Awtorità tal-Ippjanar – membri tal-Bord miġjuba Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u kemm-il darba, l-Awtorità tal-Ippjanar għamlitx arranġamenti biex xi membru ta’ xi Bord tagħha (f'liema każ qed jiġi mitlub ismu/isimha) jinġieb Malta fuq private jet biex jattendi xi seduta ta’ kwalsiasi Bord tagħha, fil-legiżlaturi 1996-1998, 1998-2003, 2003-2008, 2008-2013, u mill-2013 sal-lum? F’każ affermattiv, min ħallas għal tali vjaġġ u min approvah, u kemm kienet l-ispiża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7089 tas-Seduta 142.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien li huwa sar jaf li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li l-ġimgħa li għaddiet inġabet Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f’Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jiena sirt naf l-Erbgħa 26 ta’ Settembru 2018, meta Newsbook għamlu l-mistoqsijiet lil l-Awtorità tal-Ippjanar fuq il-każ u l-istess Awtorità infurmat lil ispokesperson tal-Ministeru dwar il-każ.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien li huwa ta l-approvazzjoni tiegħu biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar il-ġimgħa li għaddiet tinġab Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f’Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien fl-ebda ħin ma tajt approvazzjoni anzi ntenni għal darb’oħra li jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet — spiża
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi/kienet l-ispiża għall-użu ta’ private jet biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar il-ġimgħa li għaddiet inġabet Malta fuq private jet biex tattendi s-seduta tal-Bord tal-PA tal-Ħamis, 20 ta’ Settembru 2018 dwar il-proġett massiv f’Pembroke?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 7090 tas-Seduta 142 u 7222 tas-Seduta 144 rispettivament.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – membru tal-Bord miġjub Malta fuq private jet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kenitx il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, li talbet li tinġab Malta fuq private jet biex tattendi għas-seduta tal-Bord tal-PA tal-20 ta’ Settembru 2018 dwar il-proġett ta’ Pembroke? Jekk ma kenitx hi li għamlet tali talba, jista’ jgħid meta u min ikkuntatjaha, sija mis-Segretarjat tiegħu kif ukoll mill-amministrazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar biex hija tinġab Malta b'private jet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma sar kuntant minni personali jew mis-segretarjat tiegħi mal-persuna msemmija anke għaliex qatt ma konna nafu b’dan il-każ mill-bidu nett.
Il-PA hija awtorità independenti u awtonoma.
Jiena la kont infurmat u anqas kelli sehem f’din id-deċizjoni; u kif diġà esprimejt fil-pubbliku jien ma qbiltx ma din id-deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema dritt hu jawtorizza lil Transport Malta tagħmel, kif għamlet reċentement f’tal-Balal, esproprji de facto, jew dawn l-esproprji ta’ art privata li saru qabel ma ġie ppubblikat l-avviż fil-Gazzetta tal-Gvern kif tgħid il-liġi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa kien hemm bejn l-Awtorità tal-Artijiet u s-sidien tal-artijiet privati li ttieħditilhom l-art f’Tal-Balal bit-twessigħ tat-triq? Jista’ wkoll jagħti d-data ta’ dawn il-laqgħat?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet privati li ġew esproprjati bil-proġett tat-twessigħ tat-triq f’Tal-Balal, u jistax jagħti d-data ta’ meta saret din l-istima mill-periti mqabbda mill-Awtorità tal-Artijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu awtorizzax il-prassi jew proċedura ġdida li l-entitajiet li jaqgħu taħtu jibdew jesproprjaw de facto l-art tal-privat mingħajr ma tiġi obduta l-liġi li tirregola tali teħid?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant kif f’pajjiż li jħaddem u jirrispetta s-saltna tad-dritt, jiena dejjem nesiġi li kulħadd, inkluż entitajiet u awtoritajiet Governattivi għandhom isegwu l-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw – xejn inqas f’każ ta’ espropji kif jien infurmat li dejjem sar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġew terminati l-qbiela tal-artijiet f’Tal-Balal da parti tal-Awtorità tal-Artijiet, bid-dati preċiżi għal kull terminazzjoni?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviżi li l-Awtorità tal-Artijiet ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern biex tavża li kienet qed tesproprja l-artijiet privati f’Tal-Balal qabel il-bidu tal-proġett reċenti tat-twessigħ tat-triq?
Awtorità tal-Artijiet – ittri uffiċjali fuq qbiela ta’ art
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittri uffiċjali li l-Awtorità tal-Artijiet ippreżentat fil-Qorti biex jintemmu l-qbiela tal-art milquta bil-proġett tat-twessigħ tat-triq f’Tal-Balal?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant kif dan il-Gvern b’rispett sħiħ lejn il-liġijiet tal-pajjiż u d-diversi oqsma rispettivi, għandu programm ċar u pjan fit-tul sabiex jindirizza l-infrastruttura fuq it-toroq ta’ pajjiżna.
Aparti l-interventi fuq l-uċuh tat-toroq, fosthom residenzjali, qed issir ħidma kontinwa sabiex jiġu ndirizzati numru ta’ ‘bottlenecks’ fuq toroq arterjali u distributorji. Dan huwa l-każ ukoll fuq it-Triq tal-Ballal.
Infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet u Infrastructure Malta, kif ir-regolamenti u liġijiet li japplikaw fil-każ ta’ espropji qed ikunu rispettati fl-intier tagħhom. Dan jinvolvi l-approvazzjoni tal-istimi tal-periti fir-rigward tal-kumpens dovut lis-sidien tal-artijiet privati, terminazzjoni ta’ qbiela fejn applikabbli u l-pubblikazzjoni tal-Gazzetta tal-Gvern.
Infurmat li dan huwa proċess li għaddej.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7506 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li d-dokumenti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – kuntratt ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xorta oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,? Jista' jgħid, kemm tħallas għas-servizzi tiegħu l-individwu msemmi, sena b'sena,? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-individwu msemmi ġie mħallas is-somma ta’ €1,770 sa ma tiġi mwieġba din il-mistoqsija. Dan l-ammont jinkludi l-VAT.
Xiri ta’ karozzi tal-linja li jintu¿aw għat-Trasport Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min jixtri u jħallas għall-karozzi tal-linja l-ġodda li jintu¿aw għat-trasport pubbliku? Jista’ jgħid x’monitoraġġ tagħmel Transport Malta dwar il-Health and Safety Standards biex jitħarrsu l-passiġġieri? Għandha dritt Transport Malta iġġiegħel lill-kumpanija tixtri karozzi tal-linja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozzi tal-linja li jinxtraw mill-operatur privat tat-trasport pubbliku sabiex tiġi imġedda l-flotta tal-karozzi tal-linja jiġu mixtrija u mħallsa mill-istess operatur, jiġifieri Malta Public Transport Services Limited
Ta’ kuljum uffiċjali ta’ Transport Malta jwettqu spezzjonijiet fuq il-vetturi li jkunu qegħdin joperaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda. Bħala parti mill-ispezzjonijiet li jsiru hemm dawk li jirrigwardjaw is-saħħa u s-sigurtà kif ukoll fuq obbligi kuntrattwali oħra.
F’każi fejn, bi qbil bejn l-Awtorità tat-Trasport u l-operatur privat tat-trasport pubbliku, tinħass il-ħtieġa li jiġu introdotti rotot ġodda jew inkella tiżdied il-frekwenza fuq xi rotot liema tibdil jkun jesiġi li l-flotta tal-karrozzi tal-linja tiżdied, f’każi bħal dawn l-operatur jiġi ikkumpensat skont il-provvedimenti li hemm fil-kuntratt.
B’referenza għar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni f’post privat ġewwa Ta’ Qali, fejn ġie nnotat li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjoni immedjata, jista' l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu fuq sid il-post?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li kif qed jgħid hu stess, dan is-sit ġie milqut b’żewġ azzjonijiet ta’ infurzar, bl-aħħar waħda nħarget f’nofs is-sena 2018. Tajjeb li jkun infurmat ukoll, li kif id-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar daħlitlu l-informazjoni li kien hemm abbuż permezz ta’ tfigħ ta’ materjal inert, mill-ewwel ġew issiġillati l-aċċessi permezz ta’ blokok tal-konkrit. Mhux biss, iżda qed isiru l-arranġamenti biex jiġu installati cameras tas-sigurtà fuq il-post biex ikun hemm sorveljanza kontinwa. L-Awtorità għadha qiegħda tinvestiga l-każ biex tistabilixxi min kienet il-persuna li tefgħat tali materjal.
Ħaż-Żebbuġ – Triq Luret Cutajar – Outline Development Plan
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8022 dwar l-Outline Development Plan li qed isir f’art ODZ fi Triq Luret Cutajar Ħaż-Żebbuġ, fejn qed jiġi nnotat li qed isir change of use f’art agrikola b’rimi ta’ skart u karozzi abbandunati biex l-art tidher żdingata, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’enforcement sar mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li wara spezzjoni li saret, minn uffiċjali tad-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar, ma jirriżultax li fuq is-sit imsemmi qed isir xi tip ta’ bdil fl-użu minn dak oriġinali.
San Ġwann – Ġnien Karin Grech – proġett ta’ bandli
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3748, 1367, 296, 18274 u 20780 tat-12-il Leġiżlatura fejn matul dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi dejjem kellna l-konferma mill-Gvern li l-proġett ta' quddiem il-knisja se jsir skont kif ippjanat u mwiegħed mill-Gvern Laburista, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Gvern se jmur lura minn kelmtu u se jabbanduna l-proġett tal-bandli ta' Ġnien Karin Grech għax issa nduna li m’hemmx biżżejjed flus allokati għall-familji u t-tfal tal-lokalità ta' San Ġwann?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, dan il-proġett għadu maħsub li jiġi mplimentat skont id-disinji approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Filwaqt li l-ħtieġa ta’ dan il-proġett hija rikonoxxuta, qegħdin isiru taħditiet bejn Ministeri rispettivi biex dan il-proġett jiġi mwettaq bl-aħjar mod għall-ġid tal-lokalità u r-residenti tagħha.
B referenza għall-mistoqsija parlamentari 7874, jista' l-Ministru ġentilment jara li jiġu finalizzati l-preparamenti meħtieġa biex titħallas il-familja li kienet ittiħdilha proprjetà mill-Gvern u din Il-familja rebħet kawża u appell fil-qorti fejn il-qorti iddeċidiet fiż-żewġ stanzi li din il-familja għandha tibgħata kumpens li ġie stabbilit mill-qorti? Jista' ġentilment jara li tiġi onorata d-deċiżjoni tal-Qorti mingħajr aktar dewmien fid-dawl tal-prinċipju legali li justice delayed is justice denied?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, l-Awtorità tal-Artijiet talbet dokumenti ulterjuri sabiex tkompli bl-ivvettjar abbażi tal-istess dokumenti sabiex isir il-kuntratt li permezz tiegħu jkun jista’ jingħata l-kumpens xieraq.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6468 u 3535, jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-Uffiċċju Konġunt hux se tiftaħ, peress li l-aħħar darba li fetħet din l-iskema, kien fl-2013, taħt Gvern Nazzjonalista?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern jibqa’ dak li ngħinu kemm nistgħu persuni jsiru sidien ta’ darhom. Ninsabu avvanzati ferm biex dawk li jgħixu fi djar b’ċens li skada jew se jiskadi jkollhom is-serħan il-moħħ meħtieġ permezz ta’ ħruġ ta’ skema li tindirizza dan. Għall-fini ta’ korrettezza, l-aħħar skema ta’ fidi ta’ ċnus, kienet inħarġet fl-2012.