Tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni hawn taħt mitluba rigward il-qasam tax-xogħol f’Malta u f’Għawdex, kull gżira għaliha, fl-aħħar ta’ Marzu, fl-aħħar ta’ Ġunju, fl-aħħar ta’ Settembru u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011:
(i) In-numru ta’ nies, skont il-grupp ta’ l-età tagħhom (15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64),
(a) jaħdmu għal rashom, (b) impjegati, (ċ) qiegħda u (d) inattivi;
(ii) ir-rata ta’ attività tal-popolazzjoni attivà ukoll skont il-grupp tal-età tagħhom;
(iii) in-numru ta’ nies jaħdmu klassifikati skont l-attività ekonomika; u
(iv) id-dħul gross annwali medju tan-nies jaħdmu skont l-attività ekonomika tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp — nies ingaggati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u ta’ Diċembru 2011 li kienu ingaġġati f’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fuq bażi full-time u part-time separatament u maqsuma f’irġiel għalihom u nisa għalihom? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont l-impjieg ta’ dawn il-ħaddiema, jiġifieri:
a) riċerkaturi;
b) tekniċi u ekwivalenti u
ċ) supporting staff ieħor?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Learning support assistants — studenti b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm jingħata sapport fil-komunità biex studenti b’diżabilità li fil-ħin tal-iskola jkollhom full-time learning support assistant ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jistudjaw id-dar meta dawn ma jistgħux jagħmlu dan waħedhom minħabba d-diżabilitajiet li jkollhom u meta x-xogħol jiżdied ħafna speċjalment minn form 3 sa form 5 fl-iskola sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 29680.
Tista' l-Ministru tgħid kemm minn dawk l-aprentisti li kien hemm jitħarrġu mal-gvern tul is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 baqgħu attwalment jaħdmu f'dan l-impjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tara fejn waslet l-applikazzjoni li għamlet omm, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għal Smart Kids, peress li m'għandha lil ħadd min jieħu ħsieb lit-tifla tagħha li għandha sena u xahar u għandha bżonn l-għajnuna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa ċ-ċentri kemm ta’ Bormla u tal-Birgu huma mimlijin bi trabi tal-età tat-tifla tal-applikanta. Il-fondazzjoni tassigura li l-iStandards Nazzjonali għall-Facilitajiet tat-Tfal ta’ Matul il-Jum (2006) huma segwiti f’kull ċentru tal-fondazzjoni u għaldaqstant irridu nżommu man-numru stipulat minn dawn l-istandards. Nassiguraw lill-Onor. Interpellant li kif ikun hemm post din l-applikazzjoni tkun ikkunsidrata.
Istitut għall-Istudji Turistici — ħaddiema fuq kuntratt indefinit
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħaddiema mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistici preżentement fuq kuntratt indefinit fil-grad ta' Officer in Grade hux se jkollhom l-impjieg tagħhom mal-gvern regolarizzat? Meta se tinħareġ l-ittra tal-ħatra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħaddiema mhux akkademiċi fl-Istitut għall-Istudji Turistici preżentement fuq kuntratt indefinit fil-grad ta' Officer in Grade kellhom l-impjieg tagħhom mal-gvern regolarizzat. L-ittri ntbagħtu lill-ħaddiema.
Kulleġġ Dun Ġorġ Preca — cleaners fuq bażi part-time
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-cleaners li jaħdmu fil-Kulleġġ Dun Ġorġ Preca għadhom fuq bażi part-time u mhux full-time?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ingaġġ ta’ cleaners fl-iskejjel ta’ l-istat isir fuq bażi part-time minħabba li l-approvals li ngħataw għall-ingaġġ huma fuq bażi ta’ part-time u mhux full-time.
Bħal fi kwalunkwe skola oħra, il-
cleaners
fil-Kulleġġ Dun Ġorġ Preca jaħdmu fuq bażi
part-time
skont is-sejħa għall-applikazzjoni tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-tfal tal-year 6, li se joqogħdu għall-end of year benchmark u li ilhom bis-sistema tar-reader snin, se jkollhom readers għall-eżami tal-matematika u mhux għal suġġetti oħra u dan meta ħafna minn dawn it-tfal issa li ġew infurmati b'dan qed jaqtgħu qalbhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-raġuni għaliex fil-End of Year 6 Benchmark ma jingħatax reader fil-lingwi iżda jingħata fil-Matematika biss huwa minħabba l-fatt illi fil-lingwi l-objettiv ewlieni tal-assessjar huwa l-Qari u l-Fehim mill-Qari. Mill-banda l-oħra, fil-Year 4 u Year 5 jingħata Reader fil-lingwi għaliex f’dan l-istadju t-tfal ikunu għadhom qed jiżviluppaw il-ħiliet fil-Qari u l-Fehim mill-Qari. Fil-Benchmark jinħtieġ li nkejjlu x’kapaċitajiet akkwistaw it-tfal wara sitt snin tal-primarja.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa x-xogħol fil-Public Broadcasting Services biex studio li qabel kien jintuża mit-taqsima tal-aħbarijiet inbidel biex ikun l-istudio tal-Magic Radio? Tista’ tgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Public Broadcasting Services issa biex jinħoloq studio ieħor għall-użu tat-taqsima tal-aħbarijiet u kemm dan huwa stmat li se jiġi jiswa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol kollu li sar biex l-istudio tal-aħbarijiet jiġi konvertit fi studio għal Magic Radio, huwa elenkat hawn taħt (VAT inluż).
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudio għall-Aħbarijiet ġdid diġà sar, u apparti mill-Aħbarijiet qed jintuża wkoll għall-programmi TVAM, Kontrattakk u Dissett.
€
Demolishing
672.60
Plastering
292.52
Structural
4058.02
Painting
1141.30
Aluminium
820.00
Other
752.73
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol li bihom ġew impjegati persuni fil-Public Broadcasting Services fl-aħħar xhur? Huwa minnu li dawn m’għandhomx l-obbligu taż-żmien ta' prova (probation)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kundizzjonijiet li bihom ġew ingaġġati l-impjegati ġodda huma normali. Mhuwiex minnu li l-impjegati l-ġodda m’għandhomx obbligu ta’ żmien ta’ prova.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistux faċilitajiet sportivi offruti lill-Organizzazzjonijiet Non-Governattivi bħas-Soċjetà tal-Museum li jkunu jridu jieħdu t-tfal jilagħbu l-Ħadd wara nofsinhar? Tista' tgħid jekk dawn il-faċilitajiet humiex b'xejn jew inkella humiex against payment?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport (KMS) għandu skemi apposta biex għaqdiet reġistrati miegħu jagħmlu użu b’rati sussidjati ħafna tal-faċilitajiet sportivi amministrati mill-istess KMS. Barra minn hekk, il-KMS joffri l-użu tal-istess faċilitajiet lil għaqdiet li jaħdmu maż-żgħażagħ b’rati favorevoli wara ftehim li sar bejn il-KMS u l-Aġenzija Żgħażagħ. Il-KMS għandu wkoll programm sportiv flimkien mas-Soċjetà tal-MUSEUM tas-subien li permezz tiegħu isir użu tal-faċilitajiet fil-Kulleġġ San Benedittu u l-Kulleġġ San Injazju l-Ħadd wara nofsinhar. Dan il-programm sportiv huwa bla ħlas.
Tista' l-Ministru tgħid jekk jeżistux faċilitajiet sportivi mingħajr ħlas li jkunu jistgħu jagħmlu użu minnhom l-Organizzazzjonijiet Non-Governattivi bħall-Museum il-Ħadd wara nofsinhar? Jekk iva, fejn u x'inhuma dawn il-faċilitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm numru ta’ faċilitajiet sportivi amministrati mill-Kunsill Malti għall-iSport li l-użu tagħhom huwa b’rati sussidjati għall-entitiajiet reġistrati mal-KMS jew dawk reġistrati mal-Aġenzija Żgħażagħ, filwaqt li hemm oħrajn li l-użu tagħhom huwa b’xejn għal kulħadd.
Il-faċilitajiet b’rati sussidjati huma l-faċilitajiet fil-Kumplessi Sportivi kollha amministrati mill-KMS u l-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel. Dawk b’xejn huma t-tracks fil-Kulleggi San Injazju u San Benedittu permezz tal-Walking & Jogging Club, l-Out Door Fitness Centre f’Ta’ Qali u l-High Ropes Course f’Ta’ Qali wkoll.
Tista' l-Ministru tagħti kunsiderazzjoni xierqa lit-talba li ilha pendenti madwar sentejn biex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tattendi year 5 Ladybirds fil-Kulleġġ Santa Kjara, f'San Ġwann, tingħata facilitator billi hija meqjusa slow learner?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ġenitur ingħatat appuntament biex tidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel li jiddeċiedi dwar l-għajnuna li għandha tingħata lil din l-istudenta.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 29182 fejn il-Ministru tat lista ta' peripatetic drama teachers, tista' l-Ministru tgħid xi kriterju ntuża sabiex waslu sal-għażla finali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tiggwida lil din il-Kamra u tgħidlina jekk it-tfal li organizzaw l-openinig tal-Kuleġġ Marija Reġina, fil-Mosta ingħatawx taħriġ minn xi persuna jew kumpanija privata biex għamlu dan? Jekk iva, min kienet il-kumpanija privata jew individwu li ta t-taħriġ lill-istudenti biex huma setgħu jtellgħu l-features dwar dan il-kuleġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal li pparteċipaw fil-features kellhom workshop dwar kif jesprimu lilhom infushom b’kunfidenza. Waqt il-workshop, l-istudenti għamlu kummenti li ntwerew fil-features.
Il-Where’s Everybody għamel il-
filming
u l-editjar tal-
features
, kif ukoll il-produzzjoni ta’ riklam ta’ 30 sekonda bħala promozzjoni għall-Open Weekend li sar fil-
weekend
ta’ wara l-inawgurazzjoni.
Il-Where’s Everybody intgħażel biex jagħti dan is-servizz wara li ntalbu kwotazzjonijiet minn tliet kumpaniji rinomati fis-settur:
Lighthouse and Ashley Offerta ta’ €17,500 (+ VAT)
Studio 7 Offerta ta’ €26,500 (+ VAT)
Where’s Everybody Offerta ta’ €5,500 (+ VAT)
interective white boards fl-iskejjel f'Malta u Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn interactive white boards fl-iskejjel f'Malta u Għawdex? Tista' tgħid kemm minn dawn l-interactive white boards hemm jaħdmu u konnettjati u kemm hemm li għalkemm għandhom l-apparat fl-iskola għadhom mhux jintużaw bħalma hemm fil-Mosta Primary Kindergarten?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskejjel f’Malta u Għawdex, bħalissa għaddej il-proċess ta’ istallar ta’ Interactive White boards ġodda fil-klassijiet tal-iskejjel statali. Qabel ma nbeda dan il-proċess kien hemm erba’ mija u disgħa u tletin (439) Interactive White board installati f’Computer labs, Physics, Biology u Science labs kif ukoll fil-klassijiet tal-Year 5 u xi Resource Rooms.
Bil-proċess li għaddej bħalissa ser jitwaħħlu elf tmien mija u sitta u sebgħin (1876) interactive whiteboard ieħor fil-klassijiet primarji, sekondarji u post sekondarji. Dan il-proċess għadu għaddej u bħalissa ġew installati mal-elf u seba’mitt (1700)
Interactive White board
. Fil-maġġoranza tagħhom dawn l-
interactive white boards
ġew imwaħħla, ttestjati u irranġati fejn kien hemm bżonn. Il-proċess jinvolvi wkoll
Quality Assurance
qabel ma dawn l-
Interactive White boards
jiġu meqjusa bħala kkummissjonati. Ta’ min jgħid ukoll li waqt li qed isir dan ix-xogħol, qed isir xogħol ieħor li jinvolvi żieda ta’
network points
kif ukoll bdil ta’
electricity points
f’ċerti skejjel f’Malta. Skont l-informazzjoni li għandna l-iskejjel kollha għandhom l-elettriku mwassal sal-
interactive white board
u dawn kollha jiffunzjonaw.
L-apparat li hemm fl-iskola kindergarten tal-Mosta ilu jiffunzjoni b’mod regolari minn qabel il-vaganzi tal-Milied.