Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kors tal-Liġi — avukati gradwati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm gradwaw avukati sena b'sena mill-2005 sal-lum? Tista' tgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu riveduti l-entry requirements tal-kors tal-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-Lista mehmuża jidher in-numru ta’ studenti li gradwaw avukati sena b’sena mill-2005 sa l-2010, mill-Università ta’ Malta. Għalissa ma hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu r-rekwiżiti għad-dħul fiż-żewġ korsijiet tal-liġi. Faculty/Institute Course Route 2004/5 2005/6 2006/7 2007/8 2008/9 2009/0 Total Faculty of Laws Doctor of Laws Law 100 90 81 88 106 114 579 Course Total 100 90 81 88 106 114 579

xogħol fuq fond

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar mhux qed tieħu azzjoni biex ix-xogħol li kellu jsir fil-fond, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jitkompla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-tender għax-xogħlijiet fil-fond imsemmi huwa mdaħħal fil-programm tal-Awtorità tad-Djar u għandu jiġi ppubblikat fix-xhur li ġejjin.

Rendikont għal bini ta' kull skola ġdida

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-budgets assenjati għal bini ta' kull skola ġdida li nbniet mill-2004 sal-lum u tgħid ukoll x'kienet l-ispiża finali ta' kull proġett?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — periti responsabbli

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-periti responsabbli li jiċċertifikaw ix-xogħol tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-periti responsabbli li jiċċertifikaw ix-xogħol tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada huma l-Periti Leonard Zammit u l-Perit Andrew Ellul.

degrees li għandha poter tikkonferixxi l-MCAST

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'degrees għandha poter tikkonferixxi l-MCAST u fejn, jiġifieri f'liema pajjizi u/jew universitajiet huma rikonoxxuti dawn id-degrees?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-poteri ta’ l-MCAST biex jikkonferixxi id-degrees tiegħu ġej mill-Att dwar l-Edukazzjoni Kapitolu 327 Sezzjoni VIII Artiklu 90 (g) tal-liġijiet ta’ Malta. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Intepellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 27021.

Każ ta' housing

Question

Tista' l-Ministru tara fiex wasal il-każ ta' omm ta' żewġt itfal separata, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tgħix f'post u issa s-sid taha ċans sena biex ikeċċiha mid-dar u hija applikat għal dar oħra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva nhar il-11 ta’ Mejju, 2011. L-applikanti tista’ tkellem l-Awtorità tad-Djar dwar għajnuna oħra tal-iskemi tal-Awtorità tad-Djar bħal sussidju tal-kera.

Xiri ta' ċens

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li xtara dar u ilu li applika mill-2006 biex jixtri ċ-ċens u minkejja dan iż-żmien kollu għadu bla risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din il-proprjetà ma tidhirx li kienet tal-Awtorità tad-Djar, fil-fatt ma sibna l-ebda prova li din il-proprjetà nxtrat mill-Awtorità tad-Djar. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Servizz ta' Għabex

Question

Tista’ l-Ministru tghid kemm qed tqum l-ispiża ta’ kull residenta li tirrisjedi fix-Xelter ghall-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika ‘Għabex’? X’tip ta’ servizz qed jinghata lil dawn ir-residenti? X’azzjoni qed tittieħed meta l-vittmi ma jkunux għadhom solvew il-problemi tagħhom wara ż-żmien li suppost joqgħodu f’dan ix-xelter?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fis-sena 2010 l-ispiża ta’ kull residenta li tirrisjedi fix-xelter ‘Għabex’ swiet is-somma ta’ € 2,939.00 (dan jeskludi donazzjonijiet li jingħataw lil Għabex) Is-servizz li joffri dan ix-xelter jinkludi proviżjoni ta’ sigurta’ fl-akkomodazzjoni, sapport emozzjonali lill-vittmi, skeda mfassla kull ġurnata li tingħata lill-klijenti biex ikunu jistgħu jimxu mar-rutina. Jinħoloq pjan għall-futur tal-vittmi flimkien mal-ħaddiema soċjali tas-servizz tal-Vjolenza Domestika fejn jinkludu pariri legali, akkomodazzjoni alternattiva, pariri oħra relatati mas-sigurtà soċjali, fejn tidħol is-saħħa, ix-xogħol u l-edukazzjoni ta’ wliedhom u affarijiet oħra. Ir-residenti li jkunu qed jgħixu fix-xelter tal-‘Għabex’ idumu joqogħdu medja ta’ tliet xhur, iżda jkun hemm każijiet fejn imorru jgħixu ġo xi xelter ieħor jew f’residenza għal rashom b’mod indipendenti jew inkella jirritornaw lura lejn darhom u għalhekk il-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija Appoġġ fi ħdan is-servizz tal-Vjolenza Domestika jkomplu joffru s-sapport u l-għajnuna meħtieġa li jkollhom bżonn permezz ta’ interventi soċjali sakemm il-vittma tagħti l-kunsens li tibqa’ tirċievi din l-għajnuna.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — part-time clerks

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni f'ċerti kazijiet l-part-time clerks mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni tħallew f'din il-kariga minkejja li għandhom madwar għaxar snin servizz? Hemm xi possibbiltà li l-kundizzjonijiet tagħhom tax-xogħol jiġu mtejba aktar u aktar li naf b'każijiet ta' persuni li ħadu l-aħħar increment madwar tliet snin ilu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ma kien hemm l-ebda każ ta’ xi part-time clerk li n-nomenklatura tiegħu nbidlet minħabba n-numru ta’ snin fis-servizz. Naturalment jekk skrivan Part-time japplika għal post sostantiv mas-Servizz Pubbliku u jintgħażel, allura dan ikun ifisser li ngħata ħatra fi grad fis-Servizz Pubbliku. Rigward it-tieni part tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- increments għall- part-time clerks daħlu fis-seħħ bis-saħħa taċ-ċirkulari MF Circular 1/2003 maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi fis-16 ta’ Jannar 2003. Għaldaqstant, il-persuni kkonċernati li kienu fl-impjieg fl-1 ta’ Jannar 2002 ħadu l- increments kollha marbutin mal-iskala tagħhom.

MCAST — Kors ta' Aircraft Maintenance Technicians Certificate B - impjieg ma' Lufthansa Technik

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li ċerti studenti fosthom dawk li qed jistudjaw għall-Aircraft Maintenance Technicians Certificate B fl-MCAST għadhom kif għamluhielhom ċara li m'għandhom ebda garanzija ta' xi kunsiderazzjoni ta' impjieg ma' Lufthansa Technik minkejja li kienu ingħataw x'jifhmu l-kuntrarju fil-bidu tat-traineeship tagħhom ta' sentejn mill-istess diriġenti tal-MCAST u dan minħabba li kif allegat ma kisbux sponsorship għall-kors li ħadu fost raġunijiet oħrajn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-kors tal-Category B kif irriklamat fil-Prospectus tal-MCAST huwa fuq bażi ta’ sentejn full-time u ma jifformax parti minn traineeship. Dan il-kors ma jaqax lanqas taħt apprentistat u għaldaqstant l-istudenti m’għandhomx bżonn sponsorship sabiex isegwu l-kors. L-MCAST irriklama dan il-kors fil-prospectus fuq bażi ta’ sentejn full-time li warajhom l-istudent ikun jista’ jibda jaħdem u jikseb l-esperjenza neċessarja sabiex ikun eliġibli għal-liċenzja. L-MCAST la jwiegħed u lanqas jagħti garanziji ta’ xogħol għall-ebda kors li joffri, sew jekk full-time sew jekk taħt apprentistat

Ħaddiem ma' kumpanija ewlenija — kuntratt definit

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk tagħmilx sens li ħaddiema ma' kumpanija ewlenija li tipproduċi prodotti għall-esportazzjoni ilha tinżamm taħdem fuq kuntratt definit għal aktar minn tliet snin, li kultant jiġġedded kull xahar jew kull xahrejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada — ħlas tad-dejn

Question

B'referenza għar-Report and Financial Statements għas-sena 2010 tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada, tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jitħallas il-bilanċ dovut ta' €53,135,659 f'dejn magħmul minn €41,177,558 f'long term borrowings u f'current liabilities ta' €11,870,093 meta s-sovvenzjoni mill-Gvern Ċentrali għas-sena 2011 hi ta' €6,000,000, filwaqt li jgħid b'mod dettaljat għal liema proġetti huwa relatat tali self u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Letters of Comfort maħruġa mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment biex seta' sar tali self?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Peress li t-tweġiba teħtieġ ammont tax-xogħol sostanzjali, din tingħata f’seduta oħra.

Studenti — proċeduri kriminali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti f'kull skola li matul l-aħħar sena kienu involuti fi proċeduri kriminali, kemm bħala vittmi kif ukoll bħala akkużati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi staqsa l-iskejjel biex jagħtu din l-informazzjoni, imma peress li hemm direttiva tal-MUT biex l-iskejjel ma jikkumentawx mad-Direttorat, din l-informazzjoni ma setgħetx tinġabar.

Studenti — każijiet ta' bullying

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti f'kull skola li matul din is-sena kienu involuti f'każijiet ta' bullying, kemm bħala vittmi kif ukoll bħala perpetraturi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel — social worker, psikologi u psikjatri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet f'kull skola f'din l-aħħar sena li ġew riferuti għand social workers, psikologi u psikjatri rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

ETC — talba għall-impjieg

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm talba għall-impjieg ta’ nies minn fost persuni li kienu qed jirregistraw mal-Korporazzjoni għall-Impjieg u Taħriġ fis-sena 2010 mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu? Jekk fl-affermattiv, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ dawn is-sejħiet, għal liema karigi kienu ntalbu dawn is-sejħiet u x’rikjesti ntalbu, fosthom il-kwalifikazzjonijiet, mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex il-persuni konċernati setgħu jkunu eliġibbli biex japplikaw jew jiġu mressqa għall-interview biex eventwalment jiġu mimlija dawn il-karigi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Nefqa rikorrenti tal-gvern — beneffiċji tas-sigurtà soċjali

Question

Fid-dawl tal-istqarrija tan-National Statistics Office dwar il-finanzi tal-gvern fuq in-nefqa rikorrenti Jannar - Mejju 2011, meta mqabbla mal-istess perjodu 2010 fir-rigward tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali li naqsu b'€13.6 miljun, jista' l-Ministru jagħti breakdown benefiċċju benefiċċju, kemm naqset jew żdiedet in-nefqa u kemm naqsu jew żdiedu l-benefiċjarji f'kull każ? Kemm-il benefiċċju twaqqaf minħabba li rriżulta li kien hemm xi forma ta' abbuż u x'passi dixxiplinarji ttieħdu każ b'każ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli fejn qed jiġu mqabbla n-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali matul l-ewwel ħames xhur ta’ l-2010 u l-2011 kif talab l-Onor Membru. Tajjeb li niċċara li n-nefqa fl-ewwel ħames xhur ta’ l-2010 hija ogħla minn dik ta’ l-2011 għar-raġuni li f’Jannar 2010 sar pagament doppju fir-rigward tal-Pensjonijiet għall-irtirar u l-Għajnuna Soċjali. Il-pagament extra mdaħħal f’Jannar ta’ l-2010 kien ikopri l-14 il-pagament tal-Pensjonijiet u l-Għajnuna Soċjali li kien sar lejn l-aħħar jiem tas-sena 2009. Meta jitnaqqas il-pagament imsemmi jidher ċar li l-ispiża fuq benefiċċji soċjali żdiedet u mhux naqset. Matul l-2010 twaqqfu 271 każ ta’ benefiċċju minħabba abbuz, filwaqt li fl-2011 twaqqfu 99. Kull każ jkun ittrattat fuq il-merti ta’ l-investigazzjonijiet u l-provi li jkollu f’idejh id-Dipartiment. Apparti li jitwaqqaf il-benefiċċu kkonċernat, fejn applikabbli jista’ ukoll jintalab lura kull ħlas żejjed li jkun sar skont l-evidenza li jkollu f’idejh id-Dipartiment.

Awtorità tad-Djar

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar ma ħadux il-passi neċessarji biex iwieġbu l-ittra tas-6 ta' Ġunju, 2011 li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant irċieva tweġiba għall-email tiegħu tas-6 ta’ Ġunju li kienet taqra hekk: Din l-email qed tiġi segwita mis-Sur Mario Magro sabiex il-klijent jingħata informazzjoni mitluba. Din l-email kellha d-data tat-8 ta’ Ġunju. F’każi ta’ Home Ownership Scheme, kif inhu dan il-każ, l-Awtorità tad-Djar tagħmel il-verifiki kollha neċessarji dwar il-kuntratt. Dan hu proċess li jieħu ħafna żmien. Kif l-informazzjoni kollha tasal tweġiba tintbagħat lill-persuna kkonċernata.