Korrimenti fuq il-post tax-xogħol — benefiċċju - applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19378 u jgħid kemm kien hemm persuni li minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li applikaw sabiex jibdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2024 sakemm qed tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kien hemm 891 applikazzjoni għall-benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li jerġa’ jgħolli l-istipendju tal-persuni li jagħżlu social work u suġġetti oħra fil-qasam soċjali, biex ikunu attirati iktar żgħażagħ lejn dawn il-karrieri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20300 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u jgħid kemm kien hemm nies klassifikati homeless, skont id-definizzjoni tal-FEANTSA (European Federation of National Organisations Working with the Homeless), fis-sena 2022 u fis-sena 2023 rispettivament u jipprovdi din id-data skont l-età, il-ġeneru, l-istatus u n-nazzjonalità ta' kull persuna?
Jista' jipprovdi wkoll din id-data skont it-tip ta' "shelters" u ċjoè:
i. Roofless/emergency;
ii. Homeless (inkluż shelters għan-nisa);
iii. Nies li huma f'istituzzjonijiet (tas-saħħa, penali, eċċ.);
iv. Postijiet irregolari (unconventional dwellings);
v. Nies li jgħixu temporanjament mal-familja u/jew mal-ħbieb?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19375 u jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 19375.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19376 u jgħid kemm kien hemm persuni li tul is-sena 2023 bdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2023 kien hemm 1393 persuna li rċevew il-benefiċċju tal-korriment matul is-sena 2023.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19377 u jgħid kemm kien hemm persuni li tul dawn l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2024 bdew jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel erba’ xhur tas-sena 2024 kien hemm 534 persuna li bdew jirċievu l-benefiċċju relatat mal-korriment fuq is-xogħol.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Promozzjonijiet/żidiet fl-iskali tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20108 u jgħid kemm-il promozzjoni jew żieda fi skala ngħatat lill-ħaddiema mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-8 ta' Ġunju 2024? F'liema grad/skala kienu u f'liema grad/skala tpoġġew?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari 16517.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għandhomx jew kellhomx xi forma ta' ingaġġ jew impjieg full-time jew part-time jew nomini fuq bordijiet ta' entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-pakkett finanzjarju għal kull rwol li jista’ jkollu jew kellu/kellhom/kellha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, li l-ewwel persuna indikata kien appuntat f’żewġ Inkjesti. Dawn huma:
Appuntat Chairperson tal-Bord ta’ Investigazzjoni dwar l-allegat każ ta’ bolol neqsin fl-FSWS fit-18 t’Ottubru 2021; fejn tħallas ir-remunerazzjoni ta’ €1,200 u
Appuntat Chairperson tal-Bord ta’ Evalwazzjoni dwar l-proċess ta’ l-applikazzjonijiet għall-Assistenza għall-Diżabilita’ Severa fil-11 ta’ Settembru 2023; fejn tħallas ir-remunerazzjoni ta’ €2,500.
Persuni bi problemi ta’ saħħa mentali — Impjiegi permanenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20173 u jgħid kemm kien hemm persuni bi problemi ta’ saħħa mentali li ngħataw sapport sabiex ikunu jistgħu jsibu impjieg permanenti wara li jkunu temmew il-kura neċessarja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20068 u 20276 u jgħid kemm persuni għamlu użu mis-servizz kellimni.com minn meta ġie mwaqqaf, u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, l-istatistika mogħtija ma tinkludix klijenti li għamlu użu mis-sessjonijiet ta’ konsulenza individwali (onlajn jew wiċċ imb’wiċċ) u sessjonijiet ta’ gruppi terapewtiċi; liema żewġ servizzi ġew introdotti fl-2020.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20069 u 20277 u jgħid jekk is-servizz kellimni.com huwiex servizz anonimu? Jista’ jgħid ukoll jekk ikunx hemm każijiet fejn din l-anonimità ma tibqax tapplika? Jekk iva, jista’ jgħid meta huma dawn il-każijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li permezz ta’ Public Social Partnership li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal għandu mal-SOS Malta, s-servizz Kellimni.Com, is-servizz onlajn ta’ appoġġ għas-saħħa mentali, jingħata fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u huwa servizz anonimu.
F’każ fejn ikun każijiet ta’ persuni f’riskju li jagħmlu ħsara lilhom infushom jew ħsara lil ħaddieħor, jintużaw mezzi tekniċi li jaslu għal rapport tal-każ lil ‘Cybercrime Unit’. Dawn ir- rapporti jsir f’każijiet bħal vjolenza domestika, abbuż ta’ minuri, ħsibijiet suwiċidali jew ħsara lil ħaddieħor.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20070 u 20278 u jgħid jekk il-Pulizija tipprovdix servizz lis-servizz kellimni.com? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu dan is-servizz u jekk il-pulizija kkonċernati humiex kwalifikati f’dan ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Cyber Crime Unit tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta tipprovdi servizzi lill-programm Kellimni.Com. Dan is-servizz jiġi offrut meta is-servizz onlajn ikun iffaċċjat b’każijiet serji li jeħtieġu rappurtar u azzjoni ulterjuri mill-pulizija.
Informazzjoni dwar il-kwalifiki tat-tim tal-pulizija li jittratta ma’ każijiet irrappurtati mis-servizz Kellimni.Com, għandha issir lil-Ministeru ikkonċernat responsabbli mill-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20071 u 20279 u jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu mas-servizz kellimni.com? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma r-rwol u l-kwalifiki ta’ kull impjegat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ammont ta` impjegati jaħdmu mas-servizz kellimni.com huwa dak ta` sittax. Ir-rwol u l-kwalifiki ta’ kull impjegat huwa dak li jissoddisfaw il-kriterji tal-professjoni.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li jirregola s-servizzi tas-social work fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva provduti minn social workers impjegati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qed jirċievu l-benefiċċju relattiv fir-rigward korrimenti fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 195 persuna li kienu qed jirċievu benefiċċju relatat mal-korriment fuq il-post tax-xogħol fl-aħħar ta’ Diċembru 2023.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Raħal Ġdid u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit fil-Fgura u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li matul is-sena 2023 ibbenefikaw mill-In-Work Benefit f’Bormla u kemm irċevew komplessivament f’benefiċċji soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm, fil-każ kemm, persuni li ċedew għal ftit il-pensjoni u kemm damu, mill-2016 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'differenza kien hemm bejn ħaddiema nisa u rġiel u dawk li kienu jaħdmu għal rashom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.