B'referenza għall-istqarrija maħruġa nhar il-Ħamis 14 ta' Diċembru 2017 (PR172887) fuq traffikar ta' persuni, jista’ l-Ministru jgħid:
a. minn liema pajjiżi kienu ġejjin il-vittmi;
b. kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel;
c. jekk kien hemm, kemm kien in-numru ta' minuri u ta' liema età u sess; u
d. x'kien ix-xogħol li għalih ġew traffikati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet għadhom għadejjin. Mhuwiex ħin opportun li l-informazzjnoni mitluba tingħata f’ dan l-istadju
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qattx kellu kwistjonijiet mal-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux għaqli li informazzjoni ta' din in-natura, jekk din teżisti, fuq l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, għandha tiġi ppubblikata.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2801, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rreġistrati abbużi u attakki vjolenti fuq nisa tqal fl-2015 u fl-2016?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – trasferiment ta’ persuni mis-segretarjati privati
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2884, jista' l-Ministru jwieġeb il-kumplament tal-mistoqsijiet u ċjoè x’kienu l-pożizzjonijiet tal-ħaddiema li tneħħew jew li ġew trasferiti? Meta tneħħew jew ġew trasferiti? X’kienet ir-raġuni għat-tneħħija jew trasferiment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' membri tal-Korp tal-Pulizija għal kull grad li fil-preżent hemm fil-Korp tal-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi t-total ta' membri tal-Korp tal-Pulizija fil-gradi kollha li hemm fil-preżent, hu kif jidher fit-tabella t'hawn taħt :
Gradi - 04.12.17
Kummissarju
1
Deputati Kummissarji
4
Assistenti Kummissarji
12
Supretendenti
11
Spetturi
132
Surgenti Magguri l-Ewwel Klassi
4
Surgenti Magguri it-Tieni Klassi
32
Surgenti
415
Kuntistabbli
1370
Kuntistabbli Riservisti
190
Total
2171
Forzi Armati ta’ Malta – każijiet ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ membri tal-Forzi Armati ta’ Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina fil-konfront ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta dwar użu ħażin ta' siti soċjali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ir-rank tal-membri tal-Forzi Armati ta' Malta li fil-konfront tagħhom ittieħdu dawn il-passi dixxiplinari? Jista' jgħid x'kien l-eżitu tal-passi dixxiplinari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-FAM introduċiet il-policy tagħha dwar użu ħażin ta' siti soċjali fl-2016. Fl-2016 kien hemm każ wieħed li kien meqjus li jeħtieġ azzjoni dixxiplinarja. Dan kien jinvolvi Staff Sergeant. Kien hemm tliet każijiet fl-2017, li jinvolvu żewġ Gunners u Lance Bombardier. Kollha ġew mogħtija pieni preskritti f'Att Dwar il-Forzi Armati ta' Malta. Dawn inkludew multi, ċanfir u ħin wara dak stitpulat, dejjem skont il-gravità tal-każ.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – trasferiment ta’ persuni mis-segretarjati privati
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta’ kemm tneħħew jew ġew trasferiti persuni mis-segretarjati privati tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali bejn Marzu 2013 u Mejju 2017? X'kienu l-pożizzjonijiet tagħhom? Meta tneħħew jew ġew trasferiti? X’kienet ir-raġuni għat-tneħħija jew trasferiment?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Marzu 2013 u Mejju 2017 tneħħew 14 il-persuna mis-Segretarjati privati tal-Ministeru, filwaqt li kienu trasferiti 4, u kien hemm 3 riżenji.
Jista’ l-Ministru jgħid finanzjarjament kemm ġiet tiswa lill-Forzi tal-Ordni, l-attività North to Port organizzata fis-sena 2017? Jista’ jinkludi t-taħriġ u l-għawma nnifisha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 82A tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè dwar tixwix għal mibgħeda razzjali eċċ, sena b'sena, mis-sena 2002 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2002 sal-aħħar ta' Ottubru, 2017, kien hemm ħamsa u għoxrin (25) persuna li tressqu l-Qorti bi ksur tal-Artiklu 82A tal-Kap 9, kif jidher fil-lista t'hawn taħt. Dettalji tad-deċiżjonijiet imposti mill-Qorti, fejn dawn ingħataw meta ġew imressqa dawn il-persuni, huma kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sena
Numru ta' persuni mressqa fuq ksur tal -artiklu 82A Kap 9
2002
-
2003
-
2004
-
2005
-
2006
1
2007
1
2008
1
2009
1
2010
0
2011
-
2012
1
2013
-
2014
-
2015
6
2016
5
2017 (sa Ottubru)
9
TOTAL
25
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ ċirkolari interni u ta' kwalunkwe ċirkolari jew dokument ieħor maħruġ mill-Korp tal-Pulizija u li jirregolaw l-użu ta' siti soċjali mill-membri tal-Korp tal-Pulizija?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja ta' kull ċirkolari kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant anke dawk li ħarġu biex ifakkru l'kontenut ta' ċirkularijiet passati. Għajr dawn ma kienx hemm aktar dokumenti relatati.
Korp tal-Pulizija – każijiet ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ membri
Question
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina fil-konfront ta' membri tal-Korp tal-Pulizija dwar użu ħażin ta' siti soċjali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid il-grad tal-membri tal-Korp tal-Pulizija li fil-konfront tagħhom ittieħdu dawn il-passi dixxiplinari? Jista' jgħid x'kien l-eżitu tal-passi dixxiplinari?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2013 sal-lum kien hemm għaxar każi relatati ma’ dixxiplina fil-konfront ta' membri tal-Korp tal-Pulizija dwar użu ħażin ta' siti soċjali. Tmienja minn dawn il-każi huma pendenti u ser ikomplu jinstemgħu taħt l-istruttura l-ġdida dwar id-dixxiplina tal-membri tal-Korp li daħlet fis-seħħ fit-12 ta' Mejju 2017 permezz tal-Att Dwar il-Pulizija, Kap. 164 tal-Liġijiet ta' Malta, ħlief għal każ wieħed fejn qed jinstema’ bil-proċeduri ta' Public Service Commission. Dwar iż-żewġ każi l-oħra mhux ser jittieħdu passi peress illi l-uffiċjali telqu mill-Korp. Dettalji kif mitluba jidhru fit-tabella t'hawn taħt:
2013
2014
2015
2016
2017 (Novembru)
Surġenti
-
1
1
-
1
Kuntistabbli
-
3
3
-
1
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx full complement fil-Korp tal-Pulizija? Jekk le, jista' jgħid f'liema gradi hemm vakanzi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa m'hemmx il-full complement fil-Korp tal-Pulizija, peress li hemm il-vakanzi kif elenkati fit-tabella t'hawn taħt.
Grad
Vakanzi
Suprentendenti
16
Spetturi
1
Surġenti Maġġuri tat-tieni klassi
20
Surġenti
25
Kuntistabbli
166
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex jeżisti l-police record? Jista’ jgħid għaliex il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u kumpaniji serji għandhom id-dritt li jsaqsu għall-police record anke dettaljat ta’ potenzjal ħaddiem li għadu kemm għamel intervista magħhom, mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija stess?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ jgħid għaliex ma tingħatax liċenzja ta’ arma tal-kaċċa lil qattiel li għaddej ġuri jew lil qattiel li ħareġ mill-ħabs għax marid?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-istanzi fejn m' għandhiex tinħareg liċenzja ta’ arma tal-kaċċa inkluzi l-istanzi msemmija fil-mistoqsija parlamentari, huma elenkati fl-Artikoli 24 u 25 tal-Att dwar l-Armi, Kap 480, li huma accessibli anke elettronikament.
Jista’ jgħid għaliex kumpanija kontra l-frodi ma timpjegax bniedem frodist? Jista’ jgħid għaliex il-pulizija ma jimpjegawx ħallelin? Jista’ jgħid għaliex frodist li diġà kellu rekord ħażin f’diversi binjiet f’Malta (skont is-sentenzi multipli tal-Qorti) minbarra li bħalissa jinsab taħt conditional discharge, għandu dritt japplika għall-permess biex jibni sular ġdid għal fuq iktar minn 20 familja, bis-sogru li se jingidmu serjament bħalma ngidmu ħafna nies fil-passat, dejjem skont sentenzi tal-Qorti fejn hemm €6 miljun dejn involut?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma hi bl-ebda mod involuta dwar min jiġi mpjegat f'kumpaniji privati. Lanqas hi nvoluta fl-applikazzjonijiet jew proċessi għal ħruġ ta' permessi tal-bini. Madankollu bi tweġiba għal parti tal-mistoqsija dwar dak deskritt bħala 'ħallelin ma jiġux impjegati mal-Korp', infurmat illi r-regolament 3(d) tal-Avviż Legali 14/60 (Leġislazzjoni Sussidjarja 164.01 – Regolamenti Dwar il-Pulizija ta’ Malta) jgħid li l-applikanti għall-post ta’ kuntistabbli tal-Pulizija jrid ikollhom karattru eżemplari. Infurmat ukoll illi fi kwalunkwe sejħa għall-ingaġġ kemm ta’ kuntistabbli u spetturi minn barra, wieħed mill-kriterji tad-dħul hu li l-applikanti jkunu ta’ karattru morali tajjeb, tant li l-Bord tal-Għażla jiċċekkja l-fedina penali ta’ kull applikant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji f'Malta, sena b’sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ vittmi? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-vittmi kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tal-vittmi u l-lokalità fejn seħħ kull omiċidju? Jista’ jgħid x’kienet in-nazzjonalità tal-vittmi? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet solvuti, kemm ġew akkużati persuni quddiem il-Qorti u kemm-il persuna nstabet ħatja? Jista’ jgħid x’armi jew oġġetti ntużaw f’kull wieħed minn dawn l-omiċidji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2000 sat-23 ta' Novembru ta' din is-sena kien hemm total ta' sebgħa u tmenin (87) każ ta' omiċidju li involvew tlieta u disgħin (93) vittma. Il-figuri huma kif jidhru fit-tabelli li qed jittpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, li jinkludu l-każijiet kollha sena b'sena bid-dettalji mitluba f'din il-mistoqsija.