Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġabar taxxa tal-VAT s’issa matul din is-sena? Jista’ jgħid kemm minn dak li ġabar tħallsu mill-industriji u kemm mill-edukazzjoni?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 4402, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ġiex iffirmat dan il-ftehim bejn il-Ministeru u l-Malta Industrial Parks? Għalfejn dan il-ftehim qed iżomm milli l-accounts jiġu awditjati meta l-MIP xorta qed tagħmel użu minn fondi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi dan il-ftehim kien ser jiġi ffirmat fi Frar 2008, iżda peress li tħabbret l-elezzjoni, għal raġunijiet ovvji, l-iffirmar ġie pospost. Naturalment, il-bdil fil-Kabinett ta’ lok għan-neċessità illi jergħu jinfetħu taħdidiet dwar dettalji ta’ dan il-ftehim. Dan il-ftehim wasal biex jiġi finalizzat.
Il-preżentazzjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji fl-accounts tal-kumpanija jiddependu minn dan il-ftehim. Għaldaqstant, l-accounts ma jistgħux jiġu finalizzati. Dan ukoll għaliex il-fehim hu retroattiv.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex pajjiżna jaqleb għall-accrual accounting? Jekk intemm, meta intemm? U jekk le, meta mistenni jsir dan?
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux ħsieb li jieħu il-ground tal-football ta’ Xgħajra Tornado Football Club? X’mistenni jiġi żviluppat minfloku?
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 297 li saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li l-Fondazzjoni Arka u entitajiet oħra għal skopijiet benefiċi għandhom ħafna spejjeż inkluż dawk tad-dawl u ilma u surcharge, hemm xi ħsieb li din il-fondazzjoni u entitajiet simili oħrajn jiġu eżentati mill-ħlas tas-surcharge jew jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra in konnessjoni ma' dawn l-utilitajiet biex itaffu ftit mill-ispejjeż tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rigward il-benefiċċju f'forma ta' voucher ta' massimu ta' €75, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità se tiddeċiedi min se jkun intitolat għal dan jekk hux il-Korporazzjoni Enemalta jew id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Beneficcju tal-Energija se jkun amministrat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali, kif dejjem għamel s’issa.
Jista' l-Ministru jgħid il-familji li jospitaw l-istudenti kemm se jibbenefikaw mill-miżura li tħabbret fil-budget?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skond stima li saret, huwa previst li b’riżultat tal-miżura mħabbra fil-budget, familji li jospitaw l-istudenti ser jiffrankaw madwar €45,000 taxxa għas-sena bażi 2009.
Permessi għall-attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm fl-2008 id-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ permessi għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali li jkopru l-perijodu ta' bejn Mejju u Ottubru 2008? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet inħarġu dawn il-permessi u x'kien il-ġeneru tal-attività permessa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Artijiet ħareġ 134 permess għal attivitajiet rikreattivi jew kummerċjali matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Mejju 2008 u l-31 ta’ Ottubru 2008. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista tal-permessi maħruġa mid-Dipartiment tal-Artijiet, fil-lokalitajiet indikati matul dan il-perjodu.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li permessi għal użu ta’ art pubblika għal ftit jiem, minn barra il-bajjiet, jingħataw mill-Kunsilli Lokali, u għaldaqstant din il-lista ma tinkludix dawn it-tip ta’ permessi.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1918 jista' l-Ministru jagħti breakdown tat-total ta' 239 imsemmi f'kategorija I dwar negozji ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra:
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 1918 jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3969 u jagħti breakdown tat-total ta' 239 imsemmi f'kategorija I dwar negozji ġodda?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3969.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3918, 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju tal-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — recognition rent
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kirjiet ta’ proprjetà li qegħda għand il-Gvern b’titolu ta’ possession and use jew public tenure huwa ta’ 2615 li huma mqassam lokal b’lokal, kif ġej:
Balzan 2
Birgu 371
Birkirkara 23
Bormla 742
Ghaxaq 3
Gudja 1
Isla 256
Luqa/Kirkop 40
Marsa 96
Mosta 3
Msida 2
Naxxar 2
Paola/Fgura 30
Pieta’ 3
Safi 2
Sta Venera 2
Sliema 36
Siggiewi 5
Valletta/Floriana 968
Zabbar 21
Zebbug 3
Zejtun 2
Zurrieq 2
Hemm ukoll xi proprjetajiet oħra fejn għada mhux qegħda titħallas kera.
Ġie ikkalkolat li l-kera medja hija ta’ madwar tletin euro [€30] fis-sena.
Id-Dipartiment tal-Artijiet beda l-process fejn ir-recognition rent u l-acquisition rent jiġu ikkapitalizzati skond it-termini ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88) jiġifieri bir-rata ta’ 1.4% u 1% rispettivament.
Jista' l-Minsitru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament u li għandhom pensjoni minima, qegħdin jiġu intaxxati mill-Income Tax?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-persuna indikata jirċievi pensjoni tas-servizzi soċjali kif ukoll pensjoni minn barra. Peress li l-konjugi tiegħu tirċievi ukoll pensjoni minn barra it-taxxa tagħhom tiġi ikkalkulata separatament. Għalhekk fil-każ tiegħu huwa taxxabli minħabba li għandu dħul minn żewġ pensjonijiet.
Taqsima Proprjetà — acquisition rent u titolu ta' dominju pubbliku
Question
Jista' l-Minsitru jgħid x'tifhem it-Taqsima Proprjetà tal-gvern bil-kliem:
a)
acquisition rent
u
b) titolu ta' dominju pubbliku?
Jista' jindika taħt liema liġi jiskattaw dawn iż-żewġ termini u x'inhi l-politika tat-Taqsima de quo dwar l-acquisision rents u t-titli ta' dominji pubbliċi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li :
a) L-
acquisition rent
jew kera ta’ akkwist, hija kera li titħallas lis-sidien ta’ proprjeta’ li ġiet esproprijata mill-Gvern għal Pussess u Użu.
b) Meta l-proprjeta’ esproprijata ikun se jkollha użu permanenti, il-Gvern jista’ jesproprija taħt titolu ta’ Dominju Pubbliku. F’dan il-każ, titħallas kera’ ta’ għarfien (
recognition rent
).
Dawn iż-żewġ termini jaqgħu taħt l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88). Id-Dipartiment iħallas kera ta’ akkwist fejn il-proprjeta’ ġiet esproprijata taħt titolu ta’ Pussess u Użu u kera ta’ għarfien fejn il-proprjeta’ giet esproprijata taħt titolu ta’ Dominju Pubbliku. Hija l-intenzjoni tal-Gvern li jakkwista b’xiri l-proprjeta’ li qiegħda għandu b’dawn it-titoli billi jikkapitalizza l-kera skond il-provedimenti ta’ l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet.
Esproprjazzjoni ta' proprjetà privata — Recognition rent
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4474 u ċioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3416, jista' l-Ministru jgħid fil-fatt kemm jirriżulta li hemm sidien ta' proprjetà privata li ġiet esproprjata b'possession and use u kemm hi r-recognition rent bħala medja fid-diversi bliet u rħula fejn seħħet din il-forma ta' esproprjazzjoni? Jista' l-gvern jikkonsidra li jirrevedi dawn ir-recognition rents peress li dan ilu ma jseħħ għal għexieren ta' snin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4474.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?