Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara, Iklin, Ħal Balzan u Ħal Lija – rapport ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati serqiet fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 xahar b’xahar fis-segwenti lokalitajiet: Birkirkara, Iklin, Ħal Balzan u Ħal Lija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ serqiet li ġew irrapurtati mal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 (sa Mejju), xahar b’xahar fil-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Iklin, Ħal Balzan u Ħal Lija, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Lokalità Jannar Frar Marzu April Mejju* Balzan 6 4 2 2 1 Birkirkara 22 20 18 18 6 Iklin 6 1 1 2 2 Lija - - - - 1 *sal-aħħar ta’ Mejju

Pulizija – passi kriminali fuq hate speech

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet fejn il-pulizija ħadet passi kriminali fuq hate speech fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena, u ċjoè bejn Jannar u Mejju 2020, kien hemm ħames każijiet li jidhru fit-tabella hawn taħt, fejn il-pulizija ħadet passi kriminali fuq ‘hate speech/crime’. Każ minnhom hu appuntat għas-smigħ il-Qorti, filwaqt li l-erba’ każijiet l-oħra ser jiġu appuntati issa li l-Qorti qed ikompli biex xogħol tiegħu: Xahar Numru ta’ każ ijiet Jannar - Frar 1 Marzu 2 April - Mejju 2

Persuni li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li skontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 xahar b’xahar u kemm kien hemm persuni li bdew jiskontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li skontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 xahar b’xahar u kemm kien hemm persuni li bdew jiskontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 hu kif gej: Ø Jannar - 95 Ø Frar - 68 Ø Marzu - 91 Ø April - 97 Ø Mejju - 71 In-numru ta’ persuni li bdew jiskontaw sentenza ta’ ħabs fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 huwa ta’ tliet mija u sittax (316).

Female Genital Mutilation – rapporti lill-pulizija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15084, jista’ l-Ministru jgħid, bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija marbuta ma’ Female Genital Mutilation?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 ma kien hemm l-ebda rapport lill-Pulizija marbuta ma’ Female Genital Mutilation.

Intersex Genital Mutilation – rapporti lill-pulizija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15085, jista’ l-Ministru jgħid, bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 kemm kien hemm rapporti lill-Pulizija marbuta ma’ Intersex Genital Mutilation?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2015 u Diċembru 2019 ma kien hemm l-ebda rapport lill-Pulizija marbuta ma’ Intersex Genital Mutilation.

Rapporti ta’ traffikar ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, minn Jannar 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm rapporti ta’ traffikar ta’ persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn Jannar 2014 sal-aħħar ta’ Mejju 2020, in-numru ta’ rapporti ta’ traffikar ta’ persuni li rċeviet il-Pulizija kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena Totals 2014 4 2015 2 2016 1 2017 4 2018 6 2019 0 2020 (sa Mejju) 1

immigranti — bastiment

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala ma saritx sejħa pubblika biex intgħażlet kumpanija partikolari kif indikata separatament biex jiġi pprovdut bastiment biex jittellgħu fuqu numru ta’ immigranti? Jistax il-Ministru jgħid jekk il-familja propretarja ta’ din il-kumpannija tiffinanzjax lill-Partit Laburista u allura kienet din ir-raġuni li ntgħażlet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

B’rabta mal-ewwel parti tad-domanda nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għal tweġibiet 14193 u 14203. Dwar it-tieni parti tad-domanda l-Onoroveli interpellant għandu jkun jaf li l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurta, Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi m’għandu x’jaqsam xejn mal-finanzjament li jirċievu jew ma jirċevux il-Partiti Politiċi. Għalhekk l-asserzjoni fl-aħħar nett tad-domanda hija biss allegazzjoni tal-onorevoli interpellant.

Captain Morgan – spejjeż relatati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14193, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ispejjeż l-oħra relatati, apparti tal-bastiment tal-Captain Morgan, għall-istess operazzjoni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kuntratt tal-bastiment li qed iżomm persuni barranin

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14197, jista' l-Ministru jwieġeb l-istess mistoqsija u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ kuntratt sar (eż. time charter) għall-użu tal-bastiment Europa 11 biex f’dawn il-jiem inżammu fuqu numru ta’ persuni barranin barra l-ibħra territorjali Maltin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li sar charter agreement li kien jirrifletti s-sitwazzjoni partikolari ta’ dan il-każ, hekk kif spjegat fi tweġibiet parlamentari 14193 u 14203.

COVID-19 — Flus mill-multi miġbura mill-persuni li ma obdewx il-kwarantina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14682 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, 14157, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u 13690 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u issa ġew riferuti lilu u ċjoè: jista' jgħid kif se jkunu utilizzati l-flus miġbura mill-multi li qed jingħataw lil dawk il-persuni li ma jobdux il-kwarantina obbligatorja jew regoli oħra maħruġa mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika? Jistgħu dawn il-flus jintużaw mill-Gvern għall-pakketti finanzjarji mħabbra minnu, minflok idur għall-pagiet tal-ħaddiema tal-Gvern?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-proċess li jintu¿a huwa l-istess wieħed f’każ ta’ kull multa oħra, il-gvern ma qgħadx lura milli jħabbar miżuri biex jgħinu lill-familji u n-negozji. Tħabbru pakketti finanzjarji u ta’ inċentivi fl-eqqel tal-pandemija u tħabbar pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika lbieraħ b’investiment ta’ €900m. Għax il-Gvern għandu viżjoni u kien bilgħaqal ma kellux għalfejn jistenna l-flus tal-multi biex iwieżen il-familji u n-negozji u jissalvagwardja l-impjiegi.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li se jkunu għalqu 25 sena akkumulat bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u tmiem is-sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi erba’ (4) Membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkunu għalqu 25 sena akkumulat bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u tmiem is-sena 2020.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li se jkunu għalqu 25 sena servizz akkumulat fis-sena 2021?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi membru wieħed fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jkun għalaq 25 sena servizz akkumulat fis-sena 2021.

Medalji tas-Servizzi Korrezzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min iddisinja l-medalji tas-Servizzi Korrezzjonali li jġibu fuqhom l-istemma tal-kunjom 'Dalli'? Jista’ jgħid jekk sarux ħlasijiet għal dan id-disinn? Jista’ jgħid għand min saru dawn il-medalji, jekk inħarġitx sejħa għad disinn u manifattura ta’ dawn il-medalji u kemm tħallas għall-istess medalji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda ħlas għad-disinn ta’ dawn il-mitt (100) souvenir (military type coins), liema disinn sar in-house u ma tħallas xejn ukoll. Hija prassi f’kull korp iddixxiplinat li min jiddistingwixxi ruħu waqt il-qadi ta’ dmirijietu jingħata rikonoxximent. Dan is-souvenir ġie jiswa madwar €3. Tajjeb li jingħad ukoll illi ma ntefqu ebda fondi pubbliċi. Infurmat li ħallashom id-Direttur personalment.

Ħabs ta’ Kordin – testijiet għal droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għal droga fuq detenuti fil-Ħabs Ċivili ta’ Kordin fix-xahar ta’ Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li testijiet għal droga li saru fuq detenuti fil-Ħabs Ċivili ta’ Kordin fix-xahar ta’ Jannar, Frar, Marzu, April u Mejju 2020 huwa kif ġej: Jannnar - 284 Frar - 188 Marzu - 150 April - 420 Mejju - 322 Total ta’ 1364 test.

Korp tal-Pulizija – extra duties — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’extra duty membri tal-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 u fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019 maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ħlas f’extra duty lill-membri tal-Korp tal-Pulizija għall-ewwel ħames xhur tas-snin 2019 u 2020, maqsuma xahar b'xahar, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Sena 2019 Sena 2020 Pay 1 €225,483.49 Pay 1 €267,278.59 Pay 2 €514,307.76 Pay 2 €597,583.78 Pay 3 €211,964.83 Pay 3 €307,649.83 Pay 4 €348,046.75 Pay 4 €178,627.33 Pay 5 €119,360.99 Pay 5 €307,798.50

Korp tal-Pulizija – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2020 maqsuma xahar b’xahar - u kemm tħallas overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija xahar b’xahar fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2019?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi il-ħlas ta’ overtime lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-ewwel ħames xhur tas-snin 2019 u 2020, maqsuma xahar b’xahar, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Sena 2019 Sena 2020 Pay 1 €736,143.60 Pay 1 €835,283.66 Pay 2 €724,829.19 Pay 2 €1,014,260.25 Pay 3 €709,804.45 Pay 3 €869,492.69 Pay 4 €673,159.38 Pay 4 €774,542.83 Pay 5 €800,280.03 Pay 5 €873,490.89

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14321 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid: a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva? b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq ba¿i ta’ person of trust jew position of trust fis-Segretarjat tal-Ministeru u fis-Segretarjat Parlamentari hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza. Mill-bqija, karigi oħrajn fil-Ministeru tiegħi huma dawk ta’ Training Coordinator, Security Coordinator, Cyber Support Coordinator, Technical Coordinator, Research & Policy Coordinator, żewġ Project Coordinators, Asset Management & Inventory Officer u Health & Fitness Facilitator għall- Korpi Dixxiplinati, bi spiża ta’ €236,830 fis-sena.

Abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju

Question

Billi l-mużika f’żoni rurali fil-konfini ta’ lokalitajiet ma hijiex kontrollata mil-liġi skont il-ħtiġijiet u x-xjenza tal-lum u-l-istess jiġri minn parties privati f’żoni residenzjali fejn l-inkonvenjent u d-disturb matul il-lejl b’mod regolari lir-residenti partikolarment minn diskoteki hu wieħed li qed jaffettwa s-saħħa tal-familji u peress li dan hu tniġġis li jaffettwa s-saħħa fiżika, mentali u soċjali tal-bniedem, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitressaq l-abbozz ta’ liġi dwar tniġġis tal-madwar bi storbju li ilu fuq l-ixkaffa sentejn minkejja li ġie diskuss fil-Kabinett? Dan se jkun ifisser li ġej sajf ieħor ta’ inkonvenjent?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Korp tal-Pulizija – membri li għamlu l-25 sena servizz fl-2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li se jkunu għalqu 25 sena servizz fil-korp bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u tmiem is-sena 2020?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020, hemm sebgħa u tmenin (87) membru tal-Korp li għalqu jew ser jagħlqu 25 sena servizz.