Gwardjani tal-Ħabs – fedina penali sabiex tidħol taħdem jew tingħata promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk biex persuna tidħol taħdem bħala gwardjan il-ħabs, u/jew tingħata promotion fil-ħabs, il-fedina penali tagħha titteħidx inkonsiderazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 7922 b’referenza għar-rekwiżiti mitluba biex persuna tidħol taħdem bħala uffiċjal korrettiv mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. Infurmat li dwar promozzjoni fost l-oħrajn tiġi kkunsidrata l-imġiba u l-kondotta tal-uffiċjal fil-faċilità waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
Korp tal-Pulizija – ħlas biex jakkumpanjaw il-purċissjonijiet tal-festi tar-Randan u l-Għid
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti li tħallsu mill-għaqdiet volontarji, rispettivament għal-lokalitajiet, sabiex membri tal-Korp tal-Pulizija jkunu jistgħu jakkumpanjaw il-purċissjonijiet matul il-festi tar-Randan u l-Għid?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li għal purċissjonijiet tradizzjonali tal-Knisja Kattolika tal-Ġimgħa l-Kbira u tal-Għid ma jintalabx ħlas.
Pulizija – Persuni investigati dwar każijiet ta’ rape
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati persuni dwar rape, sena b’sena, matul l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni fuq rape u kemm ġew liberati? Fil-każijiet fejn ġew liberati, f’kemm-il każ saru, jekk saru, investigazzjonijiet għal potenzjal rapport falz u jekk tressqux persuni l-Qorti dwar dawn?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Impjegati ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6783 dwar persuni ġodda impjegati fl-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' impjegati minn kull lokalità msemmija fit-tweġiba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ serq minn residenzi privati (appartamenti, djar eċċ.) ġie rrappurtat, lokalità lokalità, minn Jannar 2021 sad-data ta’ meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari?
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu rapporti ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol lill-Pulizija fis-snin 2018, 2019 u 2020? Kemm minn dawn ir-rapporti saru minn nisa u kemm minn irġiel? Kemm ittellgħu l-Qorti minn dawn ir-rapporti/każijiet? F'kemm minn dawn ir-rapporti/każijiet li ttellgħu l-Qorti, is-suspettati nstabu ħatja?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu indikat mill-Onor. Membru kien hemm tliet rapporti mal-Pulizija dwar fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ir-rapporti saru minn persuni femminili. Dettalji oħra mitluba f’din il-mistoqsija jinsabu fl-istess tabella.
Sena
Numru ta’ kazi
Persuni mressqa l-Qorti
Rizultat tal-kaz
Min għamel ir-rapport
2018
1
Persuna maskili
Illiberat
Persuna femminili
2019
1
Persuna maskili
Sub-judice
Persuna femminili
2020
1
Kaz investigat
-
Persuna femminili
Ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni tal-ILO C190 Violence and Harassment
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-Gvern biex tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-International Labour Organisation (ILO) C190 Violence and Harassment addottata fl-2019 u li ġiet fis-seħħ f'Ġunju, 2021?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Protection orders fuq vittmi ta’ vjolenza domestika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-Protection Orders u Temporary Protection Orders li ħarġu fis-snin 2020 u 2021 fuq vittmi ta' vjolenza domestika ġew miksura? X'tip ta' azzjoni ttieħdet f'kull każ? Kemm minn dawn ġew rapportati iktar minn darba?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi data fuq il-ksur ta’ Protection Orders u Temporary Protection Orders u s-sanzjonijiet marbuta magħhom ġiet ċentralizzata u bdiet tinġabar minn Ottubru 2020, meta twaqqfet it-Taqsima kontra il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika (GBDV) tal-Korp. Ma kenitx miżmuma data kif mitluba qabel dan il-perjodu. Fil-perjodu ta’ bejn Ottubru 2020 sa Diċembru 2021 kien hemm total ta’ wieħed u erbgħin (41) kaz fejn Ordnijiet ta’ Protezzjoni maħruġa fuq vittmi ta’ vjolenza domestika ġew miksura. F’kull każ il-persuni responsabbli ġew akkużati bi ksur ta’ dawn l-ordnijiet. F’erbgħa minn dawn il-każi il-persuni kkonċernati kisru l-ordni għal aktar min darba. Fl-istess perjodu kien hemm żewġ (2) każi ta’ Ordnijiet ta’ Protezzjoni Temporanja maħruġa fuq vittmi ta’ vjolenza li ġew miksura u l-persuni responsabbli ġew akkuzati bi ksur ta’ dawn l-ordnijiet. F’każ minnhom il-persuna kkonċernata kissret l-ordni darbtejn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol li għandu l-impjegat, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u għaliex intgħażel biex jibda jaħdem fi ħdan il-Ħabs? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ngħata lil dan l-impjegat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-persuna riferuta huwa membru f'Korp Dixxiplinat li ġie assenjat biex jaqdi dmiru skont l-esiġenzi tas-servizz. Infurmat li ma jsir l-ebda ħlas ieħor mill-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Centre of Residential Restorative Services (CoRRS) — residenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti taħt it-22 sena fis-Centre of Residential Restorative Services (CoRRS), dak li qabel kien YOURS, fl-Imtaħleb?
Pulizija – kontravenzjonijiet għal stabbilimenti li nqabdu jdoqqu mużika wara l-ħin permess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu kontravvenzjonijiet għal stabbilimenti li nqabdu jdoqqu mużika għolja wara l-11.00 p.m.?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ kontravenzjonijiet li nħarġu lill-persuni ta’ stabbilimenti liċenzjati li nqabdu jdoqqu mużika għolja bejn Jannar 2022 u l-aħħar ta’ Marzu 2023 kien ta’ ħamsa u tmenin. Il-figuri jinżammu u jkopru kontravenzjonijiet li saru f’kull ħin u mhux wara l-11.00 p.m. biss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka sewwieqa li l-vetturi tagħhom kienu jdaħħnu minn Jannar 2022 sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kif ġie indikat fir-risposta għat-tweġiba tal-mistoqsija 7745, l-ammont ta’ taħrikiet li ngħataw permezz tas-sistema ta’ tickets, talli vetturi kienu qed iniġġsu l-arja bejn Jannar 2022 sad-29 ta’ Marzu din is-sena huwa ta' 394.
Qasam tal-edukazzjoni u soċjali – għoti ta’ fondi mill-Aġenzija Komunità Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-inizjattivi fil-qasam tal-edukazzjoni u soċjali li ġew iffinanzjati mill-aġenzija Komunità Malta? F'liema lokalitajiet saru? Jista' jgħid jekk l-inizjattivi li ġew iffinanzjati kinux ġejjin mill-Gvern biss jew mill-privat ukoll? Jekk kien hemm inizjattivi mill-privat, liema seħħew permezz ta' dawn il-fondi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li skont id-dispożizzjonijiet tal-Ordni dwar it-twaqqif tal-Aġenzija Komunità Malta, mill-profitti tal-Aġenzija ġew iffinanzjati diversi proġetti edukattivi u soċjali mis-sena 2020 'l quddiem skont kif qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkat DOK A. Ukoll persuni li jakkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 188.06 Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza Maltija għal Servizzi Eċċezzjonali qabel jinħarġilhom iċ-ċertifikat ta’ċittadinanza huma obbligati li jagħtu donazzjoni ta’ mhux anqas minn total ta’ Eur10,000 lill-organizzazzjoni jew soċjetà mhux governattiva filantropika, kulturali, sportiva, xjentifika, tat-trattament xieraq tal-annimali jew artistika, li tkun irreġistrata, jew kif approvat mod ieħor mill-Aġenzija. L-organizzazzjonijiet li gawdew minn dawn l-għotjiet kienu dawk kif provduti fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkat bħala DOK B.
Attachments:PQ 8250 Papers Laid DOK A.002.pdfPQ 8250 Papers Laid DOK B.pdf
Vetturi pparkjati quddiem garaxxijiet privati u użati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li nbidlet il-prattika kostanti li vetturi pparkjati quddiem garaxxijiet privati u użati li jkunu qed jimblukkaw l-aċċess liberu, la jingħataw ċitazzjonijiet u lanqas jiġu towed?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi ma nbidlet l-ebda prattika kemm mill-Pulizija kif ukoll minn Uffiċjali tal-LESA, dwar vetturi pparkjati quddiem garaxxijiet privati u użati, li jimblukkaw l-aċċess liberu. F’każijiet bħal dawn is-sidien tal-vetturi kienu, u għadhom qed jingħataw kontravenzjoni. Jista' jkun hemm istanzi fejn vetturi jiġu rmonkati jekk ma jinstabx is-sid.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7265, u filwaqt li naf li l-proċeduri huma kunfidenzjali, jekk saru rapporti mill-Permanent Secretary tal-Ministeru tiegħu, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 7265.