Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4103 u 3540 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4103.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 4456 u cioe: b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4279 u r-risposta mogħtija, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn il-kriterji jfissru li kulmin għandu post residenzjali u jħallas ċens temporanju lill-joint office dan ifisser li resident ordinarju u l-famlija tiegħu ser tkun kostretta li tħallas għall-fidi ta' ċnus temporanji l-istess kunsiderazzjoni li jitħallas għall-post frank bil-pusses vakanti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4456.
Jista' l-Ministru jara li l-iskema li permezz tagħha bdiewa li qed jaħdmu raba' tal-Gvern, li iżda għadhom mhux rikonoxxuti mill-Gvern terġa' tinħareġ biex jiġi assenjat li dawk il-bdiewa li m'applikawx meta kien hemm din l-iskema xi snin ilu, fil-fatt ikollhom iċ-ċans li japplikaw?
Response (FENECH, TONIO)
Is-suġġeriment tal-Onorevoli Interpellant se jiġi mistħarreġ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir mill-gvern biex igħin l-industrija Maltija tesporta l-prodotti tagħha lejn il-Lvant Nofsani? X'ġie esportat matul din is-sena f'dan ir-reġjun u f'liema ammonti?
Applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' industriji ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' industrijia ġodda? Meta saret kull applikazzjoni u minn min? X'inhu l-prodott li se jinħadem? Kemm hu maħsub li kull fabbrika se tħaddem nies?
Malta Enterprise — azjedni jispeċjalizzaw fil-fotografija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’opportunitajiet ta’ assistenza tagħti l-Malta Enterprise għall-azjendi li jispeċjalizzaw fil-fotografija li jikkuntrattaw xogħol ta’ fotografija f’pajjizi oħrajn fl-Unjoni Ewropea biex ix-xogħol imbagħad jinħadem f’Malta? Jista jgħid jekk tali skemi jeżistux u f’każ li le jekk l-Malta Enterprise tikkunsidrax li tagħti inċentivi u/jew assistenza lil din il-kwalità ta’ industrija?
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea:
a) Kemm il-
tender
li ħareġ il-Gvern Malti ttieħed minn kumpanniji Ewropei (mhux Maltin)?
b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders?
ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4525 u 3996 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Bank Ċentrali ta' Malta — Direttiva European Central Bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Banek kummerċjali kollha, in linea mad-direttiva tal-European Central Bank, kif applikabbli għal Bank Ċentrali Malti, naqsux ir-rata tal-imgħaxijiet in toto u dan in linea ma' l-istess direttiva u b’mod partikolari għar-rigward tal-house loans?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bank Ċentrali Ewropew ma joħroġx direttivi dwar ir-rati ta’ l-imgħax. Skond l-Istatuti tas-Sistema Ewropeja ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew jista’ joħroġ regolamenti sabiex jimplimenta l-politika monetarja tal-Komunità.
Informazzjoni dwar ir-rati ta’ l-imgħax li jimponu l-banek kummerċjali Maltin tista’ tinkiseb mill-istqarrijiet għall-istampa maħruġa mill-istess banek kummerċjali.
Jista' l-Ministru jispjega l-pjanijiet tal-gvern għat-tneħħija tas-sussidju fuq il-gass matul it-tliet snin li ġejjin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif ġie spjegat waqt id-dibattitu fil-Parlament f’dawn l-aħħar ġranet fuq l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Att dwar il-Freeport, il-prezz tal-gas lill-konsumatur ser ikun jiddependi mill-prezz tas-suq, kif regolat mill-Awtorita’ Maltija għar-Rizorsi.
Il-Gvern, fl-istess ħin, ser ikun qed jagħti konsiderazzjoni kif meħtieġ għal każijiet soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm attwalment kawżi pendenti li saru mill-azzjonisti ta' dak li kien in-National Bank of Malta? Jista' jgħid kemm ilhom pendenti dawn il-kawżi u min huwa l-Imħallef li qed jismagħhom?
Jikkonferma li saru trattattivi bejn il-Gvern u n-nies konċernati? Jista' jgħid fiex waslu dawn it-trattattivi u kienx hemm xi proposti konkreti minn naħa tal-Gvern?
Jidhirlu li dawn il-pendenzi tan-
National Bank
issa ilhom wisq u allura għandu jitratta din il-kwistjoni b'ċerta urġenza?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi attwalment hemm tlett kawżi pendenti li saru mill-azzjonisti tan-National Bank of Malta li huma s-segwenti:
‘
Peter Cassar Torreggiani et noe vs Onor Dominic Mintoff et’
– Ċitazzjoni Numru 282/1977JRM intavolata fis-16 ta’ Settembru 1977 u li tinsab differita għat-3 ta’ Diċembru 2008 sabiex jintemm il-proċess tal-leġitimazzjoni ta’ l-atti da parti ta’ l-imsemmija azzjonisti.
‘
Vincent Curmi noe et vs Onor. Prim Ministru et’
– Rikors Kostituzzjonali Numru 389/1992JRM intavolat fit-30 ta’ Settembru 1992 u li tinsab differita għat-3 ta’ Diċembru 2008 sabiex jintemm il-proċess tal-leġitimazzjoni ta’ l-atti kif fuq deskritt.
‘
Dr Philip Attard Montalto et noe vs Onor. Prim Ministru et’
– Rikors Kostituzzjonali Numru 390/1992JRM intavolat fit-30 ta’ Settembru 1992 u li tinsab differita għat-3 ta’ Diċembru 2008 sabiex jintemm il-proċess tal-leġitimazzjoni ta’ l-atti kif ukoll fuq deskritt.
Dawn il-kawżi kollha qegħdin jinstemgħu mill-Onorevoli Imħallef Dr. Joseph R. Micallef.
Il-Gvern għandu kull interess illi dawn il-kawżi jigu deċiżi mingħajr dewmien u qatt ma ħela ż-żmien f' dawn il-proċeduri.
Finanzi, Ekonomija u Investiment — Karozzi jaħdmu bl-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru tiegħu inxtawx karozzi li jaħdmu bl-elettriku biex jinbidlu ma’ karozzi konvenzjonali? Jekk iva, kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew iffrankati minn meta bdew jintużaw vetturi bħal dawn fil-ministeru
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta hija fin-negativ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4251 dwar dħul gross mit-turiżmu, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dħul ma jinħadimx għal Għawdex separatament? X'hemm xi jżomm li jinħadem dan id-dħul?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni għaliex dan id-dħul gross mit-turiżmu ma jinħadimx għal Għawdex separatament hija li, it-TOURSTAT survey, li huwa l-uniku survey użat biex tinġabar informazzjoni dwar in-nefqa tat-turisti f’Malta, ma jippermettix li issir distinzjoni bejn infieq fil-gżira Maltija u infieq fil gżira Għawdxija. Dan minħabba fl-istruttura tiegħu.
Jista’ l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Taqsima Proprjetà — acquisition rent u titolu ta' dominju pubbliku
Question
Jista' l-Minsitru jgħid x'tifhem it-Taqsima Proprjetà tal-gvern bil-kliem:
a)
acquisition rent
u
b) titolu ta' dominju pubbliku?
Jista' jindika taħt liema liġi jiskattaw dawn iż-żewġ termini u x'inhi l-politika tat-Taqsima de quo dwar l-acquisision rents u t-titli ta' dominji pubbliċi?
Ftuħ ta' Negozji ġodda — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Ministru jirispondi mistoqsijiet parlamentari 3150, 2509 u 1908 u jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti biex jingħataw permess ħalli jiftħu negozji ġodda f'Malta u Għawdex? Kemm minn dawn in-negozji beħsiebhom iħaddmu aktar minn 20 persuna u kemm minnhom lesti li jħaddmu inqas minn ħamsa? Dawn in-negozji ġodda huma ta' proprjetarji Maltin jew barranin? Kemm jieħu fit-tul l-proċess sabiex xi ħadd li jrid jinvesti f'xi negozju jinħarġulu l-permessi meħtieġa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1908.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3157 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm jikkalkula l-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4021 u 3637 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li permezz tiegħu l-gvern ittrasferixxa biċċa art f'Bengħajsa għal perijodu ta' 65 sena għall-kiri tal-impjant tal-gass?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3637.