Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Nefqa fuq reklamar
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 27139 u tgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se tkun kompletament lesta l-estensjoni tal-Ġnien taċ-Ċiniżi ġewwa Santa Luċija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq parti minn Ġnien is-Serenità miexi kif ippjanat u huwa mmirat li din il-parti tinfetaħ għat-tgawdija tal-pubbliku fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Integrated Pollution Prevention and Control Permit (IPPC) jew l-Environmental Permit (EP) li taħthom topera l-iscrapyard li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid jekk inħarġux multi mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fejn il-kontraventur kienet il-kumpanija li topera l-iscrapyard li saret referenza għaliha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-operat tal-iscrapyard li d-dettalji dwarha ngħataw separatament f’din il-mistoqsija parlamentari, huwa kopert b’Permess Ambjentali (EP025/22). Kopja ta’ dan il-permess u tal-varjazzjoni sussegwenti tista’ tinkiseb minn fuq is-sit tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA): https://era.org.mt/topic/scrapyards/
Mill-2016 sal-lum, l-ERA ħarġet erba’ multi amministrattivi kif ukoll tliet Ordnijiet ta’ Waqfien u Konformità (OWK) bil-penali li jiddikorru kuljum fuq il-kumpanija u/jew fuq id-Diretturi li joperaw din l-iscrapyard. Infurmata wkoll li dawn il-multi tħallsu.
Tista’ l-Ministru tgħid kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tobbliga lill-kunsilli lokali l-kwantitajiet, bil-piż u bil-materjal tal-iskart minn kull kunsill lokali, minn kuntratturi privati (trasportaturi tal-iskart u oħrajn, eċċ.) li huma ingaġġati min-negozji privati għal kull wieħed mis-sitt reġjuni, għas-snin 2023 u 2024, maqsuma għal kull xahar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-obbligi fuq il-Kunsilli Lokali huma elenkati f’SL 549.63.
Tindif ta’ toroq — Kuntratturi ingaġġati mill-kunsilli lokali - Ġbir ta’ skart
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-kwantitajiet bil-piż u bil-materjal tal-iskart, li jinġabar minn kuntratturi li jagħmlu t-tindif tat-toroq, ingaġġati mill-kunsilli lokali għas-snin 2023 u 2024 maqsuma għal kull xahar u għal kull kunsill lokali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Bulky refuse — Kuntratturi privati ingaġġati mill-kunsilli lokali - Ġbir ta’ skart
Question
Tista’ l-Ministru tagħti l-kwantitajiet bil-piż u bil-materjal tal-iskart li jinġabar minn kuntratturi privati fil-ġbir tal-bulky refuse, ingaġġati mill-kunsilli lokali, għas-snin 2023 u 2024, maqsuma għal kull xahar u għal kull kunsill lokali?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mhijiex titlob l-istess livell ta’ skrutinju u rapurtaġġ lill-operaturi kummerċjali kbar, bħal lukandi, supermarkets, blokok ta’ uffiċini, oqsma industrijali u oħrajn, bħalma tistenna mill-kunsilli lokali u reġjuni? Tista’ tgħid ukoll kif jistgħu jintlaħqu l-miri fis-settur tal-ġbir tal-iskart?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-livell ta’ skrutinju u rappurtaġġ fuq l-iskart joħroġ mir-Regolamenti dwar l-Iskart (L.S.549.63) li jispeċifika l-obbligi fuq il-Kunsilli Lokali u Kunsilli Reġjonali. Il-pjan ta’ kif jintlaħqu l-miri huma stipulati fil-Waste Managment Plan li hu aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi fuq dan il-link: Long Term Waste Management Plan 2021 – 2030 - ERA.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il kampanja edukattiva tħejjiet b’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, mill-organizzazzjonijiet tal-Iskemi ta' Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) għal kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex għas-snin 2023 u 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-snin 2023 u 2024, l-Organizzazzjonijiet ta' Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) nidew diversi kampanji edukattivi u informattivi, li tmienja minnhom saru b’kollaborazzjoni ma` Kunsilli Lokali.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Nefqa fuq reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet qed isiru mill-Ministeru tagħha fi Triq Palazz Palina fis-Sannat, Għawdex? Tista’ tgħid ukoll:
i. Kemm ilu li beda x-xogħol f'din it-triq?
ii. X'tip ta' xogħol sar f’din it-triq matul dawn l-aħħar ġimgħat?
iii. Meta hu maħsub li din it-triq titlesta minn kollox?
iv. Kemm ser jiġi jiswa x-xogħol kollu f'din it-triq?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata saru xogħlijiet estensivi kemm mill-Enemalta kif ukoll mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Minbarra li sar tqegħid ta’ cables ġodda nkluż f’toroq oħrajn fil-lokalità biex tissaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fiż-żona, Enemalta se tikkummissjona wkoll substation ġdida fit-triq imsemmija. L-investiment totali għal dan il-proġett huwa ta’ madwar €440,000.
Ix-xogħlijiet li saru min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-istess triq, b’investiment apparti ta’ €108,000, kienu jinkludu konnessjonijiet ġodda tal-mejnijiet tal-ilma. Huwa mmirat li t-triq tkun lesta bl-asfalt fil-ġimgħat li ġejjin.
WSC — Ħaddiema ‘seconded’ jew ‘on loan’ mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) li fil-preżent huma ‘seconded’ jew ‘on loan’ mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar? Tista’ tgħid ukoll kemm kienu ilhom jaħdmu mal-WSC dawn il-ħaddiema u x'kien ix-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-preżent hemm erba’ ħaddiema li huma ‘seconded’ u tnejn oħra ‘on loan’, li l-impjieg tagħhom mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma huwa fi skali differenti.
Tista’ l-Ministru tgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Tista’ tgħid ukoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Tista’ tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk inxtratx art privata minn Project Green minn meta din ġiet imwaqqfa u jekk iva, tista’ tgħid f’liema lokalitajiet u kemm ġiet tiswa kull biċċa art?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sa mit-twaqqif tagħha, Project Green la xtrat u lanqas daħlet fi ftehim biex tixtri art privata.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru u għadhom qed isiru fi Triq il-Belt Valletta, f’Ħal Għaxaq u kemm ser jiġu jiswew?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mit-tieni fażi ta’ rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, fejn fl-ewwel fażi tpoġġew aktar minn 82 kilometru ta’ cables ġodda, Enemalta qed tqiegħed 60 kilometru ieħor ta’ cables ġodda taħt l-art f’diversi lokalitajiet inkluż f’Ħal Għaxaq. Dawn ix-xogħlijiet huma kkordinati minn Infrastructre Malta.
Tista’ l-Ministru tindika b’mod separat in-numru ta’ siti ta’ fish farms li bħalissa jinsabu operattivi fiż-żona tat-Tramuntana u fiż-żona tan-Nofsinhar tal-pajjiż?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istudji dwar l-impatt ambjentali kollha li saru mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) sa minn meta twaqqfet, għall-operaturi kollha f’Kemmuna, inklużi dawk relatati ma’ kiosks tal-ikel u xorb, kiri ta’ deckchairs u umbrelel, kiri ta’ lockers, u attivitajiet sportivi tal-baħar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li minn meta twaqqfet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), kien hemm proġett wieħed f’Kemmuna li kkwalifika għal Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) skont ir-Regolamenti applikabbli. Il-proġett li ġie evalwat huwa PA/04777/20 għal-lukanda ta’ Kemmuna.
Id-dokumentazzjoni relatata mal-VIA hija aċċessibbli mis-sit tal-ERA
https://era.org.mt/era-project/ea-21-00001/
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument relatat mal-VIA li hu anke aċċessibbli mis-sit tal-ERA.
Tista’ l-Ministru tipprovdi l-kwantitajiet, bil-piż u bil-materjal (riċiklabbli u ħġieġ), ta’ skart tal-ippakkjar miġbur minn kull kunsill lokali, għal kull waħda minn dawn il-kategoriji:
i. Bring in Sites;
ii. Ġbir bieb bieb; u
iii. Intrapriżi privati (inklużi żoni industrijali, lukandi, supermarkets, bejgħ bl-imnut u żviluppi kummerċjali oħra) li jipparteċipaw fl-organizzazzjoni ta’ Skemi ta’ Responsabbiltà tal-Produttur (PROs) għal kull xahar għas-snin 2023 u 2024?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ġestjoni tal-Iskart — Responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-unika obbligu tal-kunsilli lokali huwiex li jipprovdu post/sit għal Bring in Sites u jekk le, x’inhuma l-obbligi l-oħra fuq il-kunsill lokali fir-rigward tar-Regolamenti dwar il-Ġestjoni tal-Iskart (Ippakkjar u Skart tal-Ippakkjar)?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.