Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – Ħitan tas-sejjieħ — Skemi ta’ għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-iskemi ta' għajnuna li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ħarġet għall-konservazzjoni u/jew tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta' Lulju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jinħarġu skemi f'dan ir-rigward u meta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità m’għandha l-ebda skema li tirrigwarda l-konservazzjoni jew it-tiswija tal-ħitan tas-Sejjieħ.

Awtorità tal-Ippjanar — Lista tal-impjegati mislufa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24114 dwar impjegati li huma mislufa lill-Awtorità tal-Ippjanar, jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-titolu u l-grad tal-impjegati mislufa, minn fejn huma mislufin u x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż benefiċċji addizzjonali u s-salarju gross ta’ kull impjegat misluf?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Urban Improvement Fund u Development Planning Fund

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24112, jista' l-Ministru jelenka l-proġetti li ġew iffinanzjati mill-Urban Improvement Fund u mid-Development Planning Fund, fond fond, sena sena u lokalità lokalità, mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Novembru 2024? Jista’ jgħid ukoll x'kien l-ammont ta' finanzjament proġett proġett, fejn sar kull proġett u x'inhu l-istatus ta' kull proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 24112.

Urban Improvement Fund u Development Planning Fund

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24112, jista' l-Ministru jipprovdi l-lista ta' applikazzjonijiet u min kienu l-iżviluppaturi f'kull każ, li kkontribwixxew għall-Urban Improvement Fund u għad-Development Planning Fund, fond fond, żvilupp żvilupp, lokalità lokalità għal-lokalitajiet ta' Birkirkara, Gżira, San Ġiljan, is-Swieqi u San Pawl il-Baħar mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Novembru 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta' applikazzjonijiet li kkontribwixxew għall-Urban Improvement Fund u għad-Development Planning Fund għall-lokalitajiet ta' Birkirkara, Gżira, San Ġiljan, is-Swieqi u San Pawl il-Baħar mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Novembru 2024 huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – Enforcement Unit — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista' ta' lmenti li saru mal-Enforcement Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u li għadhom mhux solvuti, maqsuma lokalità b’lokalità u ilhom miftuħin: i. aktar minn ħames snin; ii. bejn sentejn u ħames snin; u iii. inqas minn sentejn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24095.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tkun ippublikata perjodikament fuq il-Gazzetta tal-Gvern. ( Informazzjoni Addizzjonalii: Ara Dokument PL4797 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 298 tal-14 ta’ Jannar 2025)

Ir-Rabat, Għawdex — Triq Ġorġ Tabone - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta’ xogħlijiet saru u qed isiru fi Triq Ġorġ Tabone fir-Rabat, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll: i. Għaliex infetħet triq ġdida minn din l-imsemmija triq li tgħaqqad ma’ Triq ta' Wara s-Sur? Għaliex inħasset il-ħtieġa li jsiru dawn ix-xogħlijiet? ii. X'tip ta’ xogħlijiet saru sa issa u x'fadal isir? iii. Kemm huma ppjanati li se jiġu jiswew dawn ix-xogħlijiet? iv. Meta ħa jitlesta x-xogħol kollu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jaħdem fuq network ta’ toroq ġodda biex jitnaqqas l-influs ta’ karozzi fiċ-ċentru tal-Belt Victoria. Din l-imsemmija triq skemata - liema kuntratt tal-akkwist sar fil-2011 - hija parti minn din in-network.

Ir-Rabat, Għawdex — Triq Sir Arturo Mercieca - Bini mill-ġdid tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid Triq Sir Arturo Mercieca fir-Rabat, Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 2025? Jekk le, jista’ jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' din it-triq? Jekk iva, min għamilhom dawn ir-rapporti u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk it-tender ġietx abbozzata?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru huwa konxju tat-tali triq u se nkunu qed naraw li ssir fix-xhur li ġejjin.

Għawdex — Bini ta’ toroq

Question

Fid-dawl li t-toroq kollha ġewwa Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-valur tal-kuntratti ta’ bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa għal kull sena fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024, kemm minnhom saru u kemm minnhom għadhom ma sarux? Jista’ jgħid ukoll għaliex għadhom ma sarux u meta hu maħsub li jsiru (xahar u sena)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Informa lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Rabat, Għawdex – Taċ-Ċawla – Proprjetà tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm-il proprjetà tal-Gvern inbiegħet jew inkriet fl-inħawi magħrufa bħala Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm kien il-prezz u b’liema mod intlaqgħu l-offerti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Skemi ta’ restawr Postijiet żgħar/monumenti storiċi/sqaqien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23246 u ċjoè: B’referenza għall-iskema ta’ restawr ta’ postijiet żgħar/monumenti storiċi/sqaqien f’Malta għal din is-sena, li ġiet ippubblikata f’Marzu 2024, jgħid: i. kemm-il darba ħarġet tali skema matul l-aħħar għaxar snin u jindika s-snin meta ħarġet? ii. kemm kien l-ammont ivvutat għal din l-iskema, maqsuma sena b’sena? iii. kemm attwalment intefqu flus fi proġetti f’din l-iskema, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-iskema ta’ din is-sena, minn min saru l-applikazzjonijiet, għal xiex saru, kemm minnhom ġew aċċettati u kemm minnhom ġew irrifjutati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar għaxar snin din l-skema ħarġet erba’ darbiet fis-snin 2017, 2018, 2020 u 2024. Għas-snin 2017 u 2018 kien hemm allokata s-somma ta’ Ewro 70,000, għas-sena 2020 kien hemm is-somma ta’ Ewro 80,000 u għall-iskema li ħarġet fl-2024 kien hemm allokata is-somma ta’ Ewro 500,000.

In-Nadur Għawdex — Triq Xandriku - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fix-xogħlijiet li nbdew f’dawn l-aħħar ġranet fi Triq Xandriku fin-Nadur? Jista’ jgħid ukoll jekk hux se jinbidlu s-servizzi kollha; jekk hux se jsir storm water culvert li jagħqad ma’ Triq l-Imġarr u service culvert għas-servizzi; u jekk hux ser isiru bankini ġodda? Jista’ jgħid jekk hux it-triq kollha se tkun inkluża, jiġifieri se jinbidlulha s-servizzi, tinbena mill-ġdid u tingħata t-tarmac, jew inkella hux biss parti minnha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-storm water culvert li hemm fit-triq ser jitranġa filwaqt li informat li ser jingħata wiċċ ġdid lit-triq kollha.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct Orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2023?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 23697.

Urban Improvement Fund u Development Planning Fund

Question

Jista' l-Ministru jelenka kemm daħlu flus fl-Urban Improvement Fund u fid-Development Planning Fund, fond b’fond, sena b’sena u lokalità b’lokalità, mill-1 ta' Jannar 2013 sal-aħħar ta' Novembru 2024, liema kienu l-proġetti li ġew iffinanzjati minn dawn il-fondi, x'kien l-ammont ta' finanzjament proġett proġett, fejn sar kull proġett u x'inhu l-istatus ta' kull proġett, u x'kien il-bilanċ ta' kull fond, lokalità b’lokalità fl-aħħar ta' Novembru 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar — Lista tal-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-impjegati tal-Awtorità tal-Ippjanar li huma fil-grad ta’ Area Team Manager sal-grad ta’ Executive Chairman, u x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż benefiċċji addizzjonali u s-salarju gross ta’ kull impjegat, li jaqa’ f’kull waħda mill-kategoriji bejn grad ta’ Area Manager sa grad ta' Executive Chairman?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar — Lista tal-impjegati mislufa

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' impjegati li huma mislufa lill-Awtorità tal-Ippjanar, x'inhu t-titolu tagħhom, minn fejn huma mislufin u u x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol inkluż benefiċċji addizzjonali u s-salarju gross ta’ kull impjegat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm ħames impjegati mislufa.

Awtorità tal-Ippjanar — Ħitan tas-sejjieħ - Skemi ta' għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bħalissa hemmx skemi ta' għajnuna mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-konservazzjoni u/jew tiswija ta' ħitan tas-sejjieħ u jekk le, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ser joħorġu skemi f'dan ir-rigward u meta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Iterpellant li l-Awtorità ma għandha l-ebda skema li tirrigwardja l-konservazzjoni jew it-tiswija tal-ħitan tas-sejjieħ.

Kunsilli Lokali Għawdxin — Talbiet għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min fi ħdan il-Ministeru tiegħu jiddeċiedi liema talbiet jiġu aċċettati jew le permezz tas-sistema L.C. works li jużaw il-Kunsilli Lokali Għawdxin fejn fihom jitolbu talbiet għal xogħlijiet? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm talbiet pendenti għandhom kunsill, kunsill u kemm ilhom pendenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Informa lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati miegħu preżentement fil-Ministeru bħala: (a) Head of Secretariat; (b) Deputy Head of Secretariat; (c) Private Secretary; (d) Assistant Private Secretary; (e) Head Customer Care Officer; (f) Customer Care Officer; (g) Customer Care Assistant; (h) Communications Secretary; (i) Events Co-ordinator; (j) Co-ordinating Officer; (k) Secretariat Officer; (l) Secretariat Pool; (m) Senior Secretariat Messenger; (n) Secretariat Messenger; (o) Chairwoman; (p) Personal Driver; (q) Security Officer; (r) Advisor; (s) Policy Consultant; (t) Policy Co-Ordinator; (u) Photographer; (v) Person/Position of Trust oħrajn? Jista’ jgħid ukoll x'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn l-impjegati, min huma dawn l-impjegati, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f'każ ta' Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x'inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta' kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? Minn dawn l-allowances u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati għal xiex hu intitolat u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli): (i) Disturbance Allowance; (ii) Secretariat Allowance; (iii) Bonus for Overtime Worked; (iv) Communications Allowance; (v) Fully-expensed mobile telephony; (vi) Free telephony; (vii) Pre-Paid top-ups for telephony service; (viii) Internet Service; (ix) Car Allowance; (x) Transport Allowance; (xi) Fuel Vouchers; (xii) Use of car-hired car; (xiii) Use of government-owned car; (xiv) Internet key; (xv) Tablets; (xvi) Laptops; (xvii) Peripherals; (xviii) Expertise allowance; (xix) Disturbance Allowance; (xx) Shift Allowance; (xxi) Xi tip ta' allowance u/jew perkaċċi oħra (speċifika)? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat tal-Ministeru għandu fis-seħħ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f'diversi istanzi, il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-manwal, li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.