Legislature:
Category:
Reset
Active:

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Dar Malta — Nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Malta Industrial Parks

Question

Jista' l-Ministru jgħid ta' liema sena kienu l-aħħar audited accounts tal-Malta Industrial Parks Limited (MIPL) li kienu depożitati għand l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' jgħid jekk l-MIPL għandhiex dejn mal-banek, u jekk fl-affermattiv għal kemm jammonta? Għal kemm jammontaw l-commitments tal-MIPL lejn kumpanniji benefiċċjarji?

Response (FENECH, TONIO)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-rispota li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4402. L-MIP għandha self mill-banek lokali ta’ € 59.3m, kif ukoll € 1.8m ta’ Kredituri (sat 30/9/2008).

Malta Industrial Parks Ltd — Avviżi fil-Gazzetta tal-Gvern

Question

B'referenza għall-avviżi li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern maħruġa mill-Malta Industrial Parks Ltd, partikolarment avviżi numri MIP/TQF/GEN/D09/08 u MIP/TQF/GEN/DO7/08, jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu quotations separatament għal kull każ, minn min u kemm kien l-ammont għal kull wieħed? X'inhu x-xogħol li huwa maħsub li jsir skond kull każ u fejn ser isir? Meta se jibda u meta huwa maħsub li jintemm? Jista' jgħid jekk dawn iż-żewġ tenders ġewx aġġudikati jew le? Jekk fl-affermattiv, min kienu dawk li ngħataw dawn it-tenders?

Response (FENECH, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Voti kapitali

Question

Jista' l-Ministru jagħti sena b'sena mill-1987 sa l-2007 l-voti kapitali kif kienu l-estimi approvati oriġinarjament, l-estimi supplimentari u l-ispiża attwali, vot vot tal-kapital?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni fid-dettal tagħha tinsab fir-Rapport Finanzjarju ta’ kull sena kif ippublikat mit-Teżor.

Għawdex — Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika

Question

B'referenza għal dak li ntqal fil-pre-budget documents għas-snin 2007 u 2009, kif ukoll fil-Programm Elettorali tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għar-rigward ta' firxa aktar wiesgħa ta' statistika marbuta ma' Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x'sar s'issa u x'qed isir f'dan ir-rigward? Liema oqsma ġodda tal-attivita soċjo-ekonomika t'Għawdex se tkopri din il-firxa aktar wiesgħa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika diġa jiġbor u jippubblika statistika fuq bażi reġjonali f’livell ta’ NUTS III, kif rikjest mill-Eurostat. Dan jinkludi statistika ta’ natura demografika, statistika dwar il-qasam tax-xogħol, statistika dwar l-edukazzjoni u indikaturi oħra ta’ natura soċjali. Indikaturi ekonomiċi jinkludu tagħrif dwar il-Prodott Domestiku Gross. Qasam relattivament ġdid huwa pilot survey li sar dwar in-nefqa tal-Maltin li jqattgħu btala Għawdex, kif ukoll statistika dwar it-turiżmu f’Għawdex. L-Uffiċċju qed jistudja l-possibbilta li jestendi l-ġbir u l-publikazzjoni ta’ aktar tagħrif soċjo-ekonomiku dwar Għawdex.

Residenti f'Għawdex — Valur tal-investimenti barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-investimenti (portfolio investment assets) barra minn Malta ta’ residenti f’Għawdex fl-aħħar ta’ kull sena mill-2001 ‘l hawn? X’kienet id-distribuzzjoni ġeografika tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ma tinżammx statistika separata dwar il-valur li residenti f’Għawdex għandhom f'investimenti (portfolio investment) barra minn Malta.

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Valur miżjud gross

Question

B’referenza għall-Valur Miżjud Gross għas-snin 2004-2007 kif ippubblikat fl-NSO News Release Nru 231/2008, jista’ l-Ministru jagħti dan il-valur maqsum skont il-komponenti tiegħu e.g. dħul mill-impjiegi u qliegħ minn negozju u skont l-industrija (A6) (Tabella Nru 1 tan-News Release)? Jista’ jagħti kemm kien in-numru ta’ impjegati u ta’ self-employed skont l-industrija (Tabella 3 tan-News Release)? Jista’ jagħti dan it-tagħrif (i) dwar valur u (ii) dwar numru ta’ impjiegi (employment), maqsum għal Malta u għal Għawdex separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Joint office — talba għal xiri ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm talbiet pendenti għand il-joint office biex persuni li joqogħdu fil-proprjetà amministrata mill-joint office jixtru dik il-proprjetà? F'liema lokalitajiet, f'numri separati, jinsabu dawn il-proprjetajiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sal-31 ta’ Ottubru 2008 l-Uffiċċju Konġunt irċieva 5420 applikazzjoni għal fidi ta’ċens jew xiri ta’ proprjetajiet residenzjali taħt l-iskema preżenti. Minn dan l-ammont baqa’ 2887 applikanti li, għalkemm il-maġġoranza tagħhom irċevew is-somma li biha jistgħu jixtru jew jifdu ċ-ċens impost fuqu, għad irid jiġi ippublikat il-kuntratt relatat.

Differenza fin-nefqa fuq pagi u salarji

Question

B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 3789, 3790 u 3791 dwar estimi riveduti għan-nefqa rikorrenti fuq pagi u salarji għas-sena finanzjarja 2008 li minnhom jirriżulta żieda fin-nefqa fuq pagi u salarji ta' € 22.9 miljun bejn dak li ġie stmat u dak li ser ikun intnefaq, u b'referenza għall-paġna 22 tal-estimi finanzjarji għas-sena 2009 fejn għall-personal emoluments minn kolonna (3) għal (2) jidher li ż-żieda fin-nefqa għall-emoluments ser tkun ta' €29 miljun, jista' l-Ministru juri kif dawn iż-żewġ ċifri jistgħu jiġu rikonċiljati?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ €29 miljun jinkludi wkoll żieda fil-pagi u salarji taħt dawn il-Voti: Vot 29, Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, €4.5 miljuni; Vot 35, Konsumatur u Kompetizzjoni, €0.4 miljuni; Vot 41, Ministeru ghall-Investiment, Industrija u I.T., €0.6 miljuni; Vot 42, Ministeru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent, €0.2 miljuni; u Vot 45, Sigurtà Soċjali, €0.2 miljuni.

Talbiet għal-użu ta' Fabbriki

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3540 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm talbiet minn ditti barranin u/jew Maltin għall-użu ta' fabbriki mibnija mill-Gvern? Meta saret kull talba u minn min? Jista' jgħid kemm u lil min ġew allokati fabbriki mill-2005 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ġew allokati proprjetajiet skond hawn taħt: 2005: 11-il fabbrika 2006: 20 fabbrika 2007: 24 fabbrika 2008: 23 fabbrika Il-Malta Enterprise approvat dawn il- proġetti li talbu assistenza għall- fabbriki. L-isem ta’ dawn il-kumpaniji ma jistax jigi żvelat. 2005 Numru ta’ Proġetti Barranin (Ġodda u ta’ Espansjoni) li ġew approvati assistenza f’fabbriki 12 Numru ta’ Proġetti lokali (Ġodda u ta’ Espansjoni) li ġew approvati assistenza f’ fabbriki 16 2006 Numru ta’ Proġetti Barranin (Ġodda u ta’ espansjoni li ġew approvati assistenza f’ fabbriki 24 Numru ta’ Proġetti lokali (Ġodda u ta’ Espansjoni) li ġew approvati assistenza f’fabbriki 23 2007 Numru ta’ Proġetti Barranin (Ġodda u ta’ espansjoni li ġew approvati assistenza f’ fabbriki 19 Numru ta’ Proġetti lokali (Ġodda u ta’ Espansjoni) li ġew approvati assistenza f’ fabbriki 10 Noti: In-numru ta’ proġetti jirreferu għall-proġetti kollha li ġew approvati fabbrika fis-sena partikulari u ma jieħdux l-‘status’ tal-proġett f’konsiderazzjoni. Hemm perjodu ta’ żmien minn meta proġett jiġi approvat art/fabbrika sa meta dan fil-fatt jiġi allokat din l-assistenza jekk il-proġett jimmaterjalizza. Il-proġetti li ġew approvati spazju fil-KBIC m’humiex inklużi fil-lista. Il-proġetti li ġew approvati art u jaqgħhu taħt is-Small Enterprise Directorate (SED) ġew esklużi. ______________________________ Dawn ma jinkludux 2 proġetti ta’ oriġini barranija u 4 proġetti Maltin li ġew approvati spazju fil- Kordin Business Incubation Centre ( KBIC). Ma jinkludux 11 il-proġett ta’ oriġini lokali li ġew allokati art f’ Ta’ Qali u Ħal-Luqa. Dawn il- proġetti ma jinkludux 2 proġetti ta’ oriġini barranija u 4 proġetti Maltin li ġew approvati spazju fil- KBIC. Hemm ukoll 8 proġetti ta’ oriġini lokali li ġew allokati art li kienu jaqgħu taħt is-‘Small Enterprise Directorate (SED) li ma ġewx inklużi ma’ dawn il-proġetti. Dawn il- proġetti ma jinkludux 3 proġetti ta’ oriġini barranija u 2 proġetti lokali li ġew approvati spazju ġewwa il-KBIC. Kien hemm proġett ieħor li ġie approvat art u 34 oħra kienu allokati art u kienu jaqgħu taħt is- Small Enterprise Directorate (SED). Il- proġetti rrapurtati f’din ir-risposta jirriflettu dawk li ġew approvati assistenza f’fabbriki iżda ma jirriflettux jekk fil-fatt dawn il- proġetti mmaterjalizzaw jew jekk bdewx.

Kontribuzzjonijiet finanzjajri mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kaxxi tal-logħob — Qligħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qligħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qligħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ara tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1932

Kaxxi tal-logħob — Qliegħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilità milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jista jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Rabat — Wied Rini - Proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi jien infurmat li l-proprjeta’ in kwistjoni hija tal-Gvern.

Vetturi bil mutur liċenzjati għall-ewwel darba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi bil-mutur liċenzjati għall-ewwel darba f’Malta u Għawdex separatament kull sena mill-1988 sal-2007 u din is-sena sal-aħħar ta’ Ottubru? Kemm minn dawn kienu vetturi ġodda u kemm kienu vetturi użati? Jista' jikklassifikahom taħt vetturi privati, motor-cycles, vetturi kummerċjali, karozzi self-drive, coaches u karozzi tal-linja, taxis, eċċ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kriterji għall-fidi ta ċnus

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4279 u r-rispota mogħtija, jista' l-Ministru jikkonferma li dawn il-kriterji jfissru li kulmin għandu post residenzjali u jħallas ċens temporanju lill-joint office dan ifisser li resident ordinarju u l-famlija tiegħu ser tkun kostretta li tħallas għall-fidi ta' ċnus temporanji l-istess kunsiderazzjoni li jitħallas għall-post frank bil-pusses vakanti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kriterji l-ġodda biex wieħed ikun jista’ jifdi ċ-ċnus, cioe’ jixtri d-diretti dominji temporanji gravanti residenzi ordinarji taħt Skema “ad hoc”, għadhom ma ġewx stabbiliti.