Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12379 u 12491 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din l-informazzjoni tkopri l-uffiċini, l-Awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar.
Attachments:PQ12491 - Sponsorships (Jun 2017 - Jan 2020).xlsx
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar – laqgħat ma’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn, fil-kariga uffiċjali tiegħu, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex bħalissa? Jista' jgħid kemm qed titħallas kera għal dawn l-uffiċċji? Jista' jgħid meta ser jibda l-bini ta’ uffiċċji ġodda tal-Awtorità tal-Ippjanar u għaliex dan għadu ma bediex minkejja li l-ħaddiema ilhom li mxew għall-uffiċċji mikrija żmien twil?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex bħalissa jinsabu f’Level 1, Citybel, Triq Santa Marta, Ir-Rabat.
L-ammont ta’ kera li qed tħallas l-Awtorità huwa ta’ €3,000 fix-xahar. Għadu mhux stabbilit meta se jibda’ l-bini tal-uffiċċji l-ġodda tal-Awtorità tal-Ippjanar peress li t-
tender
għax-xogħlijiet qiegħed id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-
vetting
.
Building Regulations Office – korsijiet għall-assessuri tal-EPC
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Building Regulations Office beħsiebha torganizza kors għall-assessuri tal-Energy Performance Certificate (EPC) kemm għall-binjiet domestiċi kif ukoll ghal dawk kummerċjali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12379 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FARRUGIA, AARON)
It-tagħrif għadu qed jinġabar u se jingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12403, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni biex tivverifika li fil-fatt il-manipulazzjoni ta' wikipedia ma saritx minn uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12098, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul il-perjodu indikat, in-nefqa globali fuq safar, fuel u hospitality fl-Uffiċini u l-Awtoritajiet li llum jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar kienet kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — impjieg lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità li hija fid-dekasteru tiegħu tatx impjieg taħt kwalsiasi titlu (inkluż part-time, position of trust, temporanju eċċ) wara Jannar 2017 lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li reċentement ingħata Maħfra Presidenzjali?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minn Jannar 2017 ‘il quddiem, l-individwu kkonċernat ma ngħata l-ebda impjieg fil-Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — sponsorships
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Ministeru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta’ Wikipedia page
Question
Fid-dawl tal-fatt li l-IP Address li ntuża biex fit-3 u s-6 ta' Ottubru 2019 ġiet immanipulata l-Wikipedia page tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa Peter Omtzigt kien minn uffiċċju tal-Gvern, u li skont ir-regoli tad-Data Retention, tali informazzjoni tinżamm għal sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni? Jekk iva, minn liema uffiċċju saret din il-manipulazzjoni u x'passi ttieħdu? Jekk le, meta se ssir tali investigazzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkoncernat
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9416, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għall-permessi għall-junction għad-daħla tar-raħal ta’ Sannat, liema proġett hu f'idejn il-Kunsill Lokali Sannat, saritx mill-ġdid u jekk ġewx approvati? Jekk le, x' inhi r-raġuni li għadha ma saritx applikazzjoni mill-ġdid quddiem l-Awtorità tal-Ipjannar? Jista’ jgħid jekk it-tenders ħarġux u ġewx awarded? Jekk iva, x’inhi r-raġuni li ħarġu u l-permessi meħtieġa għall-junction fid-daħla tar-raħal ta' Sannat, għadhom ma ġewx approvati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li qiegħed f'taħdidiet ma' Transport Malta dwar modifiki fid-disinn tal-junction. Ninsab infurmat wkoll li t-tender li ħareġ il-Kunsill Lokali ġie awarded.