Legislature:
Category:
Reset
Active:

Banda tal-Korp Tal-Pulizija — Bandisti li mhumiex membri tal-Korp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx bandisti fil-Banda tal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri tal-Korp (pajżana), iżda li xorta jilbsu l-uniformi tal-Pulizija waqt is-servizzi tal-banda?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor.i Interpellant għat-tweġiba parlamentari 27952.

Banda tal-Korp Tal-Pulizija — Bandisti li mhumiex membri tal-Korp - Kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-bandisti li mhumiex membri tal-Korp tal-Pulizija (pajżana) ikunu jistgħu jilbsu l-uniformi tal-Pulizija waqt is-servizzi tal-banda, jekk dan effettivament qed iseħħ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-uniformi li tintlibes waqt is-servizz tal-banda hija waħda ċerimonjali relatata mal-istess banda u hija differenti mill-uniformi ta’ pulizija li jkun qed jaqdi dmiru (mhux fil-banda) bħala ‘sworn officer.’ Għaldaqstant skont it-tagħrif mogħti lili ma jirriżultax dak li qed jistaqsi dwaru l-Onorevoli Interpellant.

Omiċidji volontarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm omiċidji volontarji mis-sena 2003 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom ġew solvuti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ omiċidji volontarji li seħħew mis-sena 2003 sas-6 ta’ Mejju 2025 huwa hekk kif ġej: Każijiet ta’ Omiċidji – 2003 sas-6 ta’ Mejju 2025 Numru ta’ ka ż ijiet Status Sena Solvuti Mhux solvuti 2003 0 0 0 2004 7 7 0 2005 4 4 0 2006 0 0 0 2007 4 3 1 2008 7 4 3 2009 4 3 1 2010 4 3 1 2011 3 3 0 2012 10 7 3 2013 6 4 2 2014 6 2 4 2015 4 2 2 2016 5 3 2 2017 9 5 4 2018 6 6 0 2019 3 3 0 2020 6 6 0 2021 2 2 0 2022 8 8 0 2023 3 3 0 2024 5 5 0 2025 0 0 0

Korp tal-Pulizija – Tnaqqis mill-performance bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid abbażi ta’ liem kalkolu, u għal-liema raġuni, l-Ispetturi u s-Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija rċevew email nhar il-Ħadd 4 ta’ Mejju 2025 waranofsinhar, li permezz tagħha ġie kkomunikat lilhom li l-performance bonus tagħhom għas-sena li għaddiet ġie emendat minħabba li ma marrux "the extra mile", u kellhom tnaqqis ta’ tnejn fil-mija (2%) mit-total tal-perċentwal li kien diġà komunikat lilhom preċedentement? Jista’ l-Ministru jagħti spjega, u fuq deċiżjoni ta’ min sar dan it-tnaqqis?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-‘performance appraisal’ huwa mekkaniżmu li jitħaddem fl-Amministrazzjoni Pubblika kollha u jinvolvi diversi livelli ta’ ‘appraisals’. Fil-każ tal-Korp tal-Pulizija l-kriterji li jintużaw huma stabbiliti u kkomunikati lil kull min hu kkonċernat. Infurmat li hija wkoll l-ewwel darba li Spettur tal-pulizija qed jingħata performance appraisal.

Korp tal-Pulizija – Performance Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis ta’ tnejn fi-mija (2%) mill-performance bonus, sarx lil kull Supretendent u lil kull Spettur fil-Korp tal-Pulizija? Jekk le, jista’ jagħti r-raġuni u kemm-il Supretendent u kemm-il Spettur ma kellomx dan it-tnaqqis?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27969.

Kummissarju tal-Pulizija – Performance Bonus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ikkalkula l-performance bonus tal-Kummissarju tal-Pulizija, u kemm ġie kkalkulat li jieħu f’bonus? Jista’ jikkjarifika jekk dan kellux emenda u/jew tnaqqis ta’ tnejn fil-mija (2%) jew xi ammont ieħor, kif sar mal-Ispetturi u s-Supretendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-‘performance appraisal’ tal-Kummissarju tal-Pulizija jsir bil-mekkaniżmu stabbilit fl-Amministrazzjoni Pubblika li jinkludi ż-żewġ livelli ta’ fuqu.

Ir-Rabat Malta — Għassa tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun qed terġa’ tiftaħ l-għassa tal-Pulizija fir-Rabat, Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Malta, avvanzaw b’mod konsiderevoli. Bħalissa fadal biss xogħol relatat mat-taraġ tal-istess binja, li huwa mistenni jitlesta mill-kuntrattur lejn l-aħħar ta’ Ġunju. Għaldaqstant, huwa previst li l-għassa tkun tista’ terġa’ tiftaħ fis-sajf. Infakkar ukoll li dan ix-xogħol huwa parti minn sensiela ta’ xogħolijiet li saru u qed isiru biex l-għases tagħna jkunu iktar moderni biex il-pubbliku jinqeda aħjar u l-pulizija jaħdmu f’ambjent aqwa.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-baġit tal-Ministeru tiegħu fi sponsors, reklami, programmi tat-televiżjoni u prodotti/servizzi minn stazzjonijiet, production houses u producers privati minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat l-informazzjoni kif mitluba taqbeż l-advisory cost limit.

Suwiċidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji fis-sena 2024 u jaqsam l-informazzjoni skont l-età u l-ġeneru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni hija kif indikata fit-tabella: Suwiċidji Femminil Maskil Jannar 0 1 0 1 Frar 0 1 0 1 Marzu 0 1 April 0 1 0 1 1 0 0 1 Mejju 0 1 0 1 0 1 Ġunju 0 1 Lulju 1 0 0 1 0 1 0 1 Awwissu 0 1 Settembru 0 1 0 1 0 1 Ottubru 1 0 0 1 0 1 Novembru 0 1 0 1 0 1 Diċembru 0 1

Persuni li qed jiskontaw għomor il-ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiskontaw għomor il-ħabs bħalissa u kemm ilhom il-ħabs, u jaqsam l-informazzjoni skont il-ġeneru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 14-il raġel li qed jiskontaw sentenza ta’ għomor il-ħabs. It-tabella t’hawn taħt tindika kemm il-sena ilhom il-ħabs. Snin il-ħabs Ammont ta' persuni 3 1 6 2 12 1 13 3 14 1 18 1 23 2 24 1 32 1 37 1

Persuni li ħarġu bil-parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li ħarġu bil-parole f’dawn l-aħħar ħames snin, u jaqsam l-informazzjoni għal kull sena u skont il-ġeneru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-persuni li ħarġu bil-parole f’dawn l-aħħar ħames snin hu kif ġej: Fl-2020 ingħataw 15-il liċenzja tal-Parole (3 femminili u 12 maskili) Fl-2021 ingħataw 23 liċenzja tal-Parole (5 femminili u 18 maskili) Fl-2022 ingħataw 21 liċenzja tal-Parole (4 femminili u 17 maskili) Fl-2023 ingħataw 17-il liċenzja tal-Parole (4 femminili u 13 maskili) Fl-2024 ingħataw 27 liċenzja tal-Parole (2 femminili u 25 maskili)

Persuni fuq arrest preventiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq arrest preventiv bħalissa u jaqsam din l-informazzjoni skont il-ġeneru?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li sal-15 t’April 2025, fil-Faċilità Korrettiva hemm 291 il-persuna taħt arrest preventiv fejn 267 huma rġiel filwaqt li 24 huma nisa.

Żgħażagħ li jaħdmu Full-Time u Part-Time — Studenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26728, jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u t-30 sena li qed jaħdmu full-time kif ukoll part-time, huma studenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kienu 7,869, iż-żgħażagħ bejn is-16 u 30 sena li qegħdin jattendu istituzzjoni edukattiva post-sekondarja fis-sena akkademika 2024-2025 u li sal-aħħar ta’ Ottubru (l-aħħar ċifri ppubblikati) kellhom ukoll impjieg full-time jew part-time.

Atti kriminali fuq anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati atti kriminali fuq anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti li saru lill-Pulizija fl-għases madwar Malta u Għawdex mis-sena 2015 sa l-aħħar ta’ Marzu 2025 dwar reati kriminali li tagħhom sfaw vittmi persuni anzjani ta’ ħamsa u sittin sena jew aktar, kien kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt. In-numru ta’ reati ma jirriflettix fin-numru ta’ vittmi peress li rapport wieħed jista’ jinvolvi aktar minn vittma waħda. 2015 2016 2017 2018 2019 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 1 0 0 0 0 ARSON 11 16 22 25 34 ATTEMPTED OFFENCES 64 91 138 112 97 BODILY HARM 62 58 43 65 62 BREACH OF BAIL CONDITIONS 0 0 0 0 0 COMPUTER MISUSE 17 19 7 11 11 CRIMES AGAINT PUBLIC PEACE 0 0 0 0 0 CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC 0 0 1 0 0 CRUELTY TO ANIMALS 0 0 0 0 0 DAMAGE 359 369 338 353 334 DOMESTIC VIOLENCE 55 71 85 87 107 DRUGS 0 0 0 1 0 ENVIRONMENTAL CRIME 0 0 0 0 0 ERRONEOUS REPORTS 0 0 0 0 0 FORGERY 2 3 4 6 1 FRAUD 48 68 59 74 89 HOMICIDE 0 3 1 2 1 IMMIGRATION 1 0 0 0 0 PERJURY & FALSE SWEARING 0 4 1 0 0 PERJURY AND FALSE SWEARING 0 0 0 1 0 PORNOGRAPHY 0 0 0 1 0 PRETENDED RIGHTS 0 0 17 29 34 SEXUAL OFFENCE 2 1 2 5 3 THEFT 1093 1434 1467 1074 845 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 17 15 13 22 19 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 0 0 0 0 0 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 0 3 1 2 4 2020 2021 2022 2023 2024 2025* ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 2 0 1 0 0 ARSON 11 4 4 8 5 0 ATTEMPTED OFFENCES 54 49 49 48 69 19 BODILY HARM 45 49 46 54 61 13 BREACH OF BAIL CONDITIONS 0 0 0 0 1 0 COMPUTER MISUSE 4 19 21 89 38 3 CRIMES AGAINT PUBLIC PEACE 1 0 0 0 0 0 CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC 0 1 0 0 0 0 CRUELTY TO ANIMALS 0 0 0 0 1 1 DAMAGE 273 346 300 339 316 68 DOMESTIC VIOLENCE 127 161 139 211 159 47 DRUGS 0 1 0 0 0 0 ENVIRONMENTAL CRIME 0 0 0 0 1 0 ERRONEOUS REPORTS 0 0 0 0 9 4 FORGERY 2 5 5 6 3 0 FRAUD 76 213 161 297 285 82 HOMICIDE 2 0 0 1 0 0 IMMIGRATION 0 0 0 0 0 0 PERJURY & FALSE SWEARING 0 0 0 0 0 0 PERJURY AND FALSE SWEARING 1 0 1 1 1 1 PORNOGRAPHY 1 0 0 0 0 0 PRETENDED RIGHTS 26 60 45 65 78 15 SEXUAL OFFENCE 2 4 3 0 3 2 THEFT 466 481 473 471 570 133 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 19 30 26 26 31 8 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 2 0 1 0 4 1 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 0 0 0 0 1 1

Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 — Konsultazzjonijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar it-traspożizzjoni tad-Direttivi tal-Unjoni Ewropea bin-numri 2022/2555 u 2022/2557 saru fis-6 ta’ Settembru 2024 u fis-7 ta’ Marzu 2025 rispettivament, jiġifieri b’distakk ta’ kważi sitt xhur minn konsultazzjoni għall-oħra, tenut kont li dawn iż-żewġ direttivi kellhom jiġu trasposti fil-Liġi Maltija sas-17 ta’ Ottubru 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab informat mid-dipartiment ikkonċernat li din l-għażla ttieħdet bil-għan li jkun assigurat l-aqwa traspożizzjoni.

Avviż Legali 71 tal-2025 — Miżuri amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri amministrattivi ttieħdu jew qed jittieħdu biex l-Avviż Legali 71 tal-2025 - Ordni tal-2025 dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni taċ-Ċibersigurtà madwar l-Unjoni Ewropea (Malta), jiġi effettivament implimentat tenut kont li jidher li hemm involvuti diversi awtoritajiet pubbliċi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment responsabbli mill-Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika (CIP), flimkien ma diversi entitajiet pubbliċi, qegħdin jiġu ppreparati jew diġà qed jiġu implimentati diversi miżuri, fosthom: - Qed jiġu żviluppati miżuri ta’ reżiljenza skont l-obbligi tal-Ordni, inkluż policies li jindirizzaw self-assessment għall-entitajiet essenzjali u importanti, u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għar-rappurtar ta’ inċidenti, kif meħtieġ mid-Direttiva NIS2. Workshops speċifiċi għall-awdituri huma ppjanati għall-2025 u 2026. FAQ għal dawn l-entitajiet bħalissa qed tiġi żviluppata bħala għodda ta’ gwida sabiex tissimplifika l-fehim tar-rekwiżiti applikabbli. Filwaqt li l-Istrateġija Nazzjonali dwar iċ-Ċibersigurtà qed tiġi aġġornata biex tinkludi miżuri tas-sigurtà aġġornati u tkun allinjata mar-rekwiżiti tal-direttiva NIS2. - Wara l-pubblikazzjoni riċenti tal-Politika Nazzjonali dwar Coordinated Vulnerability Disclosure (CVD), bħala parti minn inizjattiva fl-1 u fl-10 ta’ April 2025 kien gie organizzat l-ewwel workshop f’kollaborazzjoni mal-MDIA. Workshops oħra huma ppjanati għas-snin 2025 u 2026, immirati lejn entitajiet essenzjali u importanti kif ukoll professjonisti fis-sigurtà, bl-għan li jsaħħu l-kapaċità tagħhom fir-rappurtar u l-immaniġġjar ta’ vulnerabbiltajiet f’ambjent strutturat u sigur. Miżuri oħra qed jiġu mħejjija taħt il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, u b’konsultazzjoni mal-istakeholders rilevanti, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Avviż Legali.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul April 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.