Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Slielem tal-baħar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm slielem tal-baħar twaħħlu minn ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul il-kosta tal-Mellieħa Malta din is-sena? Jista’ jgħid ukoll fejn tnaqqsu/żdiedu dawn is-slielem din is-sena meta mqabbla mas-slielem tal-baħar li twaħħlu s-sena l-oħra?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-TZRA waħlet slielem, walkways, showers, surveillance towers, bins etc fil-bajjiet li huma Blue Flag u Beaches of Quality bħal Għadira u l-bajjiet ta’ naħa tal-Armier. Fil-postijiet imsemmija, it-TZRA waħħlet sellum wieħed, liema ammont huwa l-istess bħas-sena l-oħra.

Trasport pubbliku — Rotta 91

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal-liema raġuni r-rotta 91 titlaq dejjem mimlija minn Marsaskala bir-riżultat li n-nies ta’ Ħaż-Żabbar, u wisq iktar tal-Fgura, mhux qed jinqdew sewwa u bosta drabi jibqgħu l-art?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm sitt rotot differenti li, bejniethom, jipprovdu total ta’ sittax-il vjaġġ fis-siegħa fiż-żminijiet ikkunsidrati bħala “peak” bejn il-lokalità tal-Fgura u l-Belt Valletta. Min-naħa l-oħra, minn Ħaż-Żabbar, hemm ħames rotot li joffru total ta’ erbatax-il vjaġġ fis-siegħa. Wieħed għandu jinnota illi fix-xhur li għaddew, ir-rotta 90, li tgħaqqad lil Ħaż-Żabbar u l-Fgura mal-Belt Valletta, rat kemm żieda fil-frekwenza kif ukoll estensjoni tal-ħinijiet tal-operat. Dawn il-miżuri ġew introdotti sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tas-servizz, b’mod partikolari f’dawn iż-żewġ lokalitajiet.

Bormla — Parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja - Pjanti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28536 dwar l-iżvilupp tas-sit ta’ parkeġġ quddiem l-Iskola Primarja ta’ Bormla, jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tal-pjanti relattivi ma’ dan il-proġett?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija pubblika fuq il-website tal-Awtorità tal-Ippjanar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iscreenshot tal-website indikata.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Segretarjat Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28693 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29018.

Ir-Rabat, Malta — Triq Borg Olivier - Traffic management

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żvilupi fuq it-traffic management ta’ Triq Borg Olivier, fir-Rabat, Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa qed jiġi evalwat l-impatt potenzjali li jista’ jirriżulta minn tibdil fil-mod ta’ kif jiġi mmaniġġjat it-traffiku f’dawn l-inħawi.

Ir-Rabat, Malta — Triq Borg Olivier - Liġi li ma jgħaddux heavy vehicles

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tibda tiġi nfurzata b’mod reali l-liġi li ma jgħaddux ‘heavy vehicles’ fi Triq Borg Olivier, fir-Rabat, Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29216.

Infrastructure Malta – Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi li huma fuq il-Bord tad-Diretturi fi ħdan Infrastructure Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord tad-Diretturi huma s-segwenti: Po żizzjoni Isem Chairperson Raymond Farrugia Deputy Chairperson Josef Azzopardi Membru Mario Caruana Membru Karen Farrugia Membru Sylvana Civelli Membru Raphael Farrugia Membru Nadia Gatt Curmi

Yachting Malta – Bord tad-Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi li huma fuq il-Bord tad-Diretturi fi ħdan Yachting Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-Bord tad-Diretturi huma s-segwenti: Po żizzjoni Isem Chairperson Christopher Agius Membru Audrienne Ciantar Membru Georges Bonello DuPuis Membru Gerard Magri Membru Stephen Cesare Membru Godwin Zammit Membru Fredrick Cutajar Membru David Cremona Membru Mark Vella

Crash barriers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbidlu l-crash barriers kollha li hawn fit-toroq tagħna biex ikunu aktar siguri, speċjalment għal min isuq il-mutur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li filwaqt li l-crash barriers li hemm preżentament huma konformi mal-istandards ta’ sigurtà, bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex jiġi stabbilit kif dawn xorta waħda jistgħu jiġu mtejjba.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Public Expo Village 2025 – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28685 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-istand tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi fil-Public Service Expo Village 2025 ġiet tiswa €52,975. Din l-attività kopriet il-parteċipazzjoni wkoll ta' Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Malta Air Traffic Services. F’din l-istand kien hemm numru ta’ attivitajiet interessanti u edukattivi, fosthom quiz diġitali, sessjoni dwar il-karrieri fil-qasam marittimu, spjegazzjoni dwar l-app TM Alert, dimostrazzjoni ta’ kif jaħdmu d-dwal ta’ ‘traffic lights’ u l-proċessi ta’ inġinerija relatati. Tammy, il-mascot għat-tfal, kienet ukoll preżenti biex tfakkar l-importanza tas-sigurtà fit-toroq b’mod interattiv. Għat-tfal, ġiet organizzata Bike Rodeo, li hija attività edukattiva, u li tagħti prominenza lis-sigurtà bl-użu ta’ roti għat-tfal. Saret ukoll dimostrazzjoni reali ta’ kif is-sistema ta’ rispons ssir fil-prattika, biex tiġi salvata ħajja u żżomm is-sigurtà fit-toroq tagħna. Saret ukoll kompetizzjoni taċ-ċikliżmu biex titqajjem kuxjenza dwar l-ammont ta’ korsiji ta’ mobilità attiva li qed jiġu pprovduti fit-toroq tagħna. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet kellu wkoll numru ta’ attivitajiet interattivi fosthom bini ta’ bridges u ħitan kif ukoll puzzles u logħob ieħor li ġew żviluppati min-nies li jaħdmu fid-Dipartiment stess. Dawn l-attivitajiet urew xogħlijiet u proġetti varji li ħadem fuqhom id-Dipartiment. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna.

Ir-Rabat — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters fir-Rabat? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fir-Rabat?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Qrendi — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters fil-Qrendi? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fil-Qrendi?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Marsa — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters fil-Marsa? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters fil-Marsa?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Is-Siġġiewi — Zuntier tal-Knisja Parrokkjali

Question

B’referenza għaz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parti ta’ quddiem hux ser tkun lesta sal-festa ta’ San Nikola fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pavimentar ċentrali taz-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali tas-Siġġiewi, li minn fuqu tgħaddi l-purċissjoni, huwa ppjanat li jkun lest sal-festa ta’ San Nikola fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.

Sleeping policeman

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn “sleeping policeman” fit-toroq f’Malta u Għawdex? Jista’ wkoll: i. jassigura jekk humiex konformi mal-liġijiet Ewropej; ii. jassigura jekk humiex konformi ma’ regoli tekniċi; iii. jgħid x’regoli jaffettwaw il-frekwenza ta’ kif jitpoġġew fit-toroq; iv. jgħid għaliex ħafna minnhom ivarjaw fil-materjal u fid-daqs; v. jgħid għaliex fost dawk li huma maħduma bis-siment qed joħolqu ħsara lill-vetturi minħabba l-għoli jew id-daqs eċċessiv tagħhom; vi. jgħid min hu responsabbli għall-ħsarat ikkaġunati lill-vetturi (isem tal-entitajiet governattivi, kunsilli lokali u oħrajn); u vii. jgħid x’liġi teżisti li li tikkontempla kumpens għall-ħsarat ikkaġunati minn dawn is-“sleeping policeman”?

Response (BONETT, CHRIS)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħal Kirkop — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħal Kirkop? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħal Kirkop?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ — Bus shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għall-installazzjoni ta’ bus shelters f’Ħaż-Żebbuġ? Jista’ jgħid ukoll fejn u meta hu mistenni li jiġu installati iktar bus shelters f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Infrastructure Malta, WSC u Enemalta — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux informazzjoni dwar liema toroq li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet fihom minn Infrastructure Malta, mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) jew mill-Enemalta, se jkunu kompletament asfaltati mill-ġdid u li jkollhom bankini mibnija ġodda ladarba jitlestew ix-xogħlijiet? Jekk iva, jista’ jelenkahom?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari hi provduta hawn taħt: Triq Paceville, San Ġiljan; Triq Sant' Ubaldesca, Paola; Triq Maċina, Isla; Triq Oratorju, Isla; Triq Karmnu, Fgura; Triq Kent, Fgura; Sqaq il-Kuni, Żurrieq; Triq San Pietru, Mġarr; Triq Sir Temi Zammit, Mġarr; Triq Camillo Sciberras, Mosta; Triq l-Iżmarratur, Mosta; Triq Kissier , Mosta; Triq Trinkatur, Mosta; Triq l-Arznell, Marsaxlokk; Triq il-Qadi, Żejtun; Triq is-Silla, Marsaskala; Triq Ġebel San Martin, Żejtun; Triq Dun Pawl Brunchel , Żejtun; Triq l-Imħallef William Harding, Pembroke; Triq S. Castaldi, Pembroke; PO Triq Baltiku, San Ġwann; Triq il-Gejza, Swieqi; Triq l-Ħawt, Swieqi; PO Triq il-Ġiebja, Swieqi; Triq il-Ġonna, Swieqi; San Pawl tat-Targa (Trade Fair Grounds), Naxxar; Triq San Timotju, Naxxar; PO Triq San Pawl, Naxxar; new road in Triq it-Torri tal-Kaptan, Naxxar; PO Triq il-Markiż Scicluna, Naxxar; Għajn Tuffieħa to Xemxija, Mellieħa; Triq il-Klin, Iklin; Triq is-Sienja (p/o), Attard; Triq l-Istwiel, Attard; Triq il-Blanzuni, Attard; Triq il-Linja (p/o), Attard; Triq Ta' Masrija (p/o), Mellieħa; Triq ir-Rattan (p/o), Mellieħa; Triq il-Fortizza (p/o), Mellieħa; Triq Mons Pawlu Mallia, Gudja; PO Triq San Nikola, Kirkop; Triq L-Industrija, Kirkop; Triq San Ċiru, Gudja; Triq Costantino Farrugia, Żurrieq; PO Triq Porfirjo, Żurrieq; Triq il-Karmnu , Luqa; Triq G. Tragance, Luqa; Triq Luret Cutajar (from Triq is-Siġġiewi to Triq L.Garnier), Żebbuġ; Triq in-Noqra, Birżebbuġa; PO Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa; Triq il-Bajja, Buġibba/SPB; Triq Sant Antnin, Buġibba/SPB; Dawret il-Gżejjer, Buġibba/SPB; Triq ir-Rebbiegħa, Buġibba/SPB; Buġibba Piazza, Buġibba/SPB; Vjal il-labour, Għaxaq; Triq il-Foss, Paola; Triq l-Inkwina, Santa Venera; Triq in-Nagħal, Santa Venera; Triq Parata, Santa Venera; Triq Emanuel Attard, Santa Venera; Triq San Ġakbu, Sliema; Triq Sant'Alfonso, Sliema; Sqaq is-Salvatur, Sliema; Triq is-Salvatur, Sliema; Triq Falzon, Sliema; Triq Leone, Sliema; Triq San Karlu, Sliema; Triq San Pawl, Sliema; P/O Triq il-Lunzjata, Sliema; Triq Castelletti, Sliema; P/O Triq San Vinċenz, Sliema; Triq il-Karmnu, Sliema; Triq Mons G.Depiro, Sliema; Triq Ivo Muscat Azzopardi, San Ġiljan; Triq il-Mensija, San Ġiljan; Triq il-Kbira, San Ġiljan; Triq tas-Sliema, Gżira; Triq ir-Rebħa, Gżira; Triq Sir William Reid, Gżira; Triq Guzeppi Montebello, Tarxien; Triq is-Sies, Baħar iċ-Ċagħaq; PO Triq San Franġisk ta'Assisi, Baħar iċ-Ċagħaq; Triq il-Knisja, Paola; Triq Guze D'Amato, Paola u PO Triq Zabbar, Paola; Triq il-Fidloqqom, Rabat; Triq il-Ħobbejża, Rabat; Triq il-Fejgel, Rabat; Triq Mons Depiro, Rabat; p/o Triq il-Bidnija, Mosta; Smart City Malta - peripheral ring road; Triq Bordin, Msida; Triq Bordin, Msida; Triq Gilormu Dingli, Rabat; Triq Joe Gasan, Pietà; Triq Dun Ġorġ Preca, Floriana u Telgħet Spencer, Marsa.