B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16786, jista' l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar il-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli ta’ Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet? Jista' jgħid ukoll meta se toħroġ l-espressjoni ta' interess jew tender għar-riġenerazzjoni ta' Selmun Palace Hotel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 25858.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru taħt id-Depositor Compensation Scheme mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien kull pagament u r-raġuni għal kull pagament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għad-domanda rigward il-ħlasijiet illi saru mil-Iskema ta’ Kumpens lid-Depożitant mis-sena 2018 sad-data ta’ din it-tweġiba, l-Iskema tista’ tħallas kumpens biss meta l-MFSA, bħala l-awtorità kompetenti fil-liġi, tagħmel determinazzjoni, jew awtorità ġudizzjarja tagħti deċiżjoni rigward depoziti mhux disponibbli a terminu tar-Regolament 8(2) tar-Regolamenti tal-Iskema lil-Kumpens lid-Depozitant (Leġislazzjoni Sussidjarja 371.09), u diment illi d-depozitant in kwistjoni huwa eliġibbli għal kumpens a terminu tar-Regolament 9 tal-istess Regolamenti.
Għaldaqstant l-Iskema ta’ Kumpens lid-Depozitant tikkonferma illi ma saru ebda ħlasijiet min-naħa tagħha mis-sena 2018 sad-data ta’ din it-tweġiba, stante illi ma kien hemm ebda determinazzjoni maħruġa mil-MFSA jew deċizjoni maħruga minn awtorita’ a terminu tar-Regolament 8(2) biex jiġu effettwati ħlasijiet ta’ kumpens f’dan ir-rigward matul dan il-perjodu.
Il-Mellieħa — Palazz u lukanda ta’ Selmun - Proċess ta’ trasferiment
Question
Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar jekk kienx hemm progress fil-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli tal-palazz u l-lukanda ta’ Selmun lura lill-Awtorità tal-Artijiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess għadu għaddej u mistenni li jintemm fil-ġimgħat li ġejjin.
Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta — Sit elettroniku sezzjoni "Appointments"
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn is-sit elettroniku tat-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta, sezzjoni "Appointments" ilha ma tkun aġġornata minn Novembru 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din is-sezzjoni ma kienetx qegħdha tiġi aġġornata minħabba raġunijiet tekniċi marbuta mal-fatt li kien hemm bidla fis-segretarjat tat-tribunal.
Ninsab infurmat illi din il-problema issa ġiet solvuta.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati kumpaniji f'Malta sal-aħħar tal-2024 u kemm minn dawn il-kumpaniji ma resqux dikjarazzjoni tat-taxxa għas-sena ta’ stima 2024 (sena bażi 2023)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena ta’ stima 2024, 54,747 kumpannija ntalbu li jibgħatu l-formola tat-taxxa. Minn dawn 28,458 għadhom ma bagħtux il-formola.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-ħlasijiet li saru taħt l-Investor Compensation Scheme mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm kien kull pagament u r-raġuni għal kull pagament?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għad-domanda rigward il-ħlasijiet illi saru mil-Iskema ta’ Kumpens lil-Investitur mis-sena 2018 sad-data ta’ din it-tweġiba, l-Iskema għadha sal-ġurnata tal-lum tiġbor talbiet, u teffettwa l-pagamenti meħtiega għall-kumpens lil-investituri eliġibbli, fir-rigward ta’ determinazzjoni maħruġa mil-MFSA f’Ottubru tas-sena 2017, dwar kumpanija ta’ investment ai termini tar-Regolament 13(1) tar-Regolamenti għal-Skema ta’ Kumpens lill-Investituri (Legislazzjoni Sussidjarja 370.09).
F’dan il-ka¿ it-talbiet għandhom jiġu sottomessi mil-investitur flimkien ma kopja tad-deċizjoni mogħtija mill-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji jew tas-sentenza mogħtija mil-Qorti kompetenti Maltija. L-Iskema tikkonferma illi mis-sena 2018 sal-ġurnata tal-lum effettwat il-ħlas totali ta’ €1,232,972.51.
Il-lista tall-ħlasijiet individwali qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 24481.
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill Onor. Interpellant biex jispeċifika x'qed ifisser b'uffiċċju addizzjonali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23016 u jgħid kemm saru settlements mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) ma' individwi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min kienu tali individwi? Jista’ jgħid ukoll min mill-MFSA ddeċieda li jagħmel tali settlements u x'kienu dawn is-settlements?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23353, u fid-dawl tal-fatt li jidher li m’hemmx qbil unanimu bejn l-Imħallfin fir-rigward tal-validità legali tal-poteri li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) għandha skont il-liġi ordinarja biex timponi penalitajiet amministrattivi qawwija, pereżempju s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali mogħtija fit-18 ta’ Novembru 2024 fl-ismijiet:
i. XNT Limited (C52182) vs Il-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja et;
ii. Phoenix Payments Limited vs Il-Korp għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja et
u iżjed reċentement is-sentenza tal-Prim Awla – sede kostituzzjonali fil-każ:
Trive Financial Services Malta Limited (C60473) vs Il-Korp Għall-Analiżi ta' Informazzjoni Finanzjarja et, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern issa għandux il-ħsieb li jirrevedi l-liġijiet pertinenti biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni u jkun hemm il-kjarezza legali fir-rigward tal-poteri tal-FIAU a termini tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem?
Jista’ jgħid ukoll jekk jaħsibx li jekk din is-sitwazzjoni tkompli, ser tibqa’ tirrenja inċertezza qawwija dwar ir-rwol u l-poteri tal-FIAU bi skapitu tar-regolamentazzjoni xierqa tas-swieq finanzjarji?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sentenza mill-Prim’Awla, Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali), dejjem tista’ tiġi appellata mill-partijiet fil-kaw¿a. Is-sentenza surriferita’ ingħatat fit-12 ta’ Frar 2025 mill-prim istanza tal-qrati kostituzzjonali tagħna, ċioe’ mill-Prim’Awla, Qorti Ċivili (Sede Kostituzzjonali), u għaldaqstant għadha entro it-terminu tal-appell għall-partijiet kollha hekk kif permess mill-liġi. Għalhekk, huwa prematur li wieħed jikkummenta fuq azzjonijiet rigwardanti din is-sentenza.
Stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni — Eco-contribution
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma miġbura bħala ‘eco-contribution’ minn stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni inkluż lukandi u guesthouses fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex għas-snin 2020-2022 jirreferi għat-tweġibiet mogħtija f’PQ 670 u PQ 7059.
Id-dħul għas-sena 2023 kien ta’ €4,712,318 filwaqt li għas-sena 2024 kien ta’ €5,128,438
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-‘eco-contribution’ miġbura fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 ġiet allokata sabiex:
a) isiru proġetti ambjentali;
b) jitnaddfu l-bajjiet;
ċ) isir manteniment tal-parks nazzjonali;
d) tiġi protetta d-diversità ambjentali;
e) titjib l-infrastruttura sabiex jittaffa l-impatt tat-turiżmu fuq l-ambjent;
f) jiġu promossi inizjattivi ta’ żvilupp sostenibbli b’mod partikolari fil-qasam tal-eco-turiżmu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-mekkaniżmi u s-sistemi adottati sabiex jiġi assigurat transparenza u kontabilità fid-distribuzzjoni ta’ fondi miġbura bħala ‘eco-contribution’ u sabiex jiġi assigurat illi tali fondi verament ġew investiti fil-proġetti li għalihom ġew allokati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji rċeviex xi ilmenti dwar custody fees jew charges irrespettivament tal-mod kif deskritti, imposti minn xi bank jew provditur ta’ servizzi finanzjarji? Jekk iva, jista’ f’kull każ jgħid x’kien l-eżitu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji ma rċieva ebda ilment speċifikament dwar ‘custody fees’, li jifhem li huma tariffi imħallsa lill-istituzzjonijiet finanzjarji fejn dawn izommu investimenti fil-kustodja tagħhom għan-nom tal-investituri.
Fir-rigward ta’ charges irrespettivament tal-mod kif deskritti, jekk il-mistoqsija tirrigwarda charges tal-istess natura bħal custody fees izda deskritti mod ieħor, allura r-risposta hija wkoll fin-negattiv.
Jekk il-mistoqsija hija dwar xi charges ta’ natura differenti allura nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika.
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24481.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18677 u 21837 u jgħid kemm ġiet tiswa' s-sistema tal-finanzi Corporate Financial Management Solution (CFMS) tal-Gvern?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt tas-sistema tal-finanzi, Corporate Financial Management Solution (CFMS), tal-Gvern (Phase I & II), ġie jiswa' Eur 10,758,729.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.