (d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 23900, fejn spjegajtlu diġà illi l-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, per diem allowances huma rregolati skont il-Manual on Transport and Travel Policies, ninfurmah Kien hemm darba waħda minn Jannar tas-sena 2020 kemm ilni nservi ta' Ministru li kont akkumpanjat minn marti u binti waqt safar. Dawn ma attendewx għall-impennji uffiċjali. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispejjeż kollha tħallsu mill-credit card privata u għaldaqstant hemm record tagħhom. Meta jrid l-Onor. Interpellant nistiednu jiġi u jispezzjonahom.

Tiġdid tal-karti tal-identità — Formola ġdida

Question

In vista tal-formola l-ġdida għat-tiġdid tal-Karta tal-Identità li fiha ddaħħal ir-rekwiżit li wieħed jagħti prova dokumentata li għandu jedd jabita fl-indirizz indikat fuq il-Karta tal-Identità tiegħu, jista' l-Ministru jgħid: 1. għaliex fil-formola nnifisha ma hemm l-ebda struzzjonijiet dwar dan ir-rekwiżit; 2. jekk hemmx struzzjonijiet dwar dan ir-rekwiżit f'xi websajt jew xi mkien ieħor; u 3. fin-nuqqas taż-żewġ struzzjonijiet kif mistoqsi hawn fuq, jista’ jgħid x'inhuma l-istruzzjonijiet għal dan ir-rekwiżit?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda formola ġdida biex wieħed iġedded il-Karta tal-Identità. L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-Karta tal-Identità hija Formola 10A, u din ilha tintuża għal dawn l-aħħar snin. F’sezzjoni numru 2 ta’ din il-formola u fuq is-sit elettroniku taħt is-sezzjoni tal-Karti tal-Identità, l-applikant huwa nfurmat li f’każ li qed jibdel id-dettalji tal-indirizz, irid jipprovdi dokumenti bħala prova tal-indirizz.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.