Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju ta' l-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Response (FENECH, TONIO)
Kif jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Gvern bħalissa ħareġ sejħa ta’ interess għas-servizz bejn iż-żewġ gżejjer.
L-informazzjoni mitluba hi ta’ natura sensittiva kummerċjalment u għalhekk ma jkunx għaqli illi tingħata.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3918, 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju tal-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.
Jista’ l-Ministru issa jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4076.
Applikazzjonijiet pendenti għal ftuħ ta' industriji ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' industriji ġodda? Meta saret kull applikazzjoni u minn min? X'inhu l-prodott li se jinħadem? Kemm hu maħsub li kull fabbrika se tħaddem nies?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi sa Novembru 2008 kienu qed jiġu diskussi:
- 16-il proġett ta’ investiment barrani (li bejniethom jirrikjedu 50km kwadru ta’ art għal fabbriki) u
- 25 proġett lokali (li bejniethom jirrikjedu 84km kwadru ta’ art għal fabbriki)
Uħud minn dawn il-proġetti jmorru lura għal bidu ta’ l-2008. Ta’ min jinnota li ammont sostanzjali mill-
promoters
għadhom qegħdin jibnu
business plan
b’dettal suffiċenti hekk kif rikjesta għal għan ta’ evalwazzjoni mill-Malta Enterprise. L-oħrajn jkunu qegħdin fi stat avvanzat ta’ negozjati partikolarment fuq l-għajnuna u l-post minn fejn joperaw. La darba d-dettalji jkunu aċċettati u n-negozjati mwassla, il-Malta Enterprise tmexxi l-applikazzjoni għal deċiżjoni finali fi żmien ta’ ftit gimgħat.
Is-setturi huma varji u jinkludu l-farmaċewtika, elettronika, apparat mediku,
smart cards
, plastik, inginerija, prodotti ta’ l-ikel u teknoloġiji ta’ enerġija alternattiva.
Hemm żewġ proġetti oħra mis-settur tas-
software
li huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja. Madankollu l-Malta Enterprise ma taċċettax talbiet għal art biex isiru proġetti ta’
software
.
L-impjieg mistenni minn dawn il-kumpaniji għadu mhux verifikat għalhekk l-ammont ma jistax jingħata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4076 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4076.
In segwitu tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3117, jista' l-Ministru jippreżenta mappa fejn jiġu indikati:
liema partijiet ġew provduti l-fondi għall-akkwist tal-art;
liema partijiet għadhom ma ġewx provduti l-fondi;
liema partijiet diġà tħallsu in toto;
liema partijiet tħallsu parzjalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta li turi medda art li tkopri l-artijiet magħrufa bħala Wied iz-Ziju limiti ta’ Marsaskala, ta’ l-artijiet magħrufa bħala tal-Iskarpell imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 3117. Sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant trid ammont sostanzjali ta’ żmien u riżorsi, peress li din il-medda art għandha kejl ta’ madwar 450 tomna. Għaldaqstant, nitlob lill-Onorevoli Membru li jindika preċiżament fuq pjanta dwar liema parti minn din l-art qiegħed jitlob l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi offerti għal kuntratt għas-servizz ta' konsulenza biex isiru studji EIA u CBA fuq in-National Flood Relief Project? CT 237/2008
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5295.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4449, 3918, 2864, 1998 u 1442 u jikkonferma jekk ir-riforma tad-dazju fuq l-importazzjoni tinkludix ukoll riforma tad-dazju tal-importazzjoni fuq muturi b'żewġ u b'erba' roti? Din tinkludi wkoll muturi u magni li jintużaw fuq il-baħar minn dgħajjes, laneċ u speed boats?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1998.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4076 u 4563 u jgħid kemm qiegħda ddaħħal flus il-kumpannija Gozo Channel minn kiri, eċċ tat-terminal tal-Imġarr?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 4076.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4809 u 4509 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jgħid kemm hemm fabbriki li qed joperaw fiż-żona industrijali f'Għawdex? Kemm iħaddmu nies u x'jimmanifatturaw? Kemm minn dawn il-fabbriki naqqsu n-nies mill-1 ta' Jannar 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żona industrijali f’Għawdex hemm joperaw 32 fabbrika.
Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Spiża rikorrenti fil-baġit — programmes and initiatives
Question
Jista' l-Ministru jispjega għalxiex jirreferu l-items ta' spiza rikorrenti fil-baġit taħt programmes and initiatives bid-diċitura expenditure reporting schemes?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Item “Expenditure Reporting Schemes” tirreferi għal dawk l-iskemi li l-Gvern iniedi minn żmien għal żmien biex jagħti lura parti mill-ispiża li jkun għamel il-konsumatur. L-Item taf l-oriġini tagħha lill-iskemi tat-tiġijiet u funerali u tintuża wkoll għal skemi oħra li jiġu annunzjati fid-Diskorsi tal-Baġit minn sena għall-oħra.
L-isem ta’ l-Item jintuża billi wieħed ikun qed jirrapporta l-infiq tiegħu li jikkwalifika taħt l-iskema partikulari u li biex jibbenefika jipproduċi l-irċevuta fiskali oriġinali biex, b’hekk, indirettament, ikunu qed isiru kontrolli għal skopijiet ta’ VAT etc.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni strateġika li wasslet lill-Gvern biex iċaqlaq il-Crafts Village ta' Ta' Qali lejn il-Kottonera?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li mhux qed ikun korrett meta jgħid, li l-Gvern iddeċieda li jċaqlaq il-Crafts Village ta’ Ta’ Qali lejn il-Kottonera.
Għall-mistoqsija dwar jekk kienx hemm xi raġuni strateġika li jitħabbar proġett nazzjonali li jilqa’ fih negozji artiġjanali fil-Kottonera, nitlob lil Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għat-tmexxija tal-industrial estates? Liema huma dawk l-industrial estates li ser jiġu milquta minn dan it-tibdil u meta huwa maħsub li dawn l-arranġamenti l-ġodda jidħlu fis-seħħ? Jista’ jagħti dettalji oħra marbuta ma’ obbligazzjonijiet li s-sidien/l-inkwilini tal-fabbriki se jkollhom?
Malta Enterprise — Ftehim mal-inkwilini tal-fabbriki
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ ftehim għandha l-Malta Enterprise mal-inkwilini tal-fabbriki fl-industrial estates kollha? Jista’ jgħid kemm hemm kirjiet, ċnus u xi forom oħra ta’ ftehim?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li qed jistennew li jiffirmaw il-kuntratt u għadhom b’letter of intent ta’ ċens emfitewta? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? X’inhi r-raguni għal dan id-dewmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-MIPL ma għandha l-ebda kuntratt ta' ċens emfitewta pendenti rigward fabbriki. Dan għaliex il-fabbriki amministrati mill-MIPL jingħataw fuq kera u mhux fuq ċens emfitewta.
Fil-kaz li l-mistoqsija tirreferi għal artijiet amministrati mill-MIPL, in-numru ta’ Kumpaniji/individwi li qed jistennew li jiffirmaw il-kuntratt u għadhom b’letter of intent ta’ ċens emfitewta huwa ta’ 5. L-artijiet in kwestjoni jinsabu fl-oqsma industrijali tal-Marsa, San Gwann, Luqa u Ta’ Dbiegi Għawdex. Ir-raġunijiet għaliex il-kuntratti għadhom ma ġewx iffirmati huma varji. F'ċerti każi, il-proċess biex is-sidien ta' l-art esproprijata jiġu kkumpensati skond il-liġi għadu għaddej u filwaqt li oħrajn jiddependu minn kwistjonijiet legali li għad iridu jiġu riżolti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fabbriki li hemm eviction order fuq is-sid? Fejn jinsabu dawn il-fabbriki? X’inhi r-raġuni għal kull eviction order u kemm ilhom jokkupaw dawn il-postijiet? Jista’ jgħid ukoll min huma dawn il-persuni jew kumpanniji li fuqhom hemm eviction order?
Jista' l-Ministru jgħid jekk infetħitx is-sejħa sabiex jintefgħu offerti għat-tmexxija tal-Casino? Jekk fin-negattiv, hemmx il-ħsieb li jsir dan, u meta?
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender li dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament ġiex awarded u jekk fl-affermativ, lil min?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kull deċiżjoni li tirrigwardi l-għoti ta’ tenders hija ppublikata fuq in-notice board u l-website tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Nistieden lil Onorevoli Interpellant biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi.
Jista' l-Ministru jgħid x'ser isir mill-fabbriki li kienu fil-Crafts Village f'Ta' Qali issa li ġie deċiz li l-Crafts Village mhux ser tibqa' f'Ta' Qali iżda se jmur fl-inħawi tal-Baċir numru 1, f'Bormla?