Legislature:
Category:
Reset
Active:

Importazzjoni ta' karozzi second hand

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4987 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ġew importati karozzi second hand matul is-sena 2008, maqsuma xahar, xahar kif ukoll skond il-marka, it-tip u ċ-ċilindraġġ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Far — Industrial Estate - Child car centre

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5272 u jgħid x'sejjer isir miċ-child care centre li kien qiegħed jinbena fl-Industrial Estate ta' Ħal Far? Dan il-proġett se jitħallas mill-fondi tal-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5295 u 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dragonara Casino — Tender

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-Gvern beħsiebu joħroġ it-tender għat-tmexxija tad-Dragonara Casino, partikolarment wara li din it-tender suppost li ħarġet f'Ottubru tas-sena l-oħra? Għalfejn qed ikun hemm dan id-dewmien fil-ħruġ tat-tender?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Flus mgħoddija lill-Università

Question

Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm għadda flus lill-Università minn dawk ivvutati għas-sena 2008? Kemm jonqsu jgħaddi lill-Universita' sal-aħħar tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sa l-aħħar ta’ Ottubru, it-Teżor għadda €23.6 miljun minn Item 6701, affavur l-Universita. Kif indikat fis-Supplementary Estimates, taħt Vot 28, qed jiġu vvutati €2 miljuni aktar għal din is-sena, apparti t-€30 miljun ipprovduti fl-Estimi Finanzjarji għall-2008 u l-€1.2 miljuni li l-Universita ġiet ipprovduta din is-sena minn fondi li ma ntużawx is-sena li għaddiet.

Fliexken tal-plastik

Question

B'referenza għall-aħħar parti tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4028, jista' l-Ministru jagħtini statistika fuq bażi nazzjonali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-plastic waste kollu miġbur skond l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika huwa preċiż bħal dak li ngħata fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4028.

Popolazzjoni fis-snin 2025 u 2050

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4147 u jgħid kemm jikkalkula l-gvern li se jkollna anzjani ta' 'l fuq minn 60 sena fis-snin 2025 u 2050? Kemm qed jikkalkula l-gvern li se jkollna working population fis-snin 2025 u 2050? Kemm se jkollna twelid ta' trabi fis-snin 2025 u 2050?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4147.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Safar fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru safriet fuq xogħol minn persuni mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Jista' jgħid x'kien l-iskop f'kull każ u liema kienet id-destinazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fabbriki ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4814, 3051 u 3464 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Timber carriers Russi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 4816 u 3541 u cioè: b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 1299, jista' l-Ministru jgħid allura x'ġara mill-bqija tal-flus dovuti meta skont Ministru ieħor fi tweġiba oħra kien qal li l-ammont dovut huwa ta' USD70,725,000 u l-imgħax bir-rata ta' 6.75% huwa ta' USD50,718,261? Jista' jgħid ukoll x'ġara mill-fondi tal-protokoll dovut mir-Russja ta' bejn l-1987-1990 li l-ammont dovut s'issa ma kienx magħmul pubbliku u mill-fondi tal-Malta-Russia Trade Exchange Protocol of 1992?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Air Malta — Ħaddiema fiċ-Ċili

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4805 li oriġinarjament saret lill-Minstru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhi r-raġuni li f’dawn il-jiem hemm numru ta’ ħaddiema tal-Air Malta fiċ-Ċili? Hemm il-ħsieb li xi ajruplan tal-Air Malta jkun mikri fiċ-Ċili s-sena d-dieħla?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-istaġonalita tas-suq turistiku Malti, kull xitwa l-Air Malta tipprova tikri l-barra numbru ta’ ajruplani li jkunu żejda. Din is-sena bħas-snin l-imgħoddija l-Air Malta irnexxiela tikri ajruplan lill linja tal-ajru privata fiċ-Ċili, din hi l-istess linja tal-ajru li sentejn ilu kienet kriet ajruplan mingħand l-Air Malta.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa totali f'delegazzjonijiet minn Malta għal Brussell u Lussemburgu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4756 u 4376 u jgħid kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussimburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Nefqa tal-gvern f'delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4751, 4541, 4369, 4140, 3949, 3741 u 3185 u jgħid kemm huwa t-total li nefaq il-Gvern f'Dar Malta? Kemm nefaq f'delegazzjonijiet li telgħu minn Malta għall-Brussell u Lussemburgu relatati ma' xogħol tal-Unjoni Ewropea minn Mejju 2004 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Dar Malta — Nefqa totali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4753 u 4375 u jgħid kemm huwa it-total li nefaq il-gvern f'Dar Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3185.

Tenders li ttieħdu minn Kumpanniji Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4742 u jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea: a) Kemm il- tender li ħareġ il-Gvern Malti ttieħdet minn kumpanniji Ewropej (mhux Maltin)? b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders? ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali — Kontribuzzjonijiet tal-bolol

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5268 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fil-31 ta' Diċembru 2008 kemm kien it-total li għadu dovut lid-Dipartiment ta' Sigurtà Soċjali fi ħlasijiet ta' kontribuzzjonijiet tal-bolol min-naħa tas-self employed u min-naħa ta' dawk li jimpjegaw?

Response (FENECH, TONIO)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.