Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fejn wera li ċ-ċentri tas-saħħa jistgħu jnaqqsu mill-pressjoni li hemm fl-emerġenza ta' l-Isptar Mater Dei?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jwettaq xi riforma ħalli ċ-ċentri tas-saħħa jitjiebu iktar fis-servizzi li jipprovdu u jżidu aktar minn dawn is-servizzi matul is-sena 2009?
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-magna li tieħu l-MRI's mhux qed taħdem u ma tistax tieħu MRI's tar-ras?
Jista' jgħid kemm hi l-
waiting list
għat-testijiet tal-MRI? Jista' jgħid jekk f'każ li l-MRI's ma jkunux jistgħu jittieħdu fl-isptar pubbliku, huwiex isir xi arranġament li jittieħdu testijiet tal-MRI fil-privat ta' dawk il-każijiet li jkunu urġenti?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-magna li tieħu l-MRIs qiegħda taħdem u tista' tieħu MRIs tar-ras. Iż-żmien ta' stennija għal MRI jiddependi mill-kundizzjoni klinika tal-pazjent. Każi urġenti jsiru dak in-nhar stess, waqt li l-inqas każi urġenti, bħal MRI tal-irkoppa, jistennew madwar ħames xhur.
Informat ukoll li f'każijiet ta' MRIs urġenti li ma jkunux jistgħu jittieħdu fl-isptar Mater Dei, hemm arranġamenti biex dawn it-testijiet isiru privat.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' mediċini (eżempju mediċini tal-qalb, tal-pressjoni, tax-xaħam fid-demm eċċ.) kien hemm out of stock matul il-sena 2007, 2008 u 2009? Kemm damu out of stock kull perjodu li kienu out of stock?
Ministeru għall-Politika Soċjali — family friendly measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Ministeru għall-Politika Soċjali tħaddem il-family friendly measures kollha li huma previsti mill-Public Service Management Code.
Informat ukoll li faċilitajiet ta' childcare s'issa jinsabu għall-ħaddiema ta' l-Isptar Mater Dei. Għaddej ukoll il-proċess għal twaqqif ta' Ċentru ta' Childcare fir-Residenza San Vinċenz.
Jista' il-Ministru jispjega x'se jsir mill-intake ta' midviwes ġodda li għadhom kemm temmew b'suċċess il-korsijiet tagħhom? Kemm hu d-deficit ta' midwives fil-compliment tal-Gvern?
Dipartiment tat-Tiswija tad-Djar — transfers tal-ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn min kien magħmul d-Dipartiment tat-Tiswija tad-Djar fi ħdan l-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid kif ġie deċiż fejn jiġu trasferiti l-ħaddiema? Jista' jgħid jekk il-ħaddiema kellhomx l-opportunità li jagħżlu/jirrifjutaw fejn intbagħtu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Tiswijiet kien magħmul minn numru ta’ periti, survoyers, skilled labourers u handymen.
Informat li l-Ministeru ma kienx involut fit-trasferiment tal-ħaddiema
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern biex is-settur privat jiġi nvolut f'ħidma mal-Gvern biex jinqatgħu l-waiting lists fl-Isptar Mater Dei? Jekk diġà hemm xi arranġamenti simili, jista' jgħid meta u ma' min intlaħqu u abbażi ta' liema termini?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 10401, 9470, 9261, 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10701 u jgħid meta mediċina tkun nieqsa fl-istock u b'hekk il-pazjent (jew ħaddieħor f'ismu) ikollu jmur l-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei kull ġimgħa, jistgħu dawn il-mediċinali (eż. Avonex injections għal Multiple Sclerosis, Clexane injections fit-tqala) jibdew jiġu piled u provduti ta' lanqas għal xahar?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9657, 9483 u 8993 u jara li ssir xi ħaġa biex fl-Isptar Mater Dei ma jibqax ikun hemm kjuwijiet biex jinġabru l-mediċini waqt il-ħin stipulat kif ukoll biex jinġabru wara l-ħin? Jaf li jkun hemm anzjani li jkollhom joqogħdu bil-wieqfa għal żmien twil minħabba f’hekk?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit ta' djar beħsiebha tixtri l-Awtorità tad-Djar? F'liema lokalitajiet u minn liema fondi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru l-aħħar studji fuq dan il-proġett. Kif il-proġett ikun iffinalizzat, l-Awtorità Tad-Djar toħroġ id-dettalji kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kif se jaħdem is-servizz ġdid ta' manutenzjoni fid-djar tal-Gvern? Jista' jgħid liema dipartiment se jibda jerfa' r-responsabbiltà tal-ħsarat u l-periklu li jeżisti fid-djar tal-Gvern li qabel kienu taħt it-tmexxija tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-responsabbilità dejjem kienet taqa’ taħt l-Awtorità tad-Djar u hekk ser jibqa jsir. L-inkwilini ridu japplikaw għal-għajnuna taħt id-diversi skemi li qed tħaddan l-Awtorità u wara li jsir il-means testing, tingħata l-għajnuna skont is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-inkwilini.
Dipartiment tal-Manutenzjoni — ħaddiema trasferiti
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema dipartimenti kienu trasferiti l-ħaddiema eżistenti tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni? Għaliex dawn ma nżammux ma' l-Awtorità tad-Djar meta dawn kellhom esperjenza kbira u jafu l-postijiet u l-problemi tal-appartamenti f'diversi areas?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-trasferiment tal-ħaddiema ma sarx minn dan il-ministeru u għalhekk din l-informazzjoni trid tingħata mill-ministeru konċernat.
Informat ukoll li l-Awtorità tad-Djar ħasset il ħtiega li jsir din ir-riorganizzazzjoni peress li x-xogħol involut kien qed ikun “
outsourced
” u għalhekk ħasset li hemm biżżejjed impjegati li għandhom l-esperjenza meħtieġa biex ikomplu jsir dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet taħt l-Shared Ownership Scheme s'issa u kemm minnhom kienu aċċettati mill-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid kemm-il ftehim minn dawn daħal fis-seħħ s'issa?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi taħt it-tlett ħarġiet ta’ l-iskema Shared Ownership, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 1954 applikazzjoni. Minnhom 1,765 kienu aċċettati bħala validi u 795 saritilhom allokazzjoni. Minn dawn is-795 allokazzjoni, s’issa 291 applikant ikkonkludew il-proċess mal-bank u ġew ffirmati l-konvenji.