Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25445, 25662, 25883 u 26305 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Sejħa għal Direttur Ġenerali (Major Projects)
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid għaliex is-sejħa ta’ Direttur Ġenerali (Major Projects) mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ma reġgħetx ħarġet? Jista’ jikkonferma li din is-sejħa mħux se terġa’ toħroġ?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Infiq fuq hospitality
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi lill Onor. Interpellant għal-line item ta' hospitality fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Qasam tas-saħħa — Persuni LGBTIQ+ - Miżuri għal trattament ugwali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex persuni LGBTIQ+ ikunu qed jingħataw trattament ugwali meta jkollhom bżonn jużaw servizzi tas-saħħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Qasam tas-saħħa — Persuni LGBTIQ+ - Liġijiet ġodda
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’liġijiet ġodda għaddew f’dawn l-aħħar 5 snin biex jipproteġu lil persuni LGBTIQ+ meta jiġu bżonn ta’ servizzi fis-settur tas-saħħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema kollha tal-aġenziji tal-impjiegi li huma impjegati indirettament mal-gvern permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi qed jingħataw l-istess pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol, inkluż opportunitajiet ta’ vakanza tal-impjieg bħall-ħaddiema li qed jaħdmu fl-istess jew f’xogħol simili?
DIER – Ilmenti minn ħaddiema f’Aġenziji tal-Impjiegi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jibgħat rapport dettaljat tal-ilmenti ppreżentati lid-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER) minn ħaddiema fl-aġenziji tal-impjiegi fis-settur pubbliku u ċivili li ressqu lmenti li mhumiex qed jitħallsu u jingħataw l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol kif stipulat fil-Liġi dwar Paga Ugwali għal Xogħol Ugwali?
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fl-Uffiċċju u fis-Segretarjat tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Prim Ministru huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra.
Kummissjoni Elettorali — Building data capture exercise
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif ġiet ingaġġata l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Kummissjoni Elettorali biex tagħmel 'building data capture exercise' ta' Malta kollha? Jista' jgħid ukoll x'valur għandu dan il-kuntratt, x'inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet ta' dan il-kuntratt u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-kumpanija imsemmija ġiet ingaġġata wara proċess ta' tender pubbliku bin-numru ta' referenza CT3014/2023 — 'Creation of an Address-Based Geolocated Image Capture of Maltese Building Units, using Zero Emission Vehicles, as part of an Address Management Solution within the Electoral Office'.
II-valur tal-kuntratt huwa ta' €900,210 (€725,210 minnhom huma kkofinanzjati mill-fond RRF) u l-proġett jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Unit tal-Immaniġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali u mhux mal-Kummissjoni Elettorali.
Permezz ta' dan il-proġett ser jinġabru d-dettalji tal-bibien ta' kull binja li hawn fil-gżejjer Maltin u l-ġeolokazzjoni tagħhom biex dik l-informazzjoni tintuża bħala bażi għar-Reġistru tal-Indirizzi li se jkun qed jiġi żviluppat u implimentat fis-snin li ġejjin. Kull binja se tiġi mmeppjata fuq il-basemap nazzjonali u mhux ser tkun qed tinġabar data ta’ natura personali.
Dan l-eżerċizzju kellu l-bidu tiegħu f'Jannar 2025 u huwa maħsub li jkun lest sa Awwissu tal-2025. L-istess kuntratt jaħseb għall-perjodu ta' 5 snin ta’ manutenzjoni.
Kummissjoni Elettorali — Building data capture exercise
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' fiex jikkonsisti l-proġett li qed tagħmel il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ġiet ingaġġata mill-Kummissjoni Elettorali u x'inhu l-iskop li jsir dan il-'building data capture exercise' ta' Malta? Jista' jgħid ukoll meta beda dan l-eżerċizzju u meta ser ikun qed jitlesta?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darboħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25445, 25662 u 25883 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darboħra, ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu qed jinġabar. Perswaz li jifhem li tali tagħrif jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ żmien biex dan jinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25445 u 25662 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8665 tal-Leġiżlatura X li ngħatat fit-03/11/2004 dwar il-Kabinett tas-snin li għaddew, jista' l-Prim Ministru jgħid kif kien ifformat kull kabinett (bir-responsabbiltajiet ta' kull membru tal-kabinett), inkluż kull tibdila, f'kull leġislatura mill-1947 sal-lum, bl-informazzjoni tkun aġġornata mit-tweġiba mogħtija sal-lum?
Response (ABELA, ROBERT)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu qed jinġabar, persważ li jaf li tali tagħrif jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ żmien biex dan jinġabar.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25801 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar ftehim settorjali li jappartjeni għat-tobba?
Response (ABELA, ROBERT)
Id-dokument jitqies bħala kummerċjalment sensittiv u għaldaqstant mhux se jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.