Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba hija ppublikata fuq in-notice board u l-website tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Impjegati tal-Air Malta — Rifjut għal xogħol fl-Ivory Coast
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4804 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma li l-Air Malta tilfet aktar minn €6 miljun meta numru ta’ piloti u cabin crew ma ridux imorru jaħdmu għal ftit ġimgħat fl-Ivory Coast? X’raġuni ngħatat għal dan ir-rifjut?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minħabba l-istaġonalita tas-suq turistiku Malti, kull xitwa l-Air Malta tipprova tikri l-barra numru ta’ ajruplani li jkunu żejda. L-Air Malta ppruvat tikri żewg ajruplani lill-linja ta’ l-ajru ibbażata f’Cote d’Ivoire. Kieku rnexxiet din il-kirja kienet trendi dhul ta’ madwar 6 miljun Ewro. Għad li ntlaħaq ftehim ma 3 Unions (Union tal-cabin crew, Union ta’ l-Enġiniera u l-General Workers’ Union) fuq il-kundizzjonijiet tal-membri tagħhom meta jmorru Abidjan ma l-ajruplani, ma setgħax jintlaħaq ftehim mal-Union tal-piloti (ALPA) fuq dan is-suġġett. Għalhekk il-kirja ma setghetx issir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4814, 3051 u 3464 u jgħid kemm intnefqu flus fuq bini ta' fabbriki ġodda kull sena separatament mill-2000 sa Settembru ta' din is-sena?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3051.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4742 u jgħid minn mindu Malta saret membru fl-Unjoni Ewropea:
a) Kemm il-
tender
li ħareġ il-Gvern Malti ttieħdet minn kumpanniji Ewropej (mhux Maltin)?
b) Kemm kien l-ammont totali ta' dawn it-tenders?
ċ) Kemm fil-fatt tħallas minn dan l-ammont?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4742.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3743, jista' l-Ministru jagħti risposta aktar fid-dettall wara li jara d-dokumenti li qed nibgħat separatament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5295 u 5129 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5295.
Ta' Qali — Villaġġ tal-artiġjanat - irranġar tal-inħawi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar il-villaġġ tal-artiġjanat f'Ta' Qali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-gvern hux ser ikompli bil-pjan li dawn l-inħawi jkunu rranġati, jekk mhux bil-fondi tal-Unjoni Ewropea, bil-fondi lokali?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li ġa la darba li l-proġett li kien hemm maħsub li jsir f’Ta’ Qali ma kkwalifikax sabiex jibbenefika mil-fondi Ewropej kif diġa mħabbar, u għalhekk ma jistax isir, issa l-Gvern qed jimpenja ruħu sabiex jagħmel ħiltu biex f’qasir żmien, b’fondi lokali, jirranġa u jgħolli l-livell tas-sit tal-Villaġġ ta’ l-Artiġjanat ta’ Ta’ Qali, u jakkomoda bl-aħjar mod possibbli lis-sidien tal-artiġjanat li bħalissa qed joperaw mill-istess villaġġ.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsijiet parlamentari 4790 u 5185 billi data dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni privata f’Għawdex hija importanti ħafna għat-tfassil ta’ pjan sostenibbli għat-turiżmu f’Għawdex, jista’ l-Ministru jara li t-TOURSTAT survey jibda jkopri din id-data?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s’issa, informazzjoni dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni f’Għawdex hija miġbura permezz tal-Accomstat Survey, stħarriġ li jsir kull xahar. Din l-informazzjoni tkopri dawk it-turisti li joqogħdu fil-lukandi u fi stabbilimenti kollettivi oħrajn. Rigward il-possibiltà li t-Tourstat Survey jibda jkopri data dwar l-iljieli li t-turisti jqattgħu f’akkomodazzjoni privata f’Għawdex, l-implikazzjonijiet ta’ din l-estensjoni, qegħdin jiġu mistħarrġa.
Fid-dawl ta' diskors tal-budget 2009, jista' l-Ministru jgħid liema awtorità/dipartiment ser imexxi l-iskema speċjali ta' darba għar-restawr tal-faċċati ta' binjiet residenzjali? Min hu intitolat biex jibbenifika minn din l-iskema? Id-djar domestiċi/residenzjali biss jew anke binjiet kummerċjali? Min hu inkwilin, jista' japplika għal din l-iskema? Jekk wieħed ibiegħ id-dar li fuqha ibbenefika minn din l-iskema jrid bilfors irodd lura il-flus? Post li hu mibni mhux skond il-permess jew li għandu l-aluminium fil-faċċata u dan l-istess post jinsab fil-qalba tal-bliet jew village core (fejn dan skont il-policy tal-Awtoritá għall-Ipjannar u l-Iżvilupp mhux suppost) ikun jista' jibbenefika minn din l-iskema?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tali miżura mħabbra fil-budget taqa’ taħt ir-responsabilta tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment. L-iskema se tkun waħda speċjali ta’ darba u li minna jistgħu jibbenefikaw il-faċċati ta’ binjiet residenzjali li nbnew qabel l-1950. Dawk il-binjiet skedati fil-qalba ta’ l-ibliet u l-irħula se jkunu qed jingħataw preferenza. Dawk intitolati se jingħataw għajnuna ta’ tletin fil-mija tan-nefqa totali tar-restawr, sa massimu ta’ €2,500. Għal din l-iskema ġew allokati żewġ miljun ewro u din is-somma mistennija tkopri ir-restawr ta’ madwar seba’ mitt binja madwar Malta u Għawdex. L-iskema qed tiġi mfassla mil-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u se tkun imħabbra fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Vetturi mixtrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw vetturi mid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mill- 1 ta' Marzu 2008 sal-lum? Jista' jgħid x'tip ta' vettura hi u ta' liema marka, kemm qamet u min hu intitolat li jużaha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma residenti f’Għawdex li vvjaġġaw permezz tal-Gozo Channel kull xahar minn Jannar 2007 'l hawn?
Response (FENECH, TONIO)
Kif jaf l-Onor Interpellant, il-Gvern bħalissa ħareġ sejħa ta’ interess għas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.
L-informazzjoni mitluba hi ta’ natura sensittiva kummerċjalment u għalekk ma jkunx għaqli illi tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-file ta' l-Uffiċċju Konġunt, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għadu ma ġiex ipproċessat minkejja li ilu miftuħ tmien snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt, se jiffinaliżża dan il-każ fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew jinkrew l-ewwel uffiċini ġewwa Dar Malta fi Brussell għal skopijiet kummerċjali u jispjega x’wassal għal dan id-dewmien kollu li jsarraf f’telf ta’ flus għall-Kaxxa ta’ Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi permezz tar-real estate agents fi Brusell, il-Gvern qiegħed fil-proċess sabiex jikri l-uffiċini f’Dar Malta. Qed issir promozzjoni għal kiri ta’ dawn l-uffiċini ma organizzazzjonijiet professjonali kif ukoll ma reġjuni li jistgħu jirrikjedu spazju f’Dar Malta.
Iż-żmien li ttieħed biex jiġu refurbished l-uffiċini u l-kriżi ekonomika ta’ bħalissa huma fatturi li kkontribwew għad-dewmien biex jibdew jinkrew dawn l-uffiċini.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret sisa fuq bejgħ ta' tabakk matul is-sena 2008, xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi s-sisa fuq bejgħ ta' tabakk matul is-sena 2008 huwa kif ġej:
Tabakk
Tabakk Manifatturat
€
€
Jannar
91672
1433735
Frar
110760
3986310
Marzu
131400
4523168
April
105894
4734227
Mejju
185003
5285071
Ġunju
99304
5293956
Lulju
141299
5975525
Awwissu
168732
5462578
Settembru
113079
6314722
Ottubru
347669
6676511
Novembru
123728
5779037
Diċembru
97729
3628047
Total
1,716,269
59,092,887
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti li nġabru matul is-sena 2008 minn capital gains maqsuma xahar b'xahar?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Capital Gains Report for Year 2008
Xahar Ammont/€
Jannar 4,585,900
Frar 7,213,774
Marzu 7,068,438
April 5,881,706
Mejju 7,905,373
Ġunju 4,984,004
Lulju 6,316,372
Awissu 7,757,600
Septembru 7,755,199
Ottubru 8,801,732
Novembru 6,251,895
Diċembru 5,725,950
Total 80,247,943
Jista' l-Ministru jgħid kemm bdew l-operazzjoni tagħhom fabbriki ġodda f'Malta matul is-sena 2008, xahar b'xahar u kemm temmew l-operat tagħhom matul l-istess perijodu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul is-sena 2008, disa’ kumpaniji ġodda bdew l-operazzjoni tagħhom, filwaqt li sitta temmew l-operat tagħhom matul l-istess perjodu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4229 u 3514 u jgħid jekk hemmx regolatur li jirregola l-kaxxi tal-logħob? Dawn jistgħu jkunu ġo kull bar, anki dawk qrib l-iskejjel? Hemm xi regolament dwar età minima li tipprojbixxi lil individwu jekk ikunu inqas minn dik l-età stabbilita milli jilgħab fuq dawn il-kaxxi? Jista' jgħid jekk il-Gvern għandux sehem mill-qliegħ ta' kull kaxxa? Jekk iva, jistà jgħid kemm huwa s-sehem tal-Gvern mill-qliegħ ta' dan il-logħob? Jista' jgħid jekk ir-rebħ li jkun hemm huwiex ikkontrollat mill-individwi f'kull bar/ħanut jew minn xi awtorità oħra?
Kontribuzzjonijiet Finanzjajri mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4228 u 3692 u jgħid kemm kienu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji li l-Gvern Malti ħa mill-Unjoni Ewropea matul is-sena 2008? Kemm ġew fondi globalment mill-Unjoni Ewropea proġett proġett fl-2008?
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix trading licence in konnessjoni mal-persuni jew garage li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi minn tfiċċija li saret fid-database tal-liċenzi jirriżulta li ma hemm l-ebda liċenza maħruġa lil tali persuni biex jiġġestixxu attivita kummerċjali minn garaxx.
Minn l-istess tfittixija jirri¿ulta li waħda mit-tali persuni għandha liċenza biex topera bħala bejjiegħ fit-toroq, filwaqt li l-persuna l-oħra m'għandiex ebda liċenza.