Legislature:
Category:
Reset
Active:

Familji bi dħul baxx — Internet b’xejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-apparat li ngħata lil familji bi dħul baxx waqt il-COVID 19 għal servizz ta’ internet bla ħlas ittieħed lura, bir-riżultat li dawn it-tfal spiċċaw bla internet fid-dar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan l-apparat li qed issir referenza għalih kien soluzzjoni temporanja li l-Gvern implimenta sabiex jassigura illi t-tfal ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom matul żmien li, minħabba ċ-ċirkostanzi bla preċedent tal-pandemija tal-Covid-19, kellha tittieħed id-deċiżjoni li l-iskejjel jingħalqu sabiex titħares is-saħħa tal-istudenti u tal-għalliema. Infurmat illi dan l-apparat ġie miġbur lura wara li ntemmet il-fażi kritika tal-pandemija u t-tagħlim irritorna b’mod fiżiku fl-iskejjel.

Eżami tal-'O' Level tar-Reliġjon

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24316 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li għamlu l-eżami tal-'O' Level tar-Reliġjon, matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ reġistrazzjonijiet għall-eżami msemmi matul dawn l-aħħar għaxar snin jinsab hawn taħt; SENAREĠISTRAZZJONIJIET 20163364 20172974 20182856 20193123 20202943 20212925 20222932 20232839 20242990 20252987

Eżami tal-'A' Level tar-Reliġjon

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24317 u jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li għamlu l-eżami tal-'A' Level tar-Reliġjon, matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ reġistrazzjonijiet għall-eżami msemmi matul dawn l-aħħar għaxar snin jinsab hawn taħt; SENA REĠISTRAZZJONIJIET 2016 124 2017 105 2018 74 2019 63 2020 58 2021 65 2022 50 2023 52 2024 56 2025 37

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu qattx qala’ ċitazzjoni (traffic fine) minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x’pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 23552.

Kulleġġ Maria Regina — Skolasajf - Studenti li attendew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti li s-sena li għaddiet attendew Skolasajf f’kull waħda mill-iskejjel tal-Kulleġġ Maria Regina? Jista’ jgħid ukoll kif jitqabbel dan in-numru mal-attendenza fil-ħames snin preċedenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena 2025 it-total ta’ studenti li mistennija jattendu Skolasajf fil-Kulleġġ Maria Reġina hu ta’ 2,171. Fir-rigward tas-snin preċedenti l-informazzjoni tinsab hawn taħt; 2024 – 2,111 2023 – 2,172 2022 – 1,960 2021 – 1,652 2020 – 1,128

Ċentru ta’ Riżorsi Edukattivi Dun Manwel Attard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin jiġu kkunsidrati xi triqat alternattivi ta’ edukazzjoni u/jew ta’ żvilupp alternattivi, apparti minn placing fiċ-Ċentru ta’ Riżorsi Edukattivi Dun Manwel Attard (Wardija)? Jekk iva, jista’ jgħid ukoll: i. x’inhuma dawn l-alternattivi; ii. liema kriterji qed jintużaw għall-aċċess għalihom; u iii. kif se jiġu appoġġjati emozzjonalment, loġistikament, u finanzjarjament il-familji matul dan il-perjodu ta’ inċertezza u tranżizzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li kull talba ġiet evalwata u bħalissa għaddej proċess ta’ ppjanar sabiex kull student ikollu rotta ċara fi programm adattat għall-bżonnijiet tiegħu.

Żgħażagħ b’diżabilità intellettwali wara l-età ta’ 15-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’hemm ippjanat biex diversi żgħażagħ b’diżabilità intellettwali ma jibqgħux isofru minħabba li s-sistema preżenti ma tipprovdix appoġġ, viżjoni u progressjoni strutturata wara l-età ta’ 15-il sena, tant li xi wħud minnhom ilhom id-dar għal snin sħaħ minħabba dan in-nuqqas?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru kommess sabiex dejjem jinstabu l-miżuri neċessarji sabiex kull student jingħata l-assistenza neċessarja.

Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel — Appoġġ individwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex m’għadux jingħata appoġġ individwali fiċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel, minkejja li dan l-appoġġ huwa rikjest fl-educational statements tal-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-iskejjel speċjalizzati ir-ratio hu ta’ erba’ LSEs ma’ massimu ta’ tmint -itfal. Magħhom ikun hemm ukoll għalliem u b’hekk fil-klassi jkun hemm ħames adulti ma’ massimu ta’ tmint -itfal.

Ix-Xgħajra — Kunsill Lokali - Ftehim dwar l-art tal-madwar tal-grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi ftehim mal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra dwar l-art fil-madwar tal-grawnd tal-futbol fix-Xgħajra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Skolasajf 2025 — Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux diġà l-applikazzjonijiet biex studenti jkunu jistgħu jattendu Skolasajf din is-sena? Jekk iva, kemm studenti applikaw biex jattendu l-Iskola ta’ San Pawl il-Baħar u kemm minn dawk li applikaw huma mill-Mellieħa? Jekk l-applikazzjonijiet għadhom ma nfetħux, jista’ jgħid meta hu mistenni li jinfetħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li s’issa fl-iskola ta’ San Pawl il-Baħar b’kollox daħlu 492 applikazzjoni għall-Skolasajf 2025, infurmat ukoll li 150 applikant minnhom huma mill-Mellieħa.

Ċentru ta’ Riżorsi Edukattivi Dun Manwel Attard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji qed jintużaw bħalissa mill-Bord biex jiddetermina l-aċċettazzjoni ta’ studenti fiċ-Ċentru ta’ Riżorsi Edukattivi Dun Manwel Attard (Wardija)? Jista’ jgħid ukoll jekk il-ġenituri ġewx infurmati b’dawn il-kriterji? Jekk le, għaliex ma ġewx infurmati jew ikkonsultati l-ġenituri dwar dawn il-kriterji jew dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, meta fl-istess ħin qed jiġi inkoraġġit kumitat ta’ ħidma għal Parents in Action for Inclusive Education?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li xogħol il-bord kien li jiġi evalwat il-potenzjal ta’ kull student. Xogħol il-bord kien li janalizza l-profil ta’ kull student sabiex is-servizzi offruti jkunu jallinejaw għall-applikanti.

Studenti b’diżabilità intellettwali li jkunu se jitilqu mill-iskola

Question

Jista’ l-Ministeru jipprovdi aġġornament bil-miktub biex ikun iċċarat il-proċess ta’ placing għal studenti b’diżabilità intellettwali li jkunu se jitilqu mill-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 29313.

Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fir-rigward taċ-Ċentru tar-Riżorsi Guardian Angel għalfejn ma ġewx imwieġba l-emails li ntbagħtu ripetutament, it-telefonati, u l-petizzjoni ffirmata minn aktar minn 1,000 membru tal-pubbliku fi tlett ijiem biss, li ntbagħtet fil-31 ta’ Mejju 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġi ffinalizzat il-pjan għas-sena skolastika li jmiss. Dan mistenni jiġi kkomunikat fil-ġimgħat li ġejjin.

Skejjel — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28020, 28735 u 29134 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27412 dwar kemm hemm skejjel li saret manutenzjoni fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet din il-manutenzjoni u f’liema skejjel saret f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-2024 u l-2025 saret manutenzjoni f’110 binja differenti. Il-manutenzjoni tvarja skont in-neċessita ta’ kull binja.

Ix-Xgħajra — L-art madwar il-grawnd tal-futbol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art li tinsab madwar il-grawnd tal-futbol fix-Xgħajra hix tal-Gvern jew ta’ xi entità oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Università — Qtugħ ta’ elettriku waqt l-eżamijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29196 u jgħid jekk kienx hemm eżamijiet fl-Università li kienu affettwati minħabba qtugħ ta’ elettriku u jekk iva, jelenka liema kienu? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Università għandhiex generators?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-Università infurmatni li l-ebda eżami ma ġie affettwat. Infurmat ukoll li l-Università tħaddem sistema ta’ generators.

MVPA — Teatru ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28965 u jgħid jekk hemmx ħsieb li fl-Iskola Maltija tal-Arti Viżwali u Performattiva (MVPA) jinbena teatru ġdid minflok dak li hemm illum, li bħalissa jinsab magħluq u fi stat strutturali ħażin? Jekk se jinbena teatru ġdid, jista’ l-Ministru jagħti timeframe għal dan? Jista’ jgħid ukoll x’ġara mix-xogħlijiet li kienu bdew fuq it-teatru qabel l-elezzjoni li għaddiet, iżda li waqfu ħesrem eżatt wara li għaddiet? Jista’ wkoll jispjega kif skola bħall-MVPA, fejn teatru huwa indispensabbli għat-tagħlim u t-taħriġ, tħalliet mingħajr teatru f’dawn l-aħħar tmien snin li ilha miftuħa l-iskola?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett qiegħed jiġi kkordinat bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-FTS u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.