Spiża rikorrenti fil-baġit — programmes and initiatives
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalxiex jirreferu l-items ta' spiza rikorrenti fil-baġit taħt programmes and initiatives bid-diċitura expenditure reporting schemes?
Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu Segretarju Parlamentari u Ministru kemm ingħata xogħol lil ditti ta’ awdituri privati mill-Ministeru tiegħu u mill-ażjendi li huwa direttament responsabbli għalihom? Liema kienu dawn l-awdituri u accountancy firms u kemm tħallset kull waħda minnhom b’kollox?
Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Borg Brothers
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikant dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, mis-sena 2000 sal-ġurnata tal-lum (xahar b'xahar), inkluż dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment,korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3157 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa qed tiġi riferuta lilu u jgħid kemm jikkalkula l-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skond l-istimi ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika n-numru ta’ anzjani ‘l fuq minn sittin sena fis-snin 2025 u 2050 maħsub li jkun kif jidher f’din it-tabella:
Eta’
Sena
Sena
2025
2050
60+
113,583
133,302
Popolazzjoni attiva (
Working Population
) maħsuba li se tkun għall-istess snin hija kif tidher f’din it-
tabella:
Eta’
Sena
Sena
2025
2050
16 – 64
273,235
249,161
Il-
projections
isiru fuq il-popolazzjoni totali. Għaldaqstant il-
projections
għat-twelid ta’ trabi għas-snin 2025 u l-2050 ma tinħadimx.
Ministeru tal-finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Nefqa globali fuq hospitality
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għall-hospitality tal-Ministeru, dipartimenti u dekasteri li jaqgħu taħtu matul l-2008 rispettivament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4809 u 4509 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?
Impjegati tal-Air Malta — Rifjut għal xogħol fl-Ivory Coast
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4804 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-Air Malta tilfet aktar minn €6 miljun meta numru ta’ piloti u cabin crew ma ridux imorru jaħdmu għal ftit ġimgħat fl-Ivory Coast? X’raġuni ngħatat għal dan ir-rifjut?
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xiri ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4054 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-proprjetà f'Wied Rini limiti tar-Rabat li kienet tintuża minn xi sezzjoni tal-wireless hijiex proprjetà tal-gvern jew ta' xi entità privata?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4403.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex ta’ ħwejjeġ (
goods
) sena, sena mill-2003 sal-lum maqsuma skond l-
areas
ġeografiċi ewlenin u skond il-prodotti esportati?
B’referenza għal paġna 161 tal-Economic Survey 2008, u t-tabella dwar importazzjoni f’din il-paġna, jista' l-Ministru jindika dwar il-kategorija ta’ importazzjoni ta’ fuel, kemm minn din l-importazzjoni, sena b’sena, ġiet mill-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea u kemm ġiet minn barra l-Unjoni Ewropea għas-snin 2000-2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba kif murija fit-tabella f’pagna 161 tal-Economic Survey 2008 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Enterprise u Malta Industrial Parks — intervista maċ-chairman
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'bidliet se jsiru fiż-żmien li ġej fil-Malta Enterprise u fil-Malta Industrial Parks u dan anke fid-dawl ta' intervista li saret maċ-chairman taż-żewġ entitajiet fuq is-sit elettroniku www.di-ve.com dwar bidliet fl-istituzzjonijiet li huwa qed imexxi f'isem il-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet tal-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks s’issa approvaw il-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv konġunt għaż-żewġ organizzazzjonijiet. Huwa naturali, li kull organizzazzjoni tiżviluppa matul iż-żmien sabiex taqdi aktar il-ħtiġijiet tas-suq li fih tkun qed taħdem u li għalih trid tirrispondi. Bħalissa qed jitħejjew il-pjanijiet sabiex il-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Park jiġu orjentati mill-ġdid sabiex jirrispondu aħjar għar-rejaltajiet ekonomiċi tal-pajjiż u sabiex fl-aħħar mill-aħħar jaqdu l-missjoni tagħhom aħjar. Ninsab infurmat li ċ-Chairman taż-żewg entitajiet huwa dispost li jiddiskuti dawn it-tibdiliet ma’ l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4933 u jara li l-gvern jikkummissjona esperti biex iħejji mappa definittiva tal-Gżejjer Maltin u Għawdxin li tiddefinixxi art pubblika u art privata?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea?
Korporazzjoni Enemalta — Bini ta' sub-station fil-Fawwara
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-promotur wara l-ħruġ ta' expropriation order fuq art magħrufa bħala ta' Żini, limiti tal-Fawwara, Siġġiewi biex tinbena sub-station mill-Korporazzjoni Enemalta biex taqdi l-ħteġijiet ta' kumpannija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Jista' jgħid għaliex din is-sub-station ma nbnietx fuq l-art tal-persuna li huwa stess talab li tinbena fuq ħwejġu biex huwa wkoll ikollu dritt għas-servizz tal-elettriku 3 phase?
Jaħseb il-Ministru li dan huwa każ ta' abbuż u li għandha ssir inkjesta biex wieħed jistabbilixxi l-fatti eżatt wara din l-esproprjazzjoni u aktar meta issa l-istess Korporazzjoni Enemalta fuq ordnijiet ta' xi ħadd qed jinsistu li tinbena proprju wara l-gate tal-persuna vittma ta' din l-esproprjazzjoni, qisu b'vendikazzjoni, kif murija fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, inkluż ritratt li juri arblu tad-dawl imressaq iżjed lejn letter box tal-fond milqut ta' dan l-allegat abbuż imsemmi?
Jaħseb il-Ministru li għandu jwaqqaf il-proġett ta' din is-sub-station fil-Fawwara, Siġġiewi u tinbena fil-fond tal-persuna li hu stess qed jitlob li ssir fi ħwejġu?
Billi hu magħruf li numru sew ta' ħaddiema kienu applikaw biex iħallsu għall-qbiela/ċnus tar-raba' li fil-fatt kienu qed jaħdmu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' dawn il-bdiewa li għadhom qed jistennew biex jibdew iħallsu?
F'liema lokalitajiet tinsab l-art agrikola li s'issa għadha qed tiġi kkunsidrata biex fiha jiġu rikonoxxuti l-bdiewa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli li b’kollox kien hemm 9773 applikazzjoni taħt skema tissejjaħ ‘Skema għal-Art Agrikola tal-Gvern’. In-numru ta’ bdiewa li għadhom qegħdin jistennew biex jibdew iħallsu taħt l-Iskema għal Art Agrikola tal-Gvern huwa ta’ 7056. Minn dan it-total, 671 waslu fil-fażi li jiffirmaw il-kuntratt tal-kirja.
L-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet biex jiġu rikonoxxuti dawn il-bdiewa hija mifruxa madwar il-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġabar taxxa tal-VAT s’issa matul din is-sena? Jista’ jgħid kemm minn dak li ġabar tħallsu mill-industriji u kemm mill-edukazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-aħħar ta’ Novembru 2008, id-Diaprtiment tal-VAT ġabar €448,254,925.15 bħala taxxa tal-VAT.
Id-Dipartiment tal-VAT għandu biss l-informazzjoni miġbura mid-denunzji tat-taxxa. Peress li fid-denunzja jidher ammont globali u mhux ammonti speċifiċi għas-setturi partikolari, l-informazzjoni mitluba ma tinġabarx u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — Valur miżjud gross
Question
B’referenza għall-Valur Miżjud Gross għas-snin 2004-2007 kif ippubblikat fl-NSO News Release Nru 231/2008, jista’ l-Ministru jagħti dan il-valur maqsum skont il-komponenti tiegħu e.g. dħul mill-impjiegi u qliegħ minn negozju u skont l-industrija (A6) (Tabella Nru 1 tan-News Release)? Jista’ jagħti kemm kien in-numru ta’ impjegati u ta’ self-employed skont l-industrija (Tabella 3 tan-News Release)? Jista’ jagħti dan it-tagħrif (i) dwar valur u (ii) dwar numru ta’ impjiegi (employment), maqsum għal Malta u għal Għawdex separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Valur Miżjud Gross (VMG) għal Għawdex jinħadem biss mill-Production Approach. Id-dħul mill-impjiegi u l-qliegħ minn negozji huma ż-żewġ komponenti ta’ l-Income Approach. Għaldaqstant il-VMG ma jistax jinqasam b’komponenti mill-Income Approach għax din l-Approach ma tinħadimx għal statistika reġjonali skond il-livell ta’ NUTS III.
In-numru ta’ impjegati u ta’ self-employed skond l-industrija huwa maqsum kif jidher fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.