B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14668 dwar spezzjonijiet mis-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali fuq xogħol li kien qed isir f’sit fi Triq San Publju, San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm rigward dan is-sit?
Response (BONNICI, OWEN)
Is-Sovrintendenza kienet f’komunikazzjoni mal-Perit tal-każ, fejn tat istruzzjonijiet sabiex jiġi kkonsolidat il-feature li nstab kif ukoll talbet li jiġi propost kif dan il-feature se jiġi integrat. Is-Sovrintendenza ġiet mgħarrfa li l-feature mhux possibbli li jibqa mikxuf u għaldaqstant ser jitgħatta b’geotextile u jerġa jiġi mirdum. Is-Sovrintendenza ħarġet il-clearances neċessarji.
Il-Fgura — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?
Response (BONNICI, OWEN)
PQ Numru
Lokalità
Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024
Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024
Kotba Bil-Malti
Kotba bl-Ingliż
Kotba bit-Taljan
Kotba bil-Franċiż
19086
Il-Fgura
16
€ 104
64
43
37
Xejn
Xejn
Santa Luċija — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?
Response (BONNICI, OWEN)
PQ Numru
Lokalità
Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024
Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024
Kotba Bil-Malti
Kotba bl-Ingliż
Kotba bit-Taljan
Kotba bil-Franċiż
19087
Santa Lucija
9
€ 73
9
11
7
Xejn
Xejn
Il-Gudja — Librerija pubblika – Xiri ta’ kotba ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Gudja matul din is-sena sal-aħħar ta’ April 2024? Jista’ jgħid kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda, kif ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż?
Response (BONNICI, OWEN)
PQ Numru
Lokalita’
Kotba mixtrija ġodda – Jan sa April 2024
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa April 2024
Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa April 2024
Kotba Bil-Malti
Kotba bl-Ingliż
Kotba bit-Taljan
Kotba bil-Franċiż
19088
Il-Gudja
45
€ 187
164
147
62
Xejn
Xejn
Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet wara li l-Ombudsman Parlamentari ppreżenta rapport lill-Parlament dwar ilment minn persuna li ma ġietx rimborżata spejjeż wara li weġġgħet minħabba l-kondizzjoni ħażina tat-triq f'San Ġwann?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali wara diskussjonijiet, reġgħet iċċirkolat mal-Kunsilli Lokali kollha proċedura li għandha tiġi addottata f’każi ta’ talbiet ta’ kumpens simili. Id-deċiżjoni jekk għandux jingħata kumpens hija tal-Kunsill Lokali u l-Gvern jirrispetta l-awtonomija li hija mogħtija bil-liġi lill-Kunsilli Lokali.
Jista’ l-Ministru jispeċifika l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti meta jinstab wirt storiku u kulturali, fosthom shelters u sejbiet arkeoloġiċi taħt l-art, waqt xogħlijiet li jkunu qegħdin isiru minn kuntratturi jew Infrastructure Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proċedura li għandha tiġi segwita meta jinstab wirt storiku/kulturali hija speċifikata f’Artiklu 61(1) tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali (2002, emendat fi 2019) – liema Artiklu jgħid li “kull persuna li aċċidentalment, jew mod ieħor, permezz ta’ kwalunkwe mezzi tiskopri xi oġġett, sit jew bini jew karatteristika partikolari f’binja jew proprjetà jew xi proprjetà kulturali oħra, kemm fuq l-art jew fil-baħar, li għalihom japplika dan l-Att, għandha tinforma minnufih lis-Sovrintendenza, iżżomm il-proprjetà kulturali misjuba in situ u m’għandhiex għal perjodu ta’ sitt ijiem tax-xogħol, ili jista’ fuq bażi raġonevoli jiġi estiż għal perjodu ieħor ta’ sitt ijiem tax-xogħol, wara li tinforma lis-Sovrintendenza, tipproċedi b’xogħol fuq is-sit fejn l-oġġett ta’ proprjetà kulturali ġie skopert”.
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm kienet ġiet awarded it-tender 'Tender for culvert and asphalt road works at Triq il-Kunċizzjoni, Qala, Gozo' QLLC/04/2019 mill-Kunsill Lokali Qala? Jista’ jgħid ukoll meta tlestew ix-xogħlijiet relatati ma’ din is-sejħa u kemm kienu jammontaw il-varjazzjonijiet fuq din is-sejħa u min approvahom? Jista’ jgħid ukoll jekk fadalx kontijiet pendenti fuq din it-tender u jekk iva meta u kif ħa jitħallsu?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – ħaddiema barranin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5970 u 3118 u jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm sitta u ħamsin (56) ħaddiem ta' nazzjonalità mhux Maltija jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u entitajiet li jaqgħu taħtu, bil-maġġoranza assoluta tagħhom ikunu jew Mużiċisti mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta jew Konservaturi/Arkeologi/Kustodji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx site visit fi Triq Dun Ġorġ Zammit Birżebbuġa biex jiġi stabbilit liema xogħlijiet iridu jsiru fuq il-bankina? Jista’ jispjega fiex ser jikkonsistu x-xogħlijiet u jinkludux preparamenti sabiex cables u servizzi oħra jiġu mgħoddija mill-bankina? Jista’ jgħid meta ser jibdew u jispiċċaw ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li għaddejjin diskussjonijiet mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi dwar ix-xogħlijiet meħtieġa, inkluż dawk anċillari.
Ir-Rabat u l-Għasri (Għawdex) – Triq Wied Sara – Xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew u jkunu finalizzati x-xogħlijiet kollha fi Triq Wied Sara, bejn ir-Rabat u l-Għasri, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna u ta' periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li dan ix-xogħol hu pjanat li jsir mill-Ministeru għal Għawdex.
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-koordinatur tal-komunikazzjoni tas-Segretarjat tagħha?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm kienet in-nefqa kull sena għat-tipping fees minn kull Gvern Lokali rispettiv, mis-sena 2019 sas-sena 2023, maqsuma lokalità lokalità?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.
Ħal Qormi — Triq Amleto Spiteri - Sewqan perikoluż – Miżuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’miżuri jistgħu jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq Amleto Spiteri, f'Ħal Qormi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi li ma ttieħdu ebda miżuri dwar trażżin ta’ sewqan perikoluż fi Triq Amleto Spiteri minħabba li ma rċeviex ilmenti ta’ dan it-tip.
Il-Fgura – Problemi fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 24300 u 24302 li saru fit-13-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-frattemp sarux spezzjonijiet neċessarji fil-problemi li hemm fil-kantuniera bejn Triq il-Kampanella u Triq il-Karmelitani, il-Fgura senjatament f’din it-triq billi hemm partijiet li ser jisfrundaw internament fil-garaxxijiet ta’ terzi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien infurmat li minn spezzjoni viżwali li saret matul il-jiem li għaddew ma jidhirx li hemm ħsarat fil-post imsemmi. Ser ikunu qed jerġgħu isiru spezzjonijiet oħrajn kif meħtieġ.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2024?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Artikli u opinjonijiet fuq gazzetti - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq gazzetti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-gazzetti li l-Ministeru xtara artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn l-artikli kienu intervisti jew rapporti?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba u mgħoddija lili.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se teħel mera li kienet tneħħiet sitt xhur ilu u ma reġgħetx saret fejn bus stop Bajdar, fi Triq is-Sajf ta' San Martin, il-Baħrija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li għaddej il-proċess tal-akkwist tal-mera fi Triq is-Sajf ta' San Martin fejn il-Bus Stop Bajdar u li din ser titwaħħal ladarba din tkun disponibbli.
Il-Baħrija – Triq it-Tin kantuniera ma’ Triq il-Qastan — Mera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se teħel mera li kienet tkissret xi xhur ilu u ma reġgħetx saret fi Triq it-Tin kantuniera ma’ Triq il-Qastan, il-Baħrija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li l-mera msemmija mill-Onor. Interpellant diġà twaħħlet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx call fuq il-gazzetta tal-Gvern biex jintgħażel it-team artistiku l-ġdid u anke dak tal-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika ta' pajjiżna? Jista’ jgħid id-data u kemm damet għall-attenzjoni tal-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-pakkett finanzjarju tal-kap eżekuttiv il-ġdid u anke tat-team artistiku separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-ħatra tas-CEO il-ġdid għall-Orkestra Nazzjonali u tat-team artistiku ingħata każ:
(a) Tal-iżviluppi passati fl-orkestra u l-bżonn ta’ tisħiħ u żvilupp fl-orkestra fil-futur qrib;
(b) Il-ħtieġa ta’ tisħiħ u riforma fl-istruttura amministrattiva u artistika tal-orkestra;
(ċ) Tal-kapaċitajiet u t-talenti li huma disponibbli b’mod immedjat sabiex titkompla l-ħidma sfieqa b’risq l-Orkestra tagħna.
Is-CEO inħatret skont metodi u prassi stabbiliti, li ilhom jintużaw fis-settur pubbliku għal ħatriet simili. Il-persuna magħzula għandha l-kwalifiċi, ħiliet u l-esperjenza maniġerjali meħtiega biex taqdi dmirijietha fil-kariga tagħha.
Iż-żewg persuni Maltin li nħatru fit-team artistiku ilhom jagħtu l-kontribut tagħhom kemm lill-MPO stess jew entitajiet mużikali oħra pubbliċi u privati għal-numru ta’ snin. Il-Ministeru ħass li fiċ-ċirkostanzi preżenti tal-Orkestra, jagħmel sens illi dawn ikomplu jagħtu sehemhom billi jinħatru fit-team artistiku tal-Malta Philharmonic Orchestra (MPO). Il-persuna barranija hija awtorita’ fil-qasam mużikali klassiku b’esperjenza vasta f’karigi simili ma’ entitajiet u orkestri prestiġjuzi.
Il-persuni magħzula għandhom il-ħiliet, l-esperjenza mużikali u merti artistiċi tajbin u jirrapreżentaw perjodi u xejriet differenti fil-qasam tal-mużika klassika u dik kontemporanja u l-mużika Maltija li ghandhom jappellaw għall-firxa wiesa’ u nklussiva tal-udjenzi tal-MPO. Dawn, flimkien mal-conductors tal-MPO, il-Prinċipal tal-MPO u oħrajn, għandhom ikunu f’pożizzjoni li joħolqu viżjoni u strateġija għall-iżvilupp artistiku u ta’ kwalita’ tal-Orkestra Nazzjonali ghat-tlett snin li gejjin.
Il-ħsieb hu li nagħtu l-opportunitajiet sabiex min għandu talent u l-ħiliet meħtieġa u ta’ kwalita, jingħata l-opportunità li jikkontribwixxi lejn il-qasam mużikali b’mod inklussiv.
Għall-quddiem, il-persuni fit-team artistiku se jibdew jintagħzlu b’mod kompetittiv, wara sejħa pubblika.
Informat li l-pakkett finanzjarju tal-Kap Eżekuttiv il-ġdida hu l-istess pakkett finanzjarju li kellu l-aħħar Kap Eżekuttiv.
Fir-rigward tat-tim artistiku dan se jitħallas kif ġej:
Mro Paul Abela u Dott. Mario Frendo: 15,000 ewro fis-sena
Umberto Nicoletti Altimari: 17,400 ewro fis-sena