Forzi Armati ta’ Malta – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2020
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta li se jkunu għalqu 25 sena servizz fil-Forza bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u tmiem is-sena 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 15179, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat li l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:
2020:
Officers
Other Ranks
18
202 (66 minnhom diġa ġew rilaxxati wara li lestew l-25 sena ta’ servizz.)
Forzi Armati ta’ Malta – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2021
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Forzi Armati ta’ Malta li se jkunu għalqu 25 sena servizz fil-Forza fis-sena 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 15180, l-Onorevoli Interpellant għandu jkun infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt:
2021:
Officers
Other Ranks
22
195
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn is-sistema biex jitqabbad pulizija biex tingħalaq triq inbidlet, fejn jidher li m’għadux possibbli tqabbad pulizija kwalunke għajr dak li jkun indikat mid-detail officer tad-distrett, meta qabel kien possibbli li tqabbad pulizija dirett u tħallas ta’ xogħlu fl-għassa rispettiva?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi x-xogħol li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant normalment u skont il-liġi Sussidjarja 441.04, Regolamenti 8 (1) u (4), isir minn uffiċjali tal-komunità (LESA) jew minn uffiċjali tat-Transport Malta kemm-il darba li dawn ma jkunux disponibbli. Madankollu infurmat illi meta jintalbu pulizija biex jassistu tingħalaq triq, it-talba ssir mad-detail officer inkarigat mit-tqassim tax-xogħol fid-distrett partikolari wara illi l-individwu jew kuntrattur jipproduċi l-permess maħruġ mill-Kunsill Lokali rispettiv. Dan jieħu ħsieb jiġbor il-ħlas tas-servizz u jibgħat uffiċjal li jkun jista’ jwettaq ix-xogħol mitlub skont il-ħinjiet mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi u programmi għaddejjin preżentement ma’ pajjiżna fi ħdan l-EASO? Jista’ jindika jekk kemm-il darba hemmx il-possibilità li ssir talba għall-iktar assistenza minħabba l-pożizzjoni preżenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Bejn Malta u l-EASO hemm fis-seħħ pjan operazzjonali u ta’ assistenza teknika. Fl-aħħar ġimgħat, l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ naħat kompliet tissaħħaħ inkluż b’aktar riżorsi umani.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan is-Segretarjat tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurta’ Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi kien hemm żewġ persuni li mxew għall-impjieg ieħor filwaqt li fi ħdan is-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari kien hemm persuna waħda.
In-Nadur Għawdex – medded ta’ artijiet — reġistrazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li r-reġistrazzjonijiet ta’ medded ta' art fin-Nadur minn entità waħda ma ġewx pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern minkejja li dawn daħlu fi Frar 2020 u kull reġistrazzjoni li tiġi approvata tidher fil-Gazzetta tal-Gvern tax-xahar ta' wara? Jista' jgħid min ta l-ordni biex dawn ma jiġux ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern? Dan ifisser li r-reġistrazzjonijiet ma ġewx aċċettati? Ifisser li ma ġewx approvati? Jekk ġew approvati u ma ġewx pubblikati qed tinkiser xi provvediment tal-liġi?
Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-Ministeru tiegħu u l-Aġenzija li taqa' taħtu biex iserraħ ras ir-residenti li l-proprjetà tagħhom intlaqtet minn applikazzjonijiet ta’ medded ta' art fin-Nadur? Jista' jgħid jekk dawn l-applikazzjonijiet li ġew approvati fi ftit sigħat, hux ser tiġi irtirata l-approvazzjoni tagħhom?
Għawdex – reġistrazzjonijiet ta’ artijiet fil-Gazzetti tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' estratti mill-Gazzetta tal-Gvern fejn minn Frar 2020 sal-lum ġew ippubblikati r-reġistrazzjoni ta' artijiet f'Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’:
l-Avviż numru 444 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tal-5 ta’ Mejju, 2020; u
l-Avviż numru 500 li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Mejju, 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Maltin li jinsabu preżentement f’ħabsijiet barra minn pajjiżna? Jista’ jindika kemm ġew rilaxxati tul is-sena li għaddiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Bormla — Triq il-Karmnu u l-Pjazza ta' quddiemha - aktar miżuri ta' sigurtà
Question
Billi, kien hemm xi ilmenti minn xi residenti anzjani, jista' l-Ministru jassigura li jittieħdu aktar miżuri ta' sigurtà b'liema mezz jidirlu xieraq fl-inħawi ta' Triq il-Karmnu f'Bomrla u l-pjazza ta' quddiemha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Bħal l-Onor. Interpellant nemmen li fiż-żona msemmija kien hemm ħtieġa li tissaħħaħ is-sorveljanza tal-pulizija u meta rċivejt l-istess ilment wassalt dan il-messaġġ mill-ewwel .
Infurmat li l-Pulizija tad-Distrett ħadet numru ta’ miżuri għal skop ta’ sigurtà u buon ordni u kuljum f’ħinjiet differenti qed tagħmel ir-rondi tagħha.
Infurmat illi riżultat ta’ dawn ir-rondi diġa’ tressqu xi nies il-Qorti wara li nstab li kkomettew xi ksur ta’ liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Pulizija stazzjonalti f'Għawdex u xi grad għandhom? Jista' jgħid f'liema taqsimijiet huma mqassma dawn il-Pulizija fid-distrett ta' Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li t-tgħarif mitlub qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Attachments:Copy of PQ W64 - Pulizija Stazzjonati Ghawdex.pdf
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il breathalyzer test sar mill-Pulizija f'Għawdex matul is-sena 2017, 2018, 2019 u 2020 sal-lum sena b'sena u kemm minnhom irriżultaw li l-ammont kien jaqbeż il-limitu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2017 u l-aħħar t’April 2020 in-numru ta’ breathalyzer tests li saru mill-Pulizija f'Għawdex u l-ammont li rriżulta li kien qabeż il-limitu u kien pożittiv, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Għawdex
2017
2018
2019
2020
(Sa April)
Breathalyzer tests
15
17
20
5
Każijiet pożittivi
6
6
4
3
Asylum, Migration and Integration Fund – Fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ Fondi Ewropej li Malta kellha għad-dispożizzjoni tagħha mill-Asylum, Migration and Integration Fund (AMIF) fl-1 t’April 2020?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni kollha li ssottomettew applikazzjoni għall-kariga ta' Kummissarju tal-Pulizija wara s-sejħa pubblika għal applikazzjonijiet li ħarġet il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninofrma lill-Onor. Interpellant li hija l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li qed tmexxi l-proċess tal-għażla għall-Kummissarju ta’ Pulizija u t-tagħrif mitlub jinsab għand l-istess Kummissjoni.
Kif konvint li jaf l-Onor. Interpellant, il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku hija entità indipendenti mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm hemm crew Malti u kemm barranin fuq id-dgħajjes Ewropa, Baħħari u Atlantis? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi huma l-ħaddiema barranin li hemm fuq dawn it-tliet dgħajjes?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-crew tal-bastiment huwa responsabbilità tal-kumpaniji li qed jipprovdu s-servizz
Inċidenti tat-traffiku — persuni li ddaħħlu l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14700, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jindika kemm kien hemm persuni li ddaħħlu l-isptar minħabba li kellhom inċidenti fatali bil-karozzi tagħhom u mietu minħabba li ma kenux lebsin is-‘seat belt’?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Regolatur dwar il-Programm tal-Investitur Individwali – investigazzjonijiet ta’ ilmenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jippreskrivi l-mod li bih jistgħu jsiru lmenti sabiex jiġu investigati mir-Regolatur dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta u dan skont dak li jipprovdi l-Artikolu 25A tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap. 188 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li kif kien ġie informat fit-tweġiba nru 11926 ix-xogħol fuq it-tfassil tar-regolamenti formali kien beda u llum jinsab kważi finalizzat. Iżda, minħabba li l-Gvern impenja ruħu li l-Programm ta’ Investitur Individwali jiġi rivedut - u dwar dan diġà saru diversi laqgħat ma wħud mill-istakeholders – inħass illi jkun għaqli jekk ix-xogħol konness mal-imsemmi abbozz ta’ regolamenti għalissa jiġi temporanjament sospiż. Dan sabiex qabel naraw x’sura finali ser jieħu dan il-Programm ta’ Investitur Individwali rivedut. Tajjeb jingħad, iżda li kull ilment li sar jew li għadhom qegħdin isiru ġew u qed jiġu eżaminati bir-reqqa mir-Regolatur indipendenti ta’ dan il-Programm a termini tal-funzjonijiet regolatorji tiegħu skont l-Artiklu 25 tal-Att dwar iċ-Cittadinanza Maltija (Kap 188). L-opinjoni tiegħu dwar kull ilment qed tingħata bil-miktub fi żmien pjuttost qasir, skont iċ-ċrkostanza ta’ kull każ, lil kull min ikun ressaq l-ilment partikolari.
Każijiet ta’ separazzjoni — Persuni mressqa l-Qorti fuq nuqqas ta’ manteniment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni mressqa quddiem il-Qorti f’din il-Leġiżlatura fuq akkużi li naqsu li jagħtu manteniment f’każijiet ta’ separazzjoni? Kemm minhom weħlu l-ħabs u kemm weħlu f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu qiegħda titpoġġa fuq l-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru konċernat jgħid min hu intitolat biex ikollu Passaport Diplomatiku? Jista’ jgħid kemm hemm persuni li għandhom passaport diplomatiku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.