Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi talbiet lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni biex ikun hemm eżenzjoni milli jiġi ingaġġat STO biex jissorvelja x-xogħol (skont Form 25B) hekk kif definit fil-‘provis’ ta’ regolament numru 25 tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – notifiki sottomessi għal xogħlijiet ta’ emerġenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi notifiki lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni biex isiru xogħlijiet ta’ emerġenza (skont Form 25C) hekk kif definit fil-‘provis’ ta’ regolament numru 25 tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat)?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — Taħriġ lill-ħaddiema fil-kura ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jingħata taħriġ fuq il-Kura fis-Saħħa Mentali, magħruf bħala Mental Health First Aid, lill-ħaddiema li jaħdmu fid-dipartiment tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li ninfurmah li t-taħriġ relatat hu mifrux u disponibbli fuq is-Servizz Pubbliku kollu u mhux xi dipartiment singolari tal-Gvern, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf ukoll li sa mill-2017 diġà ġew imħarrġin 260 uffiċjal pubbliku fil-Mental First Aid, f’kors li hu akkreditat mir-Richmond Foundation. Taħriġ simili sar kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2020 kawża tar-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-fatt diġà hu ppjanat ukoll li f’Ottubru li ġej isir it-taħriġ lil 80 uffiċjal ieħor.
Minbarra hekk, tajjeb li jingħad ukoll li fis-Servizz Pubbliku tingħata importanza kbira lill-Employee Support Programme fejn uffiċjali jistgħu jirrikorru f’każ ta’ diffikultà ulterjuri.
Jista' l-Ministru jgħid u jelenka x-xogħlijiet li hemm programmati għas-sentejn li ġejjin mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) fiż-żona tal-Kottonera?
San Pawl il-Baħar: Xemxija – Mistra Village – sit abbandunat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit abbandunat fiż-żona ta’ fejn qabel kien il-Mistra Village fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar? Jista’ jieħu l-passi neċessarji biex dan is-sit ma jibqax wieħed ta’ abbandun u ma jkunx wieħed ta’ periklu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-Awtorita’ tal-Ippjanar diġa’ ħadet azzjoni fuq dan is-sit abbandunat billi inħareġ avviż ta’ infurzar EC389/16 – “Ġie żarmat is-sit imsemmi u tħalla fi stat ta' abbandun”. Dan l-avviż ta infurzar huwa wkoll suġġett għal Appell bir-referenza 240/16 li għadu wkoll pendenti l-ezitu tal-appell.
Awtorità tal-Ippjanar – Lapsi – periklu minn barriera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ħadet jew qed tieħu l-Awtorità tal-Ippjanar rigward il-periklu li jeżisti lis-sewwieqa fit-triq tan-niżla ta’ Lapsi minn barriera fil-biswit?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex kwistjonijiet dwar road safety jiġu indirizzati lill-Ministeru konċernat.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – assessjar ta’ Method Statements – ħlas lill-individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni kemm qed tħallas lill-individwi biex jiġi assessjat kull Method Statement li jiġi sottomess mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni? F’każ li xogħol ta’ kostruzzjoni jkollu aktar minn Method Statement wieħed (għax fil-proġett propost ikun hemm kemm twaqqiegħ, tħaffir u bini jew kombinazzjoni ta’ dawn t-tlieta), min jagħmel l-assessjar ta’ dawn il-Method Statements jiġi mħallas għal kull wieħed minn dawn il-Method Statements separatament? F’każ li Method Statement jiġi mibgħut lura lil min ikun għamlu biex jiġi rranġat, kif jerġa’ jiġi sottomess u kemm jiġi mħallas l-assessur li jerġa’ jassessjah mill-ġdid?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – assessuri għall-assessjar ta’ method statements
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni lill-assessuri għall-assessjar tal-Method Statements sottomessi mal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni, xahar b’xahar, minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’ xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm Method Statements li ntbagħtu lura għand min għamilhom biex jiġu rranġati?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni – dikjarazzjoni li xogħol ma jaqax taħt L.S. 623.06 (AL136/2019)
Question
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall f’liema ċirkostanza tkun tista’ tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni d-dikjarazzjoni li x-xogħol ma jaqax taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat)? X’informazzjoni addizzjonali tkun trid tiġi sottomessa lill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni ma’ din id-dikjarazzjoni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt li skop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat – sottomissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif amendat), xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt lis-skop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019) kif amendat – sottomissjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, xahar b’xahar minn Jannar 2021 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew sottomessi dikjarazzjonijiet li x-xogħol ma kienx jaqa’ taħt l-iskop tal-L.S. 623.06 (AL136/2019 kif emendat) hekk kif definit taħt ir-regolament numru 4 tal-istess Avviż Legali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 786.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk fil-Ministeru waslux ilmenti ta’ numru ta’ familji fi Triq il-Kampanella, Fgura fil-parti t’isfel tagħha, senjatament ma’ żbroff ta’ drenaġġ fi proprjetà privata u jekk humiex se jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex tiġi solvuta l-problema?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma rċieva ebda lment kif imsemmi. Infakkar lill-istess Interpellant li lmenti dwar drenaġġi għandhom jiġu indirizzati lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet f'Sally Port (it-Toqba) il-Birgu? Meta jaħseb li r-residenti jkunu jistgħu jużaw din iż-żona għall-għawm mingħajr perikli?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675 dwar is-suġġett, ninfurmah li l-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar mhux qed jagħmel xogħlijiet f'Sally Port (it-Toqba), il-Birgu, għajr għal xogħlijiet fuq il-klabb tar-Regatta tal-Birgu. Tali xogħlijiet ma jtellfux lir-residenti milli jużaw din iż-żona għall-għawm.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet tal-Pjazza u x-Xatt tal-Kalkara? Meta jaħseb li se jiġu fi tmiemhom dawn ix-xogħlijiet ?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675 dwar is-suġġett, ninfurmah li x-xogħlijiet tal-Pjazza u x-Xatt tal-Kalkara mhux qed isiru mill-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu sostitwiti r-railings tal-promenade f’Tas-Sliema, bejn Fond Għadir u l-Waterpolo Pitch ta’ Tas-Sliema, peress li huma kollha sadid?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu installati l-arbli tad-dawl neqsin fuq il-promenade f’Tas-Sliema, li kienet saritilhom il-ħsara minn maltemp aktar minn tliet snin ilu u li ilhom neqsin minn dakinhar?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1030, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jara li tingħata attenzjoni lill-promenade mill-Ponta tal-Isla, iddur ma' Dock 1 u sa Sant’Anġlu, b’mod partikolari jekk iħossx li hemm bżonn jiżdiedu l-istreet furniture (bankijiet, bins eċċ.) u li jinżammu aħjar minn dawk li hemm?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Filwaqt li qed tittieħed nota dwar dan, ninforma lill-Onor. Interpellant li, permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, titħares il-manutenzjoni tal-landscaping u s-sistema tat-tisqija fiż-żona indikata b’mod regolari. Fil-fatt, fl-aħħar ġimgħat id-Dipartiment ukoll installa tliet bankijiet ġodda li ma kinux jeżistu, waqt li biddel ieħor antik ma’ wieħed ġdid. Għalkemm fil-preżent id-Dipartiment m’għandux talbiet oħrajn pendenti biex fl-akkwati tiġi installata iżjed għamara tat-triq, attwalment għaddej proġett massiċċ minn Infrastructure Malta mad-dawra tal-Kottonera li jestendi sa taħt l-Esplora fil-Kalkara. Għal dan ir-rigward, nirreferih għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 675.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1028, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u ċjoè: Jista’ jgħid ta’ min hi r-responsabbilità għall-manutenzjoni ta’ bankina u t-triq li mill-Bieb ta’ Sant’Anġlu tagħti sal-ponta ta’ Sant’Anġlu u dan peress li hemm telqa kbira f’żona li tiġbed ħafna persuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 675.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex wasal il-proġett tal-ispazju miftuħ ta’ Ta’ Qali?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Proġett tal-Park Nazzjonali ġewwa Ta’ Qali huwa mqassam f’sitt fażijiet rispettivi.
Fażi 1 -Adventure Park – Proġett komplut minn Novembru 2021
Fażi 2 – Il-Park Formali – parti nfetħet għall-pubbliku f’Marzu li għadda filwaqt li t-tieni u l-aħħar fażi mistennija tkun kompluta f’Lulju ta’ din is-sena
Fażi 3 – Iż-Żona tal-Kunċerti – proġett mistenni jkun komplut fix-xhur li ġejjin.
Fażi 4 – Carpark- skavar ta’ blat tlesta Mejju 2022, u l-kostruzzjoni mistennija tkun lesta għall-aħħar tal-2023.
Fażi 5 – Iż-Żona tal-Farmers Market – proġett mistenni jibda għall-aħħar tal-2022
Fażi 6 – Jogging u Cycling track, Camping site - fażi ta’ permess mal-Awtorita’ tal-Ippjanar. Proġett mistenni jibda kmieni s-sena d-dieħla.
Dan il-proġett huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fejn ħa naraw 50,000 mq ta’ art li qabel ma kinitx qed titgawda u llum se tingħata lura lill-pubbliku u li se tinkludi numru kbir ta’ siġar - 40,000 siġar u arbuxelli (ambjentali) - għall-familja kollha fost l-oħrajn.