Tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Addolorata – oqbra ġodda – prezz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ser jiżdiedu oqbra fit-tkabbir taċ-Ċimiterju tal-Addolorata? Kemm ser ikun il-prezz li bih ser jinbiegħu dawn l-oqbra ġodda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata bl-estensjoni pre¿enti ser ji¿died b’2,880 qabar ġdid meta x-xogħol tal-bini tal-oqbra jkun lest kompletament. Sa issa l-kostruzzjoni ta’ 1,106 minn dawn l-oqbra huwa lest u għaddej il-proċess biex jiġi ffinalizzat il-kuntratt tagħhom, fejn ta’ uħud diġa sar.
Il-prezz ta’ dawn l-oqbra ġodda huwa ta’ €8,000 hekk kif stabbilt bl-Avvi¿ Legali 425 tal-2016 li hija Ordni tal-2016 li jemenda l-Ordni dwar il-Prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ Oqbra u Siti għal Oqbra.
Ninfurmaha wkoll li hemm numru ta’ konvenji li kienu ffirmati meta l-prezz tal-oqbra kien €5,000 u li kellhom jiġu osservati peress li d-disposizzjonijiet tar-Regolamenti tal-2016 dwar il-Prezz li għandu jitħallas għall-Akkwist ta’ oqbra ma japplikax għalihom.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jivverifika għaliex l-għajnuna li talab, qed ikun hemm diffikultà biex tingħata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ka¿ qed jiġi segwit.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ dawk il-persuni li diġà ħadu l-vaċċin AstraZeneca, Moderna, Pfizer u Johnson&Johnson sal-ġurnata li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ persuni ta’ kemm huma dawk li ħadu l-ewwel doża u t-tieni doża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 21256.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — persons of trust u positions of trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20993.
Każijiet ta’ trabi li kienu jeħtieġu li jiġu airlifted mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
Question
Jista' d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta' trabi li kienu jeħtieġu li jiġu airlifted mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex fl-aħħar ħames snin u jekk kienx hemm xi każ fejn tarbija ma setgħetx tinġarr fil-helicopter u spiċċat tittieħed Mater Dei f'ambulanza?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2016 sal-2020 kien hemm 15 il-każ fejn trabi ġew airlifted mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u 9 każijiet fejn trabi ġew trasferiti bl-ambulanza. Il-mod tat-trasport jiġi deċiż wara li tkun ittieħdet deċiżjoni klinika kollettiva mit-tim kliniku responsabbli skont il-każ partikolari.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 12334 tat-12-il leġislatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika n-numru ta’ pazjenti minn kull lokalità ta’ Malta u Għawdex li fil-preżent qed jirċievu s-servizz bħala psychiatric outpatients?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20824.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm barranin li tlaqqmu bil-vaċċin kontra l-COVID-19 hawn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 35,627 persuni barranin li ħadu mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin għal kontra l-Covid 19.
Dan il-proċess kien ibbażat skont il-karta tal-identità tal-individwu li qed jieħu l-vaċċin. Dan il-vaċċin setgħu jieħduħ dawk il-barranin li għandhom il-Permess ta' Residenza kif ukoll dawk li qedgħin fil-proċess li jkollhom il-Permess ta' Residenza f’Malta.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-mould tal-hearing aids tikkwalifikax biex issir fl-isptarijiet tagħna bħala servizz bla ħlas? Jekk iva, hemm xi kriterji li trid tissodisfa persuna biex tirċievi dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz tal-mould tal-hearing aids isir fl-isptarijiet tagħna u jingħata bla ħlas. Kemm it-tfal kollha taħt it-18 il-sena kif ukoll l-adulti li għandhom karta roża valida huma eliġibli biex jirċievu dan is-servizz.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm sar tilqim kontra l-COVID-19, xahar b'xahar u x'tip ta' vaċċin intuża kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex sal-aħħar ta' April 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar t’April ta’ din is-sena ngħataw 98,330 dożi tal-vaċċin Vaxzevria, 19,517 mill-Moderna u 218,001 mill-Comirnaty.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta’ vaċċin tal-COVID-19 li ngħata jum b’jum matul Frar u Marzu 2021 minn kull Ċentru tas-Saħħa rispettivament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiż-żmien imsemmi minnu ngħataw 51,485 dożi tal-vaċċini għal kontra l-Covid-19 miċ-ċentri tas-Saħħa kif ukoll mill-bereġ fil-komunita’.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — Position of Trust
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li jokkupaw Position of trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu? X’inhu l-valur annwali tal-kuntratt ta’ kull individwu? Meta bdew il-kuntratti tagħhom u meta jiskadu dawn il-kuntratti b’mod individwali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid f'liema stadju waslu n-negozjati ma' Steward Health Care dwar l-isptarijiet li qed tmexxi fil-preżent u meta hemm ħsieb illi dawn in-negozjati jintemmu? Xi pjanijiet hemm dwar il-bini tat-tieni sptar f'Għawdex?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-diskussjoijiet għadhom għaddejjin.
Persuni li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm hawn persuni li jbatu minn mard respiratorju u mard ieħor relatat, maqsuma lokalità b'lokalità u sena b'sena, mill-2015 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-iSħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa (EHIS) 2014/15 kien hemm 9% u 2% tal- popolazjoni mill-eta’ ta’sittax-il-sena l-fuq li ibatu jew xi darba sofrew mill-Ażżma u Bronkite kronika rispettivament. Dawn huma maqsuma skont ir-reġjun kif tidher fit-tabella hawn taħt.
% within District
Total
Southern Habour
Northern Habour
South East
West
North
Gozo
Ażżma
11.8%
7.8%
10.8%
9.1%
7.7%
4.5%
9.0%
Bronkite kronika
2.2%
2.0%
1.1%
3.5%
1.1%
2.7%
2.0%
Tabella 1: Prevelenza ta’ Ażżma u Bronkite kronika skont id-distrett fejn joqgħodu.
Persuni li jbatu minn Multiple Sclerosis, Lupus u COPD
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn persuni jbatu mill-Multiple Sclerosis, Lupus u COPD?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta hawn 514 il-persuna li għandha l-iskeda Ħamsa u ssofri mill-Multiple Sclerosis, 746 li għandhom l-iskeda Ħamsa u jsofru mil-Lupus Erythematosus u 4,025 persuni li għandhom l-iskeda Ħamsa u jsofru mill-Chronic Obstructive Pulmonary Disease.
Sptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Saint Luke’s u Mount Carmel – Podologists, Orthotists
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm podologists u orthotists lijaħdmu f’Mater Dei Hospital, Karen Grech Hospital, Saint Luke’s Hospital u Mount Carmel Hospital?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-servizz tas-saħħa f’Malta u Għawdex bejn Podiatrists u Orthotists hemm 64 ruħ li jagħtu s-servizzi tagħhom f’Mater Dei, fl-isptar San Luqa u Karen Grech, l-isptar Monte Carmeli, fiċ-Ċentri tad-dipartiment tal-kura primarja u fl-isptar Ġenerali t’Għawdex.
Faċilità ta’ Rkupru u Resiljenza – Pjan NextGenerationEU – użu mill-Fondi Ewropej
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jagħmel użu mill-Fondi Ewropej tal-Faċilita' ta' Rkupru u Resiljenza tal-pjan tan-NextGenerationEU?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda entita’ fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa li talbet il-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union mill-2017 sal lum.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kienx hawn barranin li jew kienu pożittivi għall-Covid-19 jew kwarantina, u tħallew jirritornaw lejn pajjiżhom, mill-bidu tas-sena ’l hawn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-barranin kollha li jittestjaw pożittivi għal Covid-19 jew li kienu kuntatti ma' każijiet pozittivi, għandhom jgħaddu minn perjodu ta' iżolament / kwarantina ta' 14-il jum u ma jkunux jistgħu jivvjaġġaw f’dan il-perjodu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn nies isofru bil-Myalgic Encephalomyelitis (ME)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20957 ninfurmah ukoll illi hemm 4 pazjenti li għandhom l-iskeda Ħamsa u li jsofru bil-Myalgic Encephalomyelitis.