Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex – Dar San Ġużepp — tender

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tender CT3382/2019 for the finishing, furnishing, equipping, operating, managing, maintaining and transferring back Dar San Ġużepp, Għawdex ġietx ‘awarded’ u jekk ġiet ‘awarded’ liema kuntrattur/konsjorzju rebaħ dan it-tender? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibdew dawn ix-xogħlijiet fuq din id-Dar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-tender qiegħda fi stadju ta’ appell.
Leg 13 PQ #23818 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

MULTI MODAL HUB F’GĦAWDEX – Xogħol Ta’ Skavar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23084 u jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar fuq il-proġett ta’ Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma, in-Nadur Għawdex? Kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x'tip ta' xogħlijiet għad fadal isiru fuq dan il-proġett u meta hu ppjanat li jitlesta kompletament dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 23815.
Leg 13 PQ #23819 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – INGAĠĠ TA’ ĦADDIEMA

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23085 u jgħid kemm-il persuna ddaħħlet taħdem taħt l-entitajiet u d-direttorati li jaqgħu taħtu, kemm impjegati direttament kif ukoll impjegati tramite kuntratturi jew direct orders li joffru servizz b'effett mil-1 ta' Jannar 2021 sal-lum? Jista' jagħti break down minn liema lokalitajiet huma dawn il-persuni li ġew ingaġġati? Jista' jgħid f'kull każ x'inhu l-grad jew job description ta' dawk il-persuni li ġew ingaġġati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 22516.
Leg 13 PQ #23820 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija Għawdex – proġett tal-SME Hub

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett propost fid-diversi baġits passati għal SME Hub ġewwa x-Xewkija Għawdex u jgħid x'sar matul is-sena 2021 fuq dan il-proġett u x'kienet in-nefqa? Jista’ jgħid f’liema xahar matul is-sena 2022 hu ppjanat li jibda x-xogħol infrastrutturali fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 23087.
Leg 13 PQ #23822 Sitting 549 2022-02-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – tenders/direct orders/quotations relatati ma’ xogħol ta’ air-conditioning

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender/direct order/quotation ħarġet mit-8 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Diċembru 2014 mill-Ministeru għal Għawdex għal xogħol ta' air-conditioning u manutenzjoni tagħhom, fejn twaħħlu, min tefa' t-tenders, jekk hux bi quotation jew ingħatat direct order u l-ammont? Jista' jindika min ħa t-tender, u jekk hux bi quotation jew b’direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lilu fil-Mistoqsija Parlamentari 23088.
Leg 13 PQ #23812 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

IX-XEWKIJA GĦAWDEX – HOUSING ESTATE TAL-ĦAMRIJA — XOGĦOL TA’ TISBIĦ

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22625 li ngħatat fl-10 ta' Novembru 2021 rigward it-tender 'Tender for the embellishment of tal-Ħamrija Housing Estate, Xewkija, Gozo' (CfT CA Unique ID: SPD3/2021/006), jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar hu ppjanat li jinbeda x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija tender?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol beda u miexi b’rittmu tajjeb.
Leg 13 PQ #23815 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

MULTI MODAL HUB F’GĦAWDEX

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 20871 fejn ġie mwieġeb 'li x-xogħlijiet mistennija jibdew għall-aħħar tas-sena', jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet inbdewx u jekk le x'inhuma r-raġunijiet li għadhom ma nbdewx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq is-sit qed jitkomplew.
Leg 13 PQ #23816 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex -impjegati li jagħmlu xogħol ta’ watchman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm impjegati jagħmlu xogħol ta' watchman fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-2012 sal-aħħar tal-2021? X'kien/x'inhu l-grad tagħhom? Liema huma s-siti li qed jindokraw? Jekk hemm relievers pool, kemm hemm nies fiha?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23817 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

TINDIF TA’ WIDIEN

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-widien li tnaddfu fix-xhur tas-sajf li għadda bi preparazzjoni għall-ilmijiet tax-xita ta' din ix-xitwa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tnaddfu partijiet mill-wied ta’ Marsalforn u l-parti ta’ fuq tal-Wied tax-Xlendi.
Leg 13 PQ #24569 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: THERESE COMODINI CACHIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Infiq fuq materjal ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #24652 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23403 u 21974 u ċjoè jista' jgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #24712 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Dewmien ta’ sigħat biex karozzi jaqsmu bejn Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex kien hemm dewmien ta' bosta sigħat sabiex jaqsmu l-karozzi bejn Malta u Għawdex fl-għaxija tad-9 ta' Frar 2022? F'liema ħin ħadem in-Nikolaos u kemm-il vjaġġ għamel fl-istess jum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-kumpanija kienet qed topera bi tlett vapuri; MV NIKOLAOS, MV TA PINU u MV GAUDOS. Il-bastiment MV MALITA - li kien qiegħed fil-baċir biex isirulu l-manutenzjonijiet rikjesti mill-awtoritajiet - kien ippjanat li jkompli jopera l-Ħamis filgħodu. Iżda minħabba ċirkostanzi varji li l-kumpanija ma kellha l-ebda kontroll fuqhom, l-MV Malita kien barra l-bacir ta’ Palumbo fis-18.15. Hekk kif sarulu s-sea trials, l-vapur salpa lejn iċ-Ċirkewwa fejn hemmhekk komplew isiru l-perparamenti biex ikun jista jibda jopera. Min-naħa l-oħra, nhar l-Erbgha 9 ta’ Frar, il-vapur MV NIKOLAOS għamel l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa fil-4.45 u l-aħħar vjaġġ mill-Mgarr fl-16.00. Ghamel vjaġġ addizjonali fl-22.10 miċ-Ċirkewwa u fil-22.50 mill-Mġarr.
Leg 13 PQ #24713 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Dar San Ġużepp – problemi ta’ titlu

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx problemi ta' titlu fuq Dar San Ġużepp li ġiet mikrija mill-Kurja ta' Għawdex lill-Gvern sabiex tiġi kkonvertita f'dar għall-anzjani u jekk dawn il-problemi humiex qed ixekklu l-iżvilupp tal-istess dar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’inhiex infurmat b’tali problemi.
Leg 13 PQ #24714 Sitting 548 2022-02-15 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Operations Ltd. — Kiri ta' uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 23948 u jikkonferma li s-sit mikri għandu problemi ta' stabilità li qed iżommu x-xogħol ta' finitura tiegħu? Kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet rimedjali u min hu responsabbli li jagħmilhom? Meta ser jibda jintuża dan is-sit bħala uffiċċju tal-kumpanija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #23796 Sitting 547 2022-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – nefqa fuq l-inawgurazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22838 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22666, jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' inawgurazzjoni uffiċjali li saret fi Triq Sant Antnin f'Għajnsielem tal-ewwel kisja asfalt ta' parti minn din it-triq nhar it-12 ta' Novembru 2020? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività? Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanata inawgurazzjoni oħra wara li din it-triq titlesta minn kollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex dan it-tagħrif jinġabar.
Leg 13 PQ #23811 Sitting 547 2022-02-14 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għarb Għawdex – Triq ta’ Sdieri

Question

Jista' l-Ministru jghid x'inhuma r-raġunijiet li Triq ta' Sdieri, limiti tal-Għarb Għawdex, li kienet ilha magħluqa għal diversi xhur u li f'dawn l-aħħar ġimgħat kienet reġgħet infetħet għal kull tip ta' vettura, f'dawn l-aħħar ġranet reġgħet ingħalqet? Jista’ jgħid għaliex ingħalqet u x'inhu jsir f'din l-imsemmija triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari b’numru 23783.
Leg 13 PQ #24382 Sitting 547 2022-02-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Organogramma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24083, jista' l-Ministru jgħid f'liema skala qed jaħdmu l-Persons of Trust?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex dan it-tagħrif jinġabar
Leg 13 PQ #24587 Sitting 547 2022-02-14 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħlasijiet lil ditta legali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ħlasijiet kollha li saru mill-Ministeru tiegħu lil ditta legali, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, wara l-1 ta’ Mejju, 2013 u sal-lum, bid-data rispettiva?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #24647 Sitting 547 2022-02-14 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — State aid

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23393 u 21278 u ċjoè jista' jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għall-liema perjodu qed jirreferi.
Leg 13 PQ #23787 Sitting 546 2022-02-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Promenade ta’ Marsalforn — Riġenerazzjoni tal-Menqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18380, 21032 u 22561 u jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar variations u direct orders fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn id-dettalji jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern.